Qaddisin Frangiskani                         

 

 

◄◄|werrej|


Qaddisin Frangiskan

matul Ottubru



4 ta’ Ottubru

MISSIERNA SAN FRANGISK TA’ ASSISI

(1182-1226)


Gwanni ta’ Pietru ta’ Bernardone - l-isem proprju ta’ San Frangisk - twieled Assisi qrib Perugia, l-Italja tan-nofs, fl-1182.  Wara zghozija mtajra, fil-ghomor ta’ 24 sena, fil-knisja ckejkna ta’ San Damjan, hass is-sejha ta’ Kristu jistiednu jimxi warajh u jmur isewwilu d-dar tieghu.  Ghalhekk inhall minn kull irbit tad-dinja biex jintrabat biss ma’ Alla, u minn dak il-hin ’il quddiem beda jithabat biss biex jghix skond il-ligi tal-Vangelu mqaddes, waqt li jsir jixbah f’kollox lil Gesù Kristu fqir u umli.  Ohrajn inghaqdu mieghu f’dil-ghamla ta’ hajja, u dan wasslu biex fl-1209 iwaqqaf Ordni Religjug gdid, li hu b’sens ta’ umiltà beda jsejjahlu l-Ordni tal-Patrijiet Minuri.  L-ewwel dar ta’ l-Ordni kienet dik ta’ Rivotorto, imbaghad dik ta’ Santa Marija ta’ l-Angli jew il-“Porziuncola” (= il-qasam ic-ckejken).  Frangisk kiteb ukoll Regola ghall-patrijiet tieghu, li l-ewwel wettaqha bil-fomm il-Papa Innocenz III fl-1209, imbaghad wettaqha bil-kitba l-Papa Onorju III fl-1223.  Frangisk u l-patrijiet tieghu marru kullimkien biex ixandru l-Vangelu, kemm fil-pajjizi Nsara kemm f’dawk pagani u “infidili”.  Il-prietki taghhom kienu jsiru bi kliem semplihi izda li jqanqal il-qlub, imma fuq kollox bl-ezempju ta’ hajja qaddisa.  San Frangisk, flimkien ma’ Santa Klara, waqqaf ukoll it-Tieni Ordni msejjah tan-Nisa Fqar ta’ San Damjan jew ta’ Santa Klara, u t-Tielet Ordni ghal dawk li jibqghu jghixu ta’ sekulari.  Illum dan ta’ l-ahhar jissejjah l-Ordni Frangiskan Sekular.  Sentejn qabel mewtu, fuq il-gholja tal-Verna, San Frangisk ircieva minghand Kristu nnifsu l-Pjagi mqaddsa tal-Passjoni, li ghamluh jixbah lil Kristu msallab fil-gisem ukoll.  Il-Qaddis miet f’Santa Marija ta’ l-Angli, barra mill-belt ta’ Assisi, fuq il-qiegha ta’ l-art, fil-ghaxija tas-Sibt 3 ta’ Ottubru 1226, huwa u jerhi ruhu f’idejn il-hniena ta’ Alla bi kliem is-salm 141: “B’lehen qawwi l-Mulej insejjah...”  Sentejn wara mewtu l-Papa Girgor IX stqarru b’qaddis, u fis-sena 1230 gismu ngarr lejn il-Bazilka l-gdida mibnija f’giehu fejn ghadu sallum jistrieh taht l-altar maggur taht il-harsien ta' uliedu l-patrijiet Frangiskani Konventwali.  San Frangisk huwa l-patrun ta’ l-Italja.

 


10 ta’ Ottubru

SAN DANJEL U SHABU

MARTRI TAL-MAROKK


Fl-1227 seba’ Frangiskani: Danjel, Anglu, Samwel, Donnolo, Iljun, Nikola u Ugolin marru jxandru l-Vangelu qalb il-Musulmani.  Kif waslu l-Marokk bdew minnufih jippritkaw f’isem Kristu.  Izda qabduhom u tefghuhom il-habs u bdew iweghduhom u jhedduhom biex jichdu l-Fidi Nisranija, imma huma baqghu shah sal-ahhar.  Ghalhekk kienu kkundannati ghall-mewt bi qtugh ir-ras.  L-igsma tal-martri gabruhom xi Nsara u difnuhom f’Cewta.  Il-Papa Ljun X ghadd lil dawn il-Frangiskani mal-qaddisin martri.

 


12 ta’ Ottubru

SAN SERAFIN TA’ MONTEGRANARO

(1540-1604)


Serafin twieled fl-1540 f’Montegranaro fil-Marche, l-Italja tan-nofs.  Wara li ghadda zghozija jithabat f’xoghol iebes, dahal religjuz mal-Frangiskani Kapuccini.  Fil-hafna kunventi li kien u fix-xoghlijiet kollha li kellu f’idejh dejjem wera ruhu biezel u liezem fit-talb.  Qatta’ hajtu ta’ religjuz jaqdi lil hutu l-patrijiet u lill-proxxmu.  Miet Ascoli Piceno, fejn ghadda l-ahhar snin ta’ hajtu jxandar il-messagg ta’ paci u gid, nhar it-12 ta’ Ottubru 1604.  Il-Papa Klement XII kitbu fl-album tal-qaddisin tal-Knisja.

 


14 ta’ Ottubru

IL-VERGNI MQADDSA MARIJA

OMM TAS-SAHHA


Fil-knisja ta’ San Frangisk tar-Rabat, l-eqdem wahda tal-Frangiskani f’Malta, mis-seklu XVIII qamet devozzjoni kbira lejn kwadru ckejken tal-Madonna.  Il-pozizzjoni tal-knisja magenb l-isptarijiet ta’ Santu Spirtu u ta’ Sawra kienet l-okkazjoni li lil dik il-Madonna kulhadd beda jsejhilha bit-titlu ta’ “Madonna tas-Sahha”.  Fis-seklu XX, il-Frangiskan Konventwal P. Manwel Ebejer xerred din id-devozzjoni ma’ kullimkien.  Il-kwadru ghaziz. fl-4 ta’ April 1948 kien inkurunat mill-Arcisqof Mikiel Gonzi.  Tul is-sena kollha jsiru hafna pellegrinaggi lejn dan is-santwarju biex lill-Madonna n-nies jitolbuha s-sahha ta’ gisimhom u, b’mod specjali, ta’ ruhhom.

  


19 ta’ Ottubru

SAN PIETRU TA’ ALCANTARA

(1499-1562)


Pietru twieled Alcantara fi Spanja fl-1499.  Kif temm l-istudji f’Salamanca, dahal Frangiskan.  Meta sar sacerdot qeda bosta ufficcji importanti fl-Ordni u fl-1554 kiseb il-permess li jerga’ jgib xi kunventi ta’ l-Ordni lejn osservanza aktar regolari tar-Regola Frangiskana.  Minn dak il-waqt inghaqdu mieghu hafna patrijiet u hekk twieldet ir-riforma Frangiskana Alkantarina, imsejsa fuq il-penitenza u faqar mill-aktar iebes.  Ghamel il-qalb u ghen lil Santa Tereza ta’ Gesù biex tissokta tmexxi ’l quddiem ir-riforma ta’ l-Ordni Karmelitan.  Huwa kiteb ukoll xi trattati li fihom gabar l-esperjenza axxetika u mistika li ghadda minnha f’hajtu.  Bil-kitba tieghu juri x’devozzjoni kbira kellu lejn il-Passjoni ta’ Kristu.  Miet Arenas, qrib Avila, fit-18 ta’ Ottubru 1562.  Kien il-Papa Klement IX li hatar lil Pietru ta’ Alcantara qaddis.

 


20 ta’ Ottubru

BEATU GAKBU STREPA

(1350 c -1409)


Gakbu Strepa, wild familja nobbli Polakka, twieled qrib nofs is-seklu XIV.  Meta kien ghadu tfajjel dahal fl-Ordni Frangiskan.  Ghal hafna snin kien Vigarju Generali tal-missjoni Russa, fejn hadem bla mistrieh ghall-ghaqda ta’ l-Insara.  Meta ghazluh bhala Isqof ta’ Halicz, il-beatu wera kemm kien jiswa bhala raghaj tal-poplu ta’ Alla.  Minhabba l-merti civili tieghu huwa nghata t-titlu ta’ “Difensur ta’ Pajjizu”Miet nhar il-20 ta’ Ottubru 1409 u jinsab midfun fil-kattidral ta’ Leopolis.  Il-Papa Piju VI approva l-kult tieghu bhala beatu tal-Knisja.

 


20 ta’ Ottubru

BEATU KONTARDU FERRINI

(1859-1902)


Kontardu twieled Milan fil-5 ta’ April 1859 fi hdan familja Nisranija ghall-ahhar.  Sa minn zghozitu, meta kien ghadu jistudja fl-università, huwa sehhlu jaghti xhieda ta’ Kristu bil-mod kif kien igib ruhu.  Ha l-lawrja fil-ligi u sar espert kbir fil-ligi penali.  Barra minn hekk, kien ukoll awtorità fid-dritt Ruman u f’dak Bizantin.  L-imgiba tieghu kienet hekk safja li kulhadd kien ihares lejh bhala mudell ta’ lajk Kattoliku.  Bhala terzjarju Frangiskan kien jahdem hafna fl-opri tal-karità.  Miet Suna qrib Novara fil-5 ta’ Ottubru 1902 u xxandar bhala beatu tal-Knisja fl-1947.

 


23 ta’ Ottubru

SAN GWANN TA’ CAPESTRANO

(1386-1456)


Gwanni twieled Capestrano qrib L’Aquila fl-Abruzzi, l-Italja tan-nofs, fl-1386.  Studja Perugia u Napli u sar avukat mill-aqwa.  Inqabad prigunier f’rewwixta u meta nheles b’mod mirakuluz, dahal fi krizi religjuza li wasslitu jaghti ismu fl-Ordni Frangiskan.  Kien habib tal-qalb ta’ San Bernardin ta’ Siena u flimkien mieghu u ma’ San Gakbu tal-Marche hadem qatigh ghat-tixrid tar-Riforma ta’ l-Osservanza fi hdan l-Ordni.  It-tliet qaddisin Gwanni, Bernardin u Gakbu huma meqjusin bhala t-tliet kolonni ta’ l-Osservanza fl-Ordni Frangiskan.  Nistghu nghidu li Gwanni dar l-Ewropa kollha u kullimkien ipprietka kontra l-ereziji u heggeg kemm felah il-krucjata ghall-helsien ta’ l-Art Imqaddsa.  Madankollu, minkejja x-xoghol appostoliku tieghu, kiteb bosta opri axxetici u guridici.  San Gwann miet Ilok fil-Kroazja nhar it-23 ta’ Ottubru 1456.  Il-Papa Alessandru VII kitbu mal-qaddisin fl-1690.

 


26 ta’ Ottubru

BEATU BONAVENTURA TA’ POTENZA

(1651-1711)


Bonaventura twieled Potenza fil-Basilicata, l-Italja ta’ isfel,fl-1651.  Dahal Frangiskan mal-Minuri Konventwali, u mill-ewwel beda jinghazel ghall-hajja ta’ penitenza, ghall-ubbidjenza u ghac-cahda shiha tieghu nnifsu.  Kien xandâr mill-aqwa tal-Kelma ta’ Alla u konfessur imfittex u qatt ghajjien.  Kien bniedem mimli mhabba u karità li wrieha l-aktar mal-habsin u l-iggustizzjati.  Miet Ravello, qrib Amalfi, fis-sena 1711.  Il-Papa Piju VI kitbu mal-beati tal-Knisja.

 


Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv.


Beatu Bonaventura

ta' Potenza

1651-1711