Qaddisin Frangiskani                         

 

 

◄◄|werrej|►►


Qaddisin Frangiskani

matul Novembru



4 ta’ Novembru

SAN KARLU BORROMEO

(1538-1584)


San Karlu twieled Arona qrib Novara, l-Italja ta’ fuq, fl-1538. Wara li kiseb il-lawrja fil-ligi civili u f’dik tal-Knisja, zijuh, il-Papa Piju IV, ghazlu Kardinal u hatru Isqof ta’ Milan.  Hawn wera ruhu raghaj ghaqli tal-merhla tieghu.  Zar hafna drabi d-djocesi tieghu kollha kemm hi, sejjah sinodi djocesani u hadem kemm felah b’rizq il-fidwa ta’ l-erwieh.  Ried itejjeb dejjem aktar u b’kull mezz il-hajja Nisranija.  Miet fit-3 ta’ Novembru 1584.  San Karlu Borromeo kien wiehed mill-Kardinali Protetturi ta’ l-Ordni Franíiskan.

 


8 ta’ Novembru

BEATU GWANNI DUNS SCOTUS

(1265-1308)


Gwanni twieled Duns fl-Iskozja fl-1265 u dahal fl-Ordni Frangiskan meta kien ghadu zaghzugh.  Kien ordnat sacerdot fis-17 ta’ Marzu 1291.  Wara li kiseb il-gradi akkademici fl-università ta’ Sorbonne, f’Parigi, lahaq professur fl-universitajiet ta’ Cambridge, Oxford, Parigi u Kolonja.  Tul il-karriera tieghu stharreg bir-reqqa l-Kotba Mqaddsa u kiteb hafna opri filosofici u teologici.  Xandar bil-qawwa l-misteru tal-Verb maghmul bniedem u kien difensur tad-duttrina dwar it-Tnissil bla tebgha tal-Vergni Marija u l-awtorità tal-Papa.  Fit-23 ta’ Gunju 1303, wara li cahad li jiffirma l-libell ta’ Filippu IV, Re ta’ Franza, kontra l-Papa Bonifazju VIII, kien eziljat minn Parigi.  Miet hesrem f’Kolonja fit-8 ta’ Novembru 1308.  Il-fama ta’ qdusija li kiseb dan it-teologu dehret fil-virtujiet Insara li hu ghex f’hajtu b’mod mill-aktar erojku.  Huwa wiehed mill-akbar esponenti ta’ l-Iskola Filosofika u Teologika Frangiskana.  Bit-taghlim tieghu Skotu wassal lill-Knisja biex fl-1854 taghraf u xxerred id-duttrina dwar l-Immakulata Kuncizzjoni bhala dogma tal-fidi.  Fis-6 ta’ Lulju 1991 il-Papa Gann-Pawl II wettaq il-kult pubbliku li kien ilu jinghata lil Skotu ghal sekli shah fl-Ordni Frangiskan u fid-djocesijiet ta’ Kolonja, fil-Germanja, u ta’ Nola, fl-Italja ta’ isfel.

 


13 ta’ Novembru

SAN DIEGU TA’ ALCALÀ

(1400 c -1463)


Diegu twieled Andalusia fi Spanja qrib is-sena 1400.  Kien ghadu zaghzugh meta beda jhoss is-sejha ghall-hajja migbura, kollha kemm hi mistrieha fuq it-talb u l-hidma.  Meta mbaghad dahal mal-Patrijiet Minuri bhala religjuz iddedika ruhu ghall-aktar xoghlijiet umli tal-kunvent.  Fl-1441 mar jahdem ta’ missjunarju fil-Gzejjer Kanarji, fejn habbat wiccu ma’ hafna xkilijiet u tbatija li hu garrab ghall-glorja ta’ Alla.  Fl-1450 kien Ruma, u hemm ghal xi zmien kien jiehu hsieb il-morda bil-pesta.  Permezz tat-talb tieghu regga’ hafna morda ghas-sahha.  Imbaghad meta rega’ lejn Spanja, radd ruhu lil Alla f’Alcalà de Henares, qrib Madrid, nhar it-12 ta’ Novembru 1463.  San Diegu huwa l-ewwel fratell religjuz Frangiskan mhux sacerdot li ntrefa’ ghall-glorja ta’ l-altari.  Kien il-Papa Frangiskan Sistu V li kitbu fl-album tal-qaddisin tal-Knisja.  Il-fratelli religjuzi fl-Ordni Frangiskan iqimuh bhala l-patrun specjali taghhom.

 


14 ta’ Novembru

SAN NIKOLA TAVELIC U SHABU

MARTRI TAL-PALESTINA


Nikola Tavelic twieled qrib is-sena 1340 f’Sebenico, fid-Dalmazja.  Kien l-ewwel missjunarju fil-Bosnja, imbaghad, fl-1381 telaq lejn l-Art Imqaddsa, flimkien ma’ Stiefnu ta’ Cuneo, Pietru ta’ Narbona, u Deodatu ta’ Ruticinio.  Dawn hejjew diskors li fih iddefendew il-Fidi Nisranija u marru jaqrawh quddiem il-Qadi ta’ Gerusalemm.  Wara dak id-diskors lil dawn il-patrijiet stednuhom jergghu lura minn dak li qalu.  Izda huma baqghu shah f’dak li kienu stqarrew u ghaldaqstant kienu kkundannati ghall-mewt.  Il-martirju taghhom sehh nhar l-14 ta’ Novembru 1391.  Il-Papa Pawlu VI kkanonizzahom fil-21 ta’ Gunju 1970.

 


17 ta’ Novembru

SANTA ELIZABETTA TA’ L-UNGERIJA

(1207-1231)


Elizabetta, bint ir-Re ta’ l-Ungerija, twieldet fis-sena 1207.  Meta kienet ghadha daqsxejn ta’ tfajla zzewget lir-Re Lwigi IV ta’ Turinga.  Waqt li baqghet dejjem fidila lejn dmirijietha ta’ mizzewga, hadet hsieb iddur bil-foqra u l-morda u qassmitilhom bejniethom il-gid taghha.  Kienet sahansitra ddur bil-lebbruzi hija nfisha.   Meta zewgha miet fi Krucjata, Elizabetta sfat imkeccija b’nuqqas ta’ haqq mill-palazz taghha flimkien mat-tliet uliedha.  Min-naha taghha, hi laqghet bil-ferha u b’fidi kbira l-faqar li gie fuqha, waqt li baqghet taghti edukazzjoni mill-ahjar lil uliedha, iddur bil-morda u titlob bla waqfien.  Mietet Terzjarja Frangiskana fil-ghomor zghir ta’ 24 sena, fl-1231.  Santa Elizabetta, flimkien ma’ San Ludovik IX, hija l-patruna ta’ l-Ordni Frangiskan Sekular.

 


26 ta’ Novembru

SAN LEONARDU TA’ PORTO MAURIZIO

(1676-1751)


Leonardu twieled Porto Maurizio qrib Imperia, mhux ’il boghod minn Genova, fl-1676, u ta’ ghoxrin sena dahal mal-Frangiskani Riformati fil-kunvent ta’ San Bonaventura f’Ruma.  Meta ordna sacerdot intefa’ b’hegga appostolika li ma bhalha fil-ministeru tal-predikazzjoni.  Gera ma’ l-Italja kollha jxandar il-Kelma ta’ Alla.  Baqghu msemmija l-missjonijiet tieghu fost il-poplu, il-prietki tar-Randan u l-ezercizzi spiritwali li kien imexxi.  Xerred kemm felah id-devozzjoni tal-Via Crucis li minnha waqqaf mas-600 madwar l-Italja kollha, fosthom dik tal-Colosseo f’Ruma.  Kiteb bosta opri dwar il-pedikazzjoni u l-hajja spiritwali, li fihom tidher l-ispiritwalità Frangiskana fl-aqwa taggha.  Miet Ruma fis-26 ta’ Novembru 1751. Il-Papa Piju IX kitbu fl-album tal-qaddisin fl-1867.  Huwa l-qaddis patrun tal-missjonijiet popolari.

 


27 ta’ Novembru

SAN FRANGISK ANTON FASANI

(1681-1742)


Frangisk Anton, li qabel dahal fil-kunvent kien jismu Giovaniello, twieled Lucera fil-Puglie, l-Italja ta’ isfel, fl-1681.  F’zghozitu dahal mal-Frangiskani Konventwali.  Mill-bidu tal-hajja religjuza nghazel ghal qdusitu.  Huwa kien ta’ ezempju ghal kulhadd bil-hegga sacerdotali tieghu u bil-hajja ta’ cahda li kien jghix.  Meta ghazluh bhala Ministru Provinhjal, huwa sahaq kemm felah fuq il-harsien tar-Regola Frangiskana fil-Provincja tieghu.Xerred ma’ kullimkien id-devozzjoni lejn l-Immakulata Kuncizzjoni.  Ghal erbghin sena shh kien imbierek minn kulhadd ghall-karità kbira tieghu mal-foqra, l-iltiema u l-habsin. Imzejjen b’karizmi tas-sema, Frangisk Anton miet Lucera fid-29 ta’ Novembru 1742. Fit-13 ta’ April 1986 il-Papa Gann-Pawl II ghaddu mal-qaddisin.

 


28 ta’ Novembru

SAN GAKBU TAL-MARCHE

(1394-1476)


San Gakbu twieled Monteprandone Piceno fil-Marche, l-Italja tan-nofs, fl-1394.  Studja Perugia u specjalizza fil-ligi, imbaghad dahal mal-Frangiskani Osservanti, studja t-teologija u sar sacerdot.  Hadem l-aktar fil-ministeru tax-xandir tal-Vangelu u dar l-Italja kollha u bosta pajjizi ta’ l-Ewropa f’dil-hidma.  Kien predikatur mill-aqwa u bil-hegga tieghu hafna kienu l-erwieóh li gharfu r-rieda ta’ Alla.  Kien dixxiplu ta’ San Bernardin ta’ Siena u bhall-imghallem tieghu xerred kemm felah id-devozzjoni lejn l-Isem Imqaddes ta’ Gesù.  Hu wahda mill-kolonni tal-moviment ta’ l-Osservanza fl-Ordni Frangiskan.  Miet Napli fl-1476 u kien ikkanonizzat mill-Papa Benedittu XIII.

 


29 ta’ Novembru

IL-QADDISIN KOLLHA

 TA’ L-ORDNI FRANGISKAN


 F’kull waqt u f’kull zmien mit-twaqqif tieghu sallum, l-Ordni Frangiskan kien dejjem jixbah lil gnien li fih iwarrdu ghadd bla qjies ta’ qaddisin u rwieh tajba. Uliedu l-qaddisin ta’ l-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Ordni gew minn kull qasam tal-hajja u minn kull gens ta’ bnedmin.  Hemm Frangiskani Martri, Dutturi tal-Knisja, Isqfijiet, Sacerdoti, Fratelli Religjuzi, Lajci, Vergni, u Nisa u Rgiel Mizzewga.  Huma kotra kbira ta’ qaddisin migmugha madwar il-Fqajjar ta’ Assisi li f’gismu jgib is-sinjali ta’ Alla l-haj.  Il-festa tal-Qaddisin Kollha ta’ l-Ordni ssir il-lum, ghax kien sewwa sew fid-29 ta’ Novembru 1223 li l-Papa Onorju III wettaq b’mod solenni r-Regola ta’ San Frangisk, li kien ga wettaqha bil-fomm Innocenz III fis-sena 1209.  Il-kitba originali tar-Regola tinsab mizmuma b’ghozza kbira mill-patrijiet Frangiskani Konventwali fil-kappella tar-relikwi fil-Bazilka ta' San Frangisk f' Assisi.

 


Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv.


San Frangisk Anton Fasani

San Leonardu ta' Porto

Maurizi

San Gakbu

tal-Marche