Qaddisin u Beati Frangiskani                         

 

 

◄◄|werrej|►►

 


Beatu Kontardu Ferrini

(1859-1902)

20 ta’ Ottubru


Kontardu twieled Milan fil-5 ta’ April 1859 fi hdan familja Nisranija ghall-ahhar.  Sa minn zghozitu, meta kien ghadu jistudja fl-università, huwa sehhlu jaghti xhieda ta’ Kristu bil-mod kif kien igib ruhu.  Ha l-lawrja fil-ligi u sar espert kbir fil-ligi penali.  Barra minn hekk, kien ukoll awtorità fid-dritt Ruman u f’dak Bizantin.  L-imgiba tieghu kienet hekk safja li kulhadd kien ihares lejh bhala mudell ta’ lajk Kattoliku.  Bhala terzjarju Frangiskan kien jahdem hafna fl-opri tal-karità.  Miet Suna qrib Novara fil-5 ta’ Ottubru 1902 u xxandar bhala beatu tal-Knisja fl-1947.

 


L-Irfigh tal-mohh lejn Alla

mill-kitbiet tal-beatu


 

Mill-kitbiet tal-beatu ttiehdet din is-silta li fiha jinghad li t-tezor tar-ruh hu l-irfigh tal-mohh lejn Alla.

 

L-ghan tal-Knisja nistghu nihbruh f’kelma wahda: imhabba.  Min-naha l-ohra bil-kelma mibeghda nifhmu kull qawwa li tnissel il-firda u dejjem tithabat biex tigbed lejha l-qlub tal-bnedmin.  Jekk toqghod tahseb ftit zgur tintebah li l-imhabba m’hijiex ghajr il-gibda tal-qalb lejn l-oggett li thobb.  Mhux ghageb, mela, li l-bnedmin jimxu b’dik l-istess ligi li ddawwar id-dinja max-xemx.  Il-pjaneti l-ohra jduru wkoll ma’ xi kwiekeb li ahna ma narawhomx, imma l-id ta’ Alla hija c-centru ta’ dan l-univers tal-ghageb.

        

Jekk taqra bl-attenzjoni l-ktieb tal-Proverbji ssib li l-G]erf mhux mahluq, li hu dija tad-dawl ta’ dejjem, mera bla tebgha tas-setgha hallieqa ta’ Alla u xbieha tat-tjubija tieghu, jigifieri l-Kelma ta’ Alla l-Missier, waqqaf fis-sod ic-centri ta’ din l-isfera tal-ghageb, zejjen is-sema bil-kwiekeb u hazz it-truf tad-daghbien.  Ladarba l-ligijiet kollha, kemm dawk fizici li jmexxu l-holqien, kemm dawk morali li jmexxi l-imgiba tal-bnedmin, ilkoll imnisslin mill-istess ghajn.  Ma ghandniex ghalfejn nistaghgbu li fin-natura li tidher u fil-mod kif din titmexxa nsibu ghajnuna qawwija u effettiva li tmexxi lill-hajja tal-bniedem fit-triq tas-salvazzjoni.

        

Dan hu l-qofol tal-ghan tal-Knisja.  San Pawl dan fissru tabilhaqq tajjeb u wera kemm kien gharef u kemm kien jaghraf il-hajja tal-bniedem.  Huwa kiteb: “Mill-bqija, huti, f’dan ghandkom tahsbu: f’kull ma hu veru, f’kull ma hu xieraq, f’kull ma hu gust, f’kull ma hu safi, f’kull ma jigbed l-imhabba, f’kull ma jisthoqqlu l-gieh, f’kull ma hu virtu’, f’kull ma haqqu t-tifhir, f’dan ahsbu u dan aghmlu, u Alla tas-sliem ikun maghkom.”  Kulhadd, imma l-aktarnett z-zghazagh, ghandu jahseb u jag]hraf is-siwi ta’ dal-kliem.

        

Huti, ejjew naghmlu hilitna kollha u nitghallmu t-taghlim tas-sema u napplikawh f’hajjitna.  Is-Salvatur taghna, li hu t-tezor, it-tama u l-hena ta’ ruhna, amrilna li nkunu perfetti kif perfett hu l-Missier tas-smewwiet.  Ma taniex precetti ohra ghajr dawn, u l-Appostlu li Gesu’ kien ihobb gabar kollox f’sentenza wahda: “Alla hu mhabba.”

        

Nitolbu bil-herqa lil Alla biex, fil-hniena tieghu, ikebbes fi qlubna dak in-nar li Kristu gie jkebbes fuq l-art.  Nitolbu lill-Ispirtu Paraklitu, li hu l-imhabba sostanzjali li tghaqqad il-Missier u l-Verb Etern flimkien, biex isawwab fina dik l-imhabba li qatt ma taf tghid bizzejjed.  Ejjew nitolbu b’wiccna fl-art lil Alla biex, waqt li nitfghu warajna dak kollu li jista’ jbeghedna minnu, ninghaqdu mieghu b’dik l-imhabba li biha jhobbuh l-ispirti tas-sema.

 


Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv.


Beatu

Kontardu Ferrini