Qaddisin Frangiskani |
|
|
Qaddisin Frangiskani matul Mejju 11 ta’ Mejju SANT’INJAZJU TA’ LÀCONI (1701-1781) Nazju twieled fl-1701 f’Làconi, fil-gzira ta’ Sardegna. Fl-1721 libes il-libsa Frangiskana fl-Ordni Kapuccin. Ghal erbghin sena dam johrog ta’ kull jum biex jittallab il-karità ghall-foqra u ghall-kunvent. B’din il-hidma huwa ta xhieda ta’ l-imhabba u l-umiltà li kellu f’qalbu. Alla ghogbu jzejnu b’hafna doni soprannaturali li gaghluh ikun meqjum minn kull klassi ta’ nies. Nazju radd ruhu lill-Mulej fil-11 ta’ Mejju 1781 fil-belt ta’ Cagliari. Il-Papa Piju XII stqarru b’qaddis fil-21 ta’ Ottubru 1951.
16 ta’ Mejju SANTA MARGERITA TA’ CORTONA (1247-1297) Margerita twieldet Laviano fit-Toscana fl-1247. Malajr sfat iltima minn ommha u t-tieni mara ta’ missierha qatt ma setghet tifhimha. Minhabba f’hekk intelqet fil-hajja tad-dnub u, kontra l-liígi ta’ Alla, bdiet tghammar ma’ zaghzugh f’Montepulciano. Meta l-bniedem li kienet tghix mieghu nqatel f’dizgrazzja, Margerita dahlet fiha nfisha, u milquta bil-grazzja ta’ Alla, gharfet il-bluha taghha, daret lejn il-Mulej u biddlet hajjitha. Bdiet tghix hajja ta’ penitenza. Meta mbaghad marret toqghod Cortona, issiehbet fit-Tielet Ordni Frangiskan u ntefghet taqdi u ddur bil-morda. F’dik il-belt waqqfet sptar. Il-bqija ta’ hajjitha ghaddietha fil-faqar u fit-talb. Kienet thobb bil-hrara kollha ta’ qalbha lil Kristu msallab. Alla l-imbierek zejjinha b’doni u grazzji tas-sema. Margerita mietet Cortona fit-22 ta’ Frar 1297 u kienet ikkanonizzata fl-1728 mill-Papa Beneditt XIII.
17 ta’ Mejju SAN BASKAL BAYLON (1540-1592) Pascual twieled Torre Hermosa fi Spanja fl-1540. Meta kien ghadu tifel kien raghaj u sa minn dak iz-zmien kellu devozzjoni kbira lejn l-Ewkaristija. Kien ga maghruf ghall-hajja ezemplari tieghu meta fl-1564 dahal mal-Frangiskani Alkantarini. Is-superjuri xtaqu jwassluh ghas-sacerdozju, izda hu ghazel li jghaddi hajtu ta’ religjuz bhala fratell. Fil-kunvent kien jidhol ghall-aktar xoghlijiet umli li kienu jinqalghu, izda l-aktar xoghol li dam fih kien dak ta’ purtinar. San Baskal jinghazel bhala ruh Ewkaristika u Alla ghogbu jzejnu b’hafna doni tas-sema. Kien bniedem bla skola, imma kiteb hafna kotba spiritwali li jghaggbu sahansitra lill-qarrejja l-izjed esperti. Fil-kitba tieghu l-qaddis jitkellem dwar l-esperjenzi mistici li kellu f’hajtu. Miet fis-17 ta’ Mejju 1592 u l-Papa Alessandru VIII kitbu fl-album tal-qaddisin fl-1690. Fl-1897 il-Papa Ljun XIII hatar lil San Baskal patrun tal-Kungressi Ewkaristici.
18 ta’ Mejju SAN FELIC TA’ CANTALICE (1515-1587) Felic twieled Cantalice qrib Rieti, fl-Italja tan-nofs, fis-sena 1515. Hadem ta’ bidwi sa ma kellu tletin sena, imbaghad dahal Kapuccin. Xoghlu bhala fratell kien dak tac-cirka, jigifieri jiggerra minn post ghal iehor jittallab il-karità ghall-foqra u ghall-kunvent. F’dil-hidma dam erbghin sena: idur fit-toroq u jaghti l-aqwa ezempju lil kull min xi darba jew ohra ltaqa’ mieghu. Kien idur bil-morda u jiehu hsieb il-foqra. Lit-tfal kien dejjem jistedinhom jghannu bil-ferh innijiet ta’ tifhir lill-Mulej. Billi kien ihobb isellem bil-kliem “irroddu hajr lil Alla!”, in-nies qalghuhielu “Fra Deo gratias”. San Filippu Neri kien habib kbir ta’ Fra Felic, u l-Kardinal San Karlu Borromeo kien ihobb hafna jithaddet mieghu u jisma’ l-pariri tieghu. Il-qaddis miet Ruma fit-18 ta’ Mejju 1587 u kien il-Papa Klement XI li kitbu mal-qaddisin tal-Knisja.
20 ta’ Mejju SAN BERNARDIN TA’ SIENA (1380-1444) Bernardin Albizzeschi twieled Massa Marittima fit-Toscana fl-1380 u studja fi Siena, fejn wara l-istudji tal-bidu, intefa’ b’ruhu u gismu ghall-istudju tal-Kotba Mqaddsa. Ta’ 22 sena dahal Frangiskan, u meta sar sacerdot beda jhabrek fil-ministeru tal-predikazzjoni. F’dil-hidma dar l-ewwel it-Toscana, imbaghad l-Italja kollha. Kien imfittex u mismugh minn kulhadd. Il-kelma tieghu semplici imma qawwija kienet tigbor gmieghi kbar ta’ nies. B’hekk sehhlu jizra’ s-sens tar-religjon f’qalb il-kotra u jgib il-ghaqda fejn kien hemm il-firda. Xerred kemm felah il-qima lejn l-Isem imqaddes ta’ Gesù u kien jishaq ma’ kulhadd fuq il-htiega ta’ din il-qima. Biex jghin ruhu fix-xoghol tal-predikazzjoni qabbad lil min ipingilu jew jiskolpilu fuq it-twavel il-monogramma ta’ l-Isem imqaddes ta’ Gesù (JHS) imdawra bid-dija ghamla ta’ xemx. Aktar ’il quddiem il-Gezwiti ghazlu din l-istess monogramma bhala l-istemma ufficcjali tas-Socjetà ta’ Gesù mwaqqfa minn Sant’Injazju ta’ Loyola. Baqghu hafna kitbiet minn tieghu, fosthom ghadd kbir ta’ prietki bil-Latin u bit-Taljan. Miet L’Aquila, fl-Abruzzi, fil-20 ta’ Mejju 1444. Il-Papa Martin V kkanonizzah sitt snin wara mewtu fl-1450. Fl-Ordni Franíiskan hu meqjus bhala wiehed mid-Dutturi l-kbar ta’ l-iskola Frangiskana flimkien ma’ Sant’Antnin, San Bonaventura u l-Beatu Gwanni Duns Skotu, waqt li flimkien ma’ San Gwann ta’ Capestrano u San Gakbu tal-Marche hu meqjus bhala kolonna ta’ l-Osservanza (fl-1430 sar l-ewwel Vigarju Generali ta’ l-Osservanti) ghad li f’hajtu baqa’ dejjem fidil lejn il-Frangiskani Konventwali u miet fil-kunvent taghhom ta’ L’Aquila.
24 ta’ Mejju DEDIKAZZJONI TAL-BAZILKA TA’ SAN FRANGISK F’ASSISI Kif San Frangisk ta’ Assisi kien imxandar b’qaddis tal-Knisja, nhar is-16 ta’ Lulju 1228, il-Papa Girgor IX ried li f’gieh il-Missier Serafiku tinbena knisja mill-isbah fil-belt ta’ Assisi. F’din il-knisja l-Papa ried li jinzamm il-gisem ta’ San Frangisk. Kien dan l-istess Papa li bierek l-ewwel gebla tat-tempju, u kien hu wkoll li fis-sena 1230 amar li gisem il-Qaddis jingarr mill-knisja ta’ San Gorg lejn il-Bazilka l-gdida, li zejjinha minnufih bl-isem ta’ Ras u Omm ta’ l-Ordni Frangiskan kollu. Fis-sena 1253 il-Papa Innocenz IV kkonsagra l-Bazilka, waqt li fl-1754 il-Papa Beneditt XIV ghogbu jahtarha Bazilka Patrijarkali u Kappella Papali, titlu li jgawduh biss il-Bazilki l-kbar ta’ Ruma.
28 ta’ Mejju SANTA MARIJA ANNA TA’ GESÙ DE PAREDES (1618-1645) Marija Anna twieldet Quito fl-Ecuador fis-sena 1618. Kienet ghadha tifla meta sfat iltima minn missierha u ommha. Ghalhekk hasset li ghandha tikkonsagra ruhha lil Alla, izda billi kienet ghadha zghira wisq ebda monasterju ma ried jilqaghha fi hdanu. Kienet titlob, issum u taghmel penitenzi ohrajn. Ippruvat ukoll tmur qalb l-Indjani ta’ pajjizha biex twasslilhom lil Kristu. Imbaghad dahlet fit-Tielet Ordni Franíiskan u ntefghet tghin b’qalbha kollha lill-foqra. Barra minn dan, kienet ta’ ghajnuna spiritwali kbira lið-cittadini tal-belt taghha. Mietet Quito nhar is-26 ta’ Mejju 1645 u mal-kanonizzazzjoni taghha li saret mill-Papa Piju XII fl-1950, hija ntghazlet bhala Patruna ta’ l-Ecuador. Marija Anna hi l-ewwel warda Frangiskana li fethet fil-qasam tal-qdusija fl-Amerka Latina.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv. |
San Bernardin ta' Siena 1380-1444
z |