Qaddisin Frangiskani |
|
|
Qaddisin Frangiskani matul Settembru 2 ta’ Settembru BEATU GANFRANGISK BURTÈ U SHABU MARTRI TAR-RIVOLUZZJONI FRANCIZA Fost il-hafna martri tar-Rivoluzzjoni Franciza nsibu ’l xi Frangiskani li b’ghemilhom urew kemm tabilhaqq jixirqilhom it-titlu ta’ “mirja tal-fidi u tas-sacerdozju Kattoliku”. Lil dawn qatghulhom rashom nhar it-2 ta’ Settembru 1792: Ganfrangisk Burtè tal-Frangiskani Konventwali, Apollinare Morel minn Posat tal-Frangiskani Kapuccini u Severin Girault tat-Tielet Ordni Regolari. Fl-1926 il-Papa Piju XI iddikjara lil dawn il-Frangiskani beati martri. Ma’ dawn jehtieg li nzidu lill-Beatu Gannbattista Triquerie tal-Franíiskani Konventwali, vittma huwa wkoll tar-Rivoluzzjoni. Dan izda ha l-martirju sentejn wara l-ohrajn, fil-21 ta’ Jannar 1794. Dan kien maghruf bhala beatu martri flimkien mal-martri ta’ Laval mill-Papa Piju XII fid-19 ta’ Gunju 1955.
4 ta’ Settembru SANTA ROZA TA’ VITERBO (1233-1251) Santa Roza twieldet Viterbo fis-sena 1233. Ghaddiet il-bicca l-kbira ta’ hajjitha fis-satra ta’ darha. B’danakollu kienet maghrufa min-nies ta’ beltha li kienu jaraw fiha mera bla tebgha ta’ mhabba, safa u tjieba Nisranija. Fl-1250 issiehbet fit-Tielet Ordni Frangiskan u mietet is-sena ta’ wara f’Viterbo. Kienet ghadha fil-fjur ta’ zghozitha. Fl-1258 gisem il-qaddisa ngarr lejn il-knisja ta’ “Santa Maria delle rose” li llum hi maghrufa wkoll bhala l-knisja ta’ Santa Roza.
17 ta’ Settembru MISSIERNA SAN FRANGISK FIL-GHOTI TAL-PJAGI MQADDSA (1224) Il-Missier Serafiku San Frangisk, sa mill-bidu tat-taqliba li kellu f’hajtu, kçn ihoss f’qalbu mhabba mill-aktar herqana lejn Kristu msallab. Kienet devozzjoni din li hu fittex dejjem li jxerridha kemm bil-kelma kif ukoll bil-hajja. F’Settembru 1224, ghall-habta tal-festa tas-Salib imqaddes, waqt li kien fuq il-muntanja tal-Verna medhi fil-meditazzjoni, il-Mulej Gesù, b’miraklu tassew tal-ghageb, stampalu f’gismu l-griehi tal-Passjoni mqaddsa tieghu. Kien il-Papa Benedittu XI li aktar ’il quddiem kien ta s-setgha lill-Ordni Franíiskan li jiccelebra ta’ kull sena din it-tifkira glorjuza.
18 ta’ Settembru SAN GUZEPP TA’ COPERTINO(1603-1663) Guzeppi Desa twieled Copertino qrib Lecce, l-Italja ta’ isfel, fl-1603. Dahal Frangiskan mal-Minuri Konventwali u meta sar sacerdot fl-1628 intefa’ b’hegga tal-ghageb fil-ministeru mqaddes b’rizq il-fidwa ta’ l-erwieh. Il-qaddis jinghazel ghall-hajja axxetika tieghu u ghall-ispirtu qawwi ta’ talb li kien imzejjen bih. Kien moghni b’doni soprannaturali aktarx rari: kien sikwit jintilef f’estasi u jinqata’ mill-art u sahansitra jtir, u bosta kienu l-mirakli u l-ghegubijiet li ghamel f’hajtu bil-qawwa ta’ Alla. B’hekk malajr sar wiehed mis-suggetti li l-aktar iqajmu interess fl-istorja tal-mistika Nisranija. Minhabba l-karizmi straordinarji tieghu, San Guzepp sikwit htieglu jbiddel il-kunvent biex tissikket il-ghagha tan-nies u titrazzan il-kurzità ta’ dawk li kienu jafuh. B’danakollu, hu baqa’ dejjem bniedem ta’ ubbidjenza u ta’ umiltà bla tarf. Kellu devozzjoni kbira hafna lejn il-Vergni Mbierka. Miet Osimo, fil-Marche, nhar it-18 ta’ Settembru 1663. Il-Papa Klement XIII kitbu fl-album tal-qaddisin. Minhabba d-diffikultajiet fl-istudji li sab biex isir sacerdot, ghad li hu dejjem habrek biex jaghmel dmiru bhala student tat-teologija, San Guzepp ta’ Copertino huwa l-patrun ta’ l-istudenti li jkunu resqin ghal xi ezami.
20 ta’ Settembru SAN FRANGISK MARIJA TA’ CAMPOROSSO (1804-1866) Frangisk Marija Croese twieled qrib il-belt ta’ Imperia fl-Italja ta’ fuq, fl-1804. Dahal Kapuccin u ghal erbghin sena xoghlu kien li jiíggerra fit-toroq ta’ Genova jaghmel ic-cirka. Il-ghan tieghu kien dak biss li jaghmel il-gid lil kulhadd. Kull min kien jafu kien iqisu b’qaddis, tant li n-nies kienu qalghuhielu “il-patri l-qaddis”. Meta fil-belt ta’ Genova kien hemm l-imxija tal-kolera, Frangisk offra hajtu lil Alla biex in-nies ta’ dik il-belt jinhelsu minn dik il-marda kiefra. B’ghageb kbir ta’ kulhadd, mal-mewt tieghu, li grat fis-17 ta’ Settembru 1866, il-kolera ma baqghetx thabbat aktar lic-cittadini. Frangisk Marija kien maghdud mal-qaddisin tal-Knisja mill-Papa Gwanni XXIII.
23 ta’ Settembru SAN PIJU TA' PIETRALCINA (1887-1968) Piju twieled fi Pietralcina, qrib il-belt ta’ Benevento, l-Italja, fl-1887. Dahal mal-patrijiet Kapuccini u wara li temm l-istudji ordna sacerdot. Qeda bi qdusija kbira l-ministeru pastorali l-izjed fil-kunvent ta' San Giovanni Rotondo fil-Puglie. Padre Pio kien direttur spiritwali ta' hafna fidili, ressaq hafna midinbin lejn Alla permezz tas-Sagrament tal-mahfra tad-dnubiet u kien ukoll ta ghajnuna kbira lill-morda u lill-fqar. Qeda lill-poplu ta' Alla bit-talb u bl-umiltà tieghu. Sar jixbah lil Kristu msallab. Huwa maghruf bhala Padre Piju tal-Pjagi. Miet fit-23 ta' Settembru 1968. Kien maghdud mal-qaddisin tal-Knisja mill-Papa Gwann Pawlu II.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma u Patri Thomas Calleja OFMConv. |
San Guzepp ta' Copertino 1603-1663
San Padre Pio
|