Qaddisin u Beati Frangiskani                         

 

 

◄◄|werrej|►►


Beatu Agatanglu Noury

(1598-1638)

7 ta’ Awwissu


Agatanglu Noury twieled Tours fi Franza fl-1598.  Dahal mal-Frangiskani Kapuccini u maghhom intefa’ b’ruhu u gismu fix-xoghol missjunarju mill-1629 sa ma miet.  L-ewwel kien superjur tal-missjoni tal-Kajr, fejn hadem hafna ghall-ghaqda tal-Kopti ma’ Ruma.  Imbaghad intghazel bhala superjur tal-missjoni l-gdida ta’ l-Etjopja, fejn inghaqad mieghu biex jghinu siehbu, il-Beatu Kassjanu Lopez-Netto.  Dan twieled Nantes fi Franza fis-sena 1607 u ghamel il-professjoni fl-Ordni Kapuccin fl-1623.  Dawn iz-zewg patrijiet kienu arrestati ftit xhur wara li waslu l-Etjopja, u l-appostolat missjunarju taghhom intemm bil-kuruna tal-martirju glorjuz li sehh nhar is-7 ta’ Awwissu 1638 f’Gondar.  Il-Papa San Piju X kiteb liz-zewg missjunarji mal-beati martri.

 


Nahsbu b’kull mezz ghall-Fidwa ta’ l-Ahwa

Mill-kitbiet tal-beatu


Fis-silta minn ittra li l-Beatu Agatanglu kien baghat lill-Kardinal Prefett tas-Sagra Kongregazzjoni ghat-Tixrid tal-Fidi jinghad li jehtieg nahsbu b’kull mezz ghall-fidwa ta’ l-ahwa

 

Eminentissimu Sinjur u Mexxej taghna, meta x-xahar li ghadda kont Gerusalemm, il-Gwardjan urieni ittra mibghuta mill-Eminentissimi Sinjuri tas-Sagra Kongregazzjoni, u fiha qrajt dan li gej: “Il-Paternita’ tieghek gharrfitna bl-opinjoni ta’ Patri Pawl ta’ Lodi, jigifieri li jiswa li wiehed imur fil-knejjes ta’ l-eretici u tax-xizmatici, basta li fil-qalba ta’ qalbu jibqa’ shih fil-Fidi Kattolika.  Billi din l-opinjoni tqieset bhala zbaljata mis-Sagra Kongregazzjoni, m’ahna bl-ebda mod sa naghtu permess li din tibda ssir.”

 

Imbag]ad mort l-Egittu u thaddidt fuq dil-kustjoni ma’ tliet patrijiet minn taghna, missjunarji u teologi, kif ukoll ma’ Patri Arkanglu ta’ Pistoia.  Billi l-opinjoni ta’ dawn taqbel ma’ tieghi, nitlob lill-Eminenza tieghek Reverendissima li joghgbok tilqaghha mill-ahhar wiehed fost uliedek.  Jien qed inressaq quddiemek, bl-umilta’ kollha, dak li lili jidhirli li hu l-ahjar ghall-glorja ta’ Alla u ghas-salvazzjoni ta’ l-erwieh; biss jien dejjem ninsab lest li noqghod ghal kull xorta ta’ korrezzjoni.

 

It-teologi jittrattaw dil-kustjoni, huma u jqieghdu quddiem ghajnejhom il-perikli li fiha, u li nistghu nghidu li huma erbgha: li minn din il-komunjoni in divinis ma jinholoqx skandlu; li ma jinholoqx il-periklu li tintilef il-fidi; li wiehed ma jihux sehem f’xi azzjoni zbaljata jew f’xi cerimonja li hija fiha nfisha ta’ karattru eretikali jew li twassal ghall-erezija; u li wiehed ma japprovax l-erezija jew xi rit eretikali.

 

Issa biex wiehed jaqta’ bla ma jeghlet dawn l-erba’ kundizzjonijiet, jehtieg li huwa jaghraf sewwa u sal-qiegh ic-cirkustanzi kollha tal-post, taz-zmien, tal-persuni, tar-riti u ta’ kull haga ohra li ghandha x’taqsam ma’ dawn.  Dan il-gharfien ma jigix f’mohh id-dutturi Nsara, ghax dawn ma jafu xejn dwar il-hajja ta’ kull jum f’dawn l-inhawi tad-dinja.  Ghalhekk jiena nahseb li l-gudizzju dwar dan ghandu jithalla f’idejn il-missjunarji.  Dawn jghidu li din ix-xorta ta’ komunjoni ma ghandhiex titwaqqaf, ghax inkella kull mezz, kull triq, kull tama li ssir xi hidma tajba f’dil-missjoni jisfaw fix-xejn.

 

F’din l-ittra jien tajtkom xi ragunijiet izda hallejt barra hafna ohrajn biex naqta’ fil-qasir.  Hawnhekk ghandna maghna hafna Kopti.  Jien qrajt il-kotba tal-liturgija tagghom u ma sibt ebda zball fihom, hlief l-invokazzjoni taz-zewg erezjarki Djoskoru u Severu.  Ghalhekk ahna tajna permess lis-sacerdoti li jinqdew b’dawn il-kotba fic-celebrazzjoni tal-quddiesa, izda rbatniehom li jhallu barra din l-invokazzjoni.  Huma dan qed jaghmluh minghajr ma joholqu skandlu fost il-poplu.

 


Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv.


Beatu

Agatanglu Noury