Qaddisin u Beati Frangiskani                         

 

 

◄◄|werrej|►►


Beatu Anton Lucci

(1682-1752)

24 ta’ Lulju


Anton Lucci twieled Agnone fil-Molise, l-Italja ta’ isfel, nhar it-2 ta’ Awwissu 1682.  Dahal mal-Frangiskani Konventwali u ghamel isem bhala studjuz u ghalliem tat-teologija, li dejjem nebbhitu fil-mixja tal-perfezzjoni.  Hu kien maghruf ukoll ghall-hegga li wera fil-ministeru appostoliku u ghall-mod li bih offra l-qadi tieghu lis-Sede Appostolika.  Meta sar Isqof ta’ Bovino fil-Puglia, tul l-erbgha u ghoxrin sena li dam fil-kariga, huwa gab ruhu tabilhaqq ta’ missier u raghaj tal-poplu tad-djocesi tieghu.  Huwa hadem bla waqfien biex iqawwi l-poplu tieghu fil-fidi u fil-hajja Nisranija u ghen kemm felah lill-foqra li hu kien ihobb bi preferenza fuq haddiehor, kif jghallem il-Vangelu.  Miet Bovino nhar il-25 ta’ Lulju 1752.  Kien il-Papa Gann-Pawl II li dahhlu fl-album tal-beati fit-18 ta’ Gunju 1989.

 


Harsitna mdawra lejn Alla

mill-kitbiet tal-Beatu


 

Mill-ittri tal-beatu ttiehdet din is-silta li fiha hu jheggigna nzommu dejjem harsitna mdawra lejn Alla u nqieghdu fih il-fiducja kollha taghna.

 

Hu kollu frott tal-hniena ta’ Alla jekk id-difetti, li naraw f’haddiehor, ma jinsabux fina.  Dan hu sinjal car li hu qed izommna taht il-harsien tieghu u li l-id setghana tieghu qieghda fuq rasna.  U dan qed isir bla ebda mertu min-naha taghna.  Ghax jekk ifettillu jnehhi idu minn fuqna, ahna nsiru aghar mill-ohrajn, ghax ahna wkoll bnedmin dghajfa.  Ghalhekk ghandna dejjem nghixu fil-biza’ ta’ Alla, u nitolbu l-Mulej ghal dawk li jinsabu mexjin ’il barra mit-triq it-tajba, biex idawwalhom u jergghu lura.

 

It-triq iz-zgura ghalina hi dik li nag]hmlu dejjem ir-rieda ta’ Alla, li nittamaw fil-ghajnuna tieghu biex ma naqghux, u li nibqghu fil-grazzja tieghu.

 

Ahna sikwit ingergru.  Izda l-fatt hu li ahna ma rridux naghmlu l-parti taghna bil-gejja mehtiega, waqt li l-Mulej Alla, li minnu hadna dak kollu li ghandna, qed jissokta jaghmel il-parti tieghu biex jghinna, bla ebda mertu min-naha taghna.  X’jista’ jaghmel izjed Gesu’ ghalina?  Hu tana l-kelma tal-hajja ta’ dejjem.  Hu wriena l-haqq gust tieghu.  Hu wriena t-triqat imqaddsa tieghu.  Hu dahhalna fil-misteru tal-passjoni kiefra tieghu.  Hu ghallimna nzebil]u l-hwejjeg tad-dinja li jintemmu.  Hu wriena l-ghegubijiet tal-holqien tieghu.  Ghaliex nibqghu berdin quddiem daqs dawn sinjali ta’ mhabba?  Ghaliex ma nghaqqdux il-qawwiet kollha taghna biex naqdu, in]hobbu u nsebbhu fina nfusna u fl-ohrajn lill-Mulej ta’ tjieba bla tmiem?  Ghalfejn ghandna ngergru?

 

Min ha hafna ghandu jaghmel ukoll hafna ghal Gesu’.  Izda min irid jaghmel ftit, u dak li jaghmel jaghmlu b’nofs kedda, jisthoqqlu li jittehidlu dak kollu li nghatalu.  Ma tkexkixniex dik ic-canfira iebsa li s-sinjur ghamel lill-qaddej ghajjien?

 

Ahna u nghixu fil-fidi, ejjew infittxu dejjem, bil-grazzja ta’ Alla, dak li hu izjed perfett.  Ejjew nichdu lilna nfusna u nkasbru l-hwejjeg mistmerra ta’ l-art.  Inzommu dejjem harsitna mdawra lejn Alla, inqieghdu l-hena kollu taghna fih, li hu l-oghla gid, u ma mmorrux nigru wara l-isthajjil fieragh tad-dinja.  Nisimghu lill-Appostlu San Pawl li jghidilna: “Huti, intom habirku ghal doni oghla.”  Ejjew nilqghu l-istedina ta’ l-Ispirtu s-Santu, li fis-salmi l-hin kollu jheggigna nhobbu dejjem izjed meta jfakkarna li ghandna nharsu l-kmandamenti ta’ Alla bil-fedelta’: “Int tajt il-precetti tieghek biex inharsuhom bir-reqqa.”  Bir-reqqa, dejjem izjed, ghall-imhabba ta’ Alla l-gholi; dejjem izjed fil-gabra ta’ gewwa u ta’ barra.  Dejjem izjed fil-fatma mill-hwejjeg fieragh tad-dinja.  Dejjem izjed fil-biza’ tal-gudizzji mqaddsa ta’ Alla.  Dejjem izjed fit-taghkis taghna nfusna.  Dejjem izjed fl-attenzjoni u fil-ghassa kontra l-hjiena tax-xitan.

 


Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv.


Beatu

Anton Lucci