Qaddisin Frangiskani |
|
|
Qaddisin Frangiskani matul April 21 ta’ April SAN KURRADU TA’ PARZHAM (1818-1894) Konrad Birndorfer twieled fl-1818 u wara li ghadda zghozija qaddisa dahal mal-Frangiskani Kapuccini. Ghamel il-professjoni fl-Ordni fl-1842. Ghal 43 sena shah qeda bhala purtinar fil-kunvent ta’ Altötting, il-Germanja. B’din il-hidma huwa sehhlu jaghti ezempju lil kull min kien jafu ta’ hajja ta’ talb, ta’ mhabba Nisranija, ta’ hegga, hrara u sabar kbir. Ittajjar lejn il-Hallieq fl-1894, u kien il-Papa Piju XI li kitbu mal-qaddisin.
23 ta’ April BEATU EGIDJU TA’ ASSISI (1190-1262) Egidju kien it-tielet sieheb ta’ San Franhisk u nghaqad mieghu fl-1208. Ghadda hajja semplici u gwejda. F’hajtu mar izur bhala pellegrin l-aktar imqades maghrufin ta’ zmienu, fosthom dak tal-Qabar ta’ Kristu f’Gerusalemm. Kien jivvjagga bil-mixi u jaqla’ x’jiekol mat-triq billi jahdem ’l hawn u ’l hinn mal-bdiewa. Dawn bi hlas kienu jitimghuh u jaghtuh xi ikel ghal mat-triq. Meta temm il-pellegrinaggi qaghad fil-kunventi ta’ l-Umbria. Miet fil-kunvent ta’ Monteripido, qrib Perugia, fit-23 ta’ April 1262. F’hajtu kienu jfittxu l-pariri tieghu kemm Papiet kif ukoll Isqfijiet u prelati ohra. Il-Papa Piju VI wettaq il-qima tieghu fil-Knisja bhala beatu. Mill-kitbiet tieghu fadal il-“qwiel”, taghlimiet spiritwali mizghuda b’gherf qaddis tabilhaqq profond.
24 ta’ April SAN FIDIEL TA’ SIGMARINGEN (1577-1622) Mark Rey, kif kien jismu l-qaddis qabel dahal patri, twieled Sigmaringen, il-Germanja, fis-sena 1577. Wara li studja l-ligi fi Feiburg beda jahdem ta’ avukat b’imhabba hekk kbira ghall-haqq, li malajr intghazel biex jaqdi bhala avukat tal-foqra. Imbaghad meta dahal mal-patrijiet Kapuccini ghadda hajja tassew iebsa li matulha kien jishar hafna fit-talb. Sar sacerdot fl-1612 u kien xandâr mill-aktar imheggeg tal-Kelma ta’ Alla. Kien fuq xoghol tal-Kongregazzjoni ghat-Tixrid tal-Fidi meta xi erezjarki qatluh fl-Izvizzera nhar l-24 ta’ April 1622. Huwa l-ewwel membru ta’ dik il-Kongregazzjoni Rumana li kiseb il-palma tal-martirju.
28 ta’ April BEATU LUKKESJU (1181-1260) Lukkesju twieled qrib Siena fit-Toscana lejn is-sena 1181. L-ewwel hadem ta’ suldat, imbaghad ta’ kummercjant fil-belt ta’ Poggibonsi. Milqut bil-grazzja ta’ Alla, qassam kull ma kellu lill-foqra u nghaqad mat-Terzjarji Frangiskani. Bhala Frangiskan ghadda hajja axxetika u kien maghruf l-aktar ghall-imhabba lejn il-proxxmu u ghall-umiltà tieghu. Miet Poggibonsi fil-ghomor ta’ tmenin sena nhar it-28 ta’ April 1260. It-tradizzjoni thares lejn Lukkesju u martu Bonadonna bhala l-ewwel zewg membri tat-Tielet Ordni Franíiskan. Il-qima lejh bhala beatu twettqet mill-Papa Piju VI.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv. |
San Fidiel ta' Sigmaringen 1577-1622 |