Qaddisin u Beati Frangiskani                         

 

 

◄◄|werrej|►►


San Baskal Baylon

(1540-1592)

17 ta’ Mejju


Baskal twieled Torre Hermosa fi Spanja fl-1540.  Meta kien ghadu tifel kien raghaj u sa minn dak iz-zmien kellu devozzjoni kbira lejn l-Ewkaristija.  Kien ga maghruf ghall-hajja ezemplari tieghu meta fl-1564 dahal mal-Frangiskani Alkantarini.  Is-superjuri xtaqu jwassluh ghas-sacerdozju, izda hu ghazel li jghaddi hajtu ta’ religjuz bhala fratell.  Fil-kunvent kien jidhol ghall-aktar xoghlijiet umli li kienu jinqalghu, izda l-aktar xoghol li dam fih kien dak ta’ purtinar.  San Baskal jinghazel bhala ruh Ewkaristika u Alla ghogbu jzejnu b’hafna doni tas-sema.  Kien bniedem bla skola, imma kiteb hafna kotba spiritwali li jghaggbu sahansitra lill-qarrejja l-izjed esperti.  Fil-kitba tieghu l-qaddis jitkellem dwar l-esperjenzi mistici li kellu f’hajtu.  Miet fis-17 ta’ Mejju 1592 u l-Papa Alessandru VIII kitbu fl-album tal-qaddisin fl-1690.  Fl-1897 il-Papa Ljun XIII hatar lil San Baskal patrun tal-Kungressi Ewkaristici.

 


Jehtieg infittxu ’l Alla

fuq kull haga ohra.

mill-kitbiet tal-qaddis


 

F’din is-silta mill-kitbiet tieghu l-qaddis jghid li jehtieg infittxu ’l Alla fuq kull haga ohra.

 

Billi Alla jixtieq jaghina bis-sod hwejjeg tajba, tista’ tibqa’ zgur li hu sa jaghtik dak kollu li titolbu.  B’danakollu titlob xejn qabel ma Alla nnifsu jkun qanqlek biex titlob, ghax hu jinsab aktar lest li jisma’ t-talba tieghek milli tinsab int li titolbu.  Ghalhekk biex titlob ghandha tqanqlek aktar ir-rieda ta’ Alla li jaghtik milli l-htiega li thoss int li titlob. It-talb ghandu dejjem isir ghall-merti ta’ Sidna Gesu’ Kristu.

 

Rawwem lilek innifsek f’ghemejjel herqana bla waqfien u habrek biex tixtieq dak li jrid Alla.  Mela nehhi minnek ix-xewqa ghall-gid u l-qligh li jista’ jigik mit-talb.  Fi kliem iehor, dan ghandek titlob: li Alla jitfittex fuq kull haga ohra.  Hi haga xierqa li l-ewwel u qabel xejn infittxu ’l Alla, ghax bir-rieda tieghu Alla jixtieq jaghtina dak li nitolbuh biex dan jghinna fil-qadi tieghu u b’hekk insiru nhobbuh aktar.  It-talb tieghek ghandu jkun maghmul bi hrara kbira, u meta taghmel talba, aghmilha bl-imhabba, ag]hmilha kif tigik u tiqafx titlob.  Ifred lil qalbek mill-hwejjeg ta’ din id-dinja, u ftakar li fid-dinja xejn ma jezisti jekk mhux int u Alla biss.  La tbighedx, lanqas ghal waqt qasir, lil qalbek minn Alla.  Hsibijietek zommhom semplici u umli.  Dawwar hsiebek dejjem fuqek innifsek u mhabbtek lejn Alla fuq kollox tixtered bhal fwieha.

 

Ir-radd ta’ hajr lil Alla m’hu xejn hlief ghemil gewwieni tar-ruh.  Bih wiehed jaqla’ l-gid tas-sema, filwaqt li jaghref lill-Mulej ta’ kobor bla tmiem, il-Mulej ta’ l-univers, li minnu jigi kull gid.  Bir-radd ta’ hajr wiehed jasal li jithenna bis-sebh ta’ Alla, ghax malajr jinstab li grazzja bhal din tkun tisthoqqlu.  Meta taqla’ xi rigal minghand Alla offrilu bil-ferh dak kollu li int u ccekken quddiemu.  Ichad ir-rieda tieghek biex tkun tista’ tixtehet b’ruhek u b’gismek ghall-qadi ta’ Alla.  Rodd hajr bla tmiem lill-Mulej u ifrah bit-tjieba ta’ dak li fuqek ixerred doni u beneficcji li ghalihom tkun qed tizzih hajr.  Jekk trid li r-radd ta’ hajr tieghek ikun milqugh minn Alla, l-ewwel aghraf il-faqar u l-mizerja tieghek b’mod li tifhem li kull ma ghandek wasallek mill-id miftuha ta’ Alla.  Ifrah xhin tara l-grazzja ta’ Alla tikber fik u toqghodx tqis il-gid materjali li tista’ tiehu minnha, b’hekk taqdi ’l Alla ahjar. 

 


Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv.


San Baskal Baylon