Qaddisin u Beati Frangiskani |
|
|
San Frangisk Anton Fasani (1681-1742) 27 ta’ Novembru Frangisk Anton, li qabel dahal fil-kunvent kien jismu Giovaniello, twieled Lucera fil-Puglie, l-Italja ta’ isfel, fl-1681. F’zghozitu dahal mal-Frangiskani Konventwali. Mill-bidu tal-hajja religjuza nghazel ghal qdusitu. Huwa kien ta’ ezempju ghal kulhadd bil-hegga sacerdotali tieghu u bil-hajja ta’ cahda li kien jghix. Meta ghazluh bhala Ministru Provinhjal, huwa sahaq kemm felah fuq il-harsien tar-Regola Frangiskana fil-Provincja tieghu.Xerred ma’ kullimkien id-devozzjoni lejn l-Immakulata Kuncizzjoni. Ghal erbghin sena shah kien imbierek minn kulhadd ghall-karitŕ kbira tieghu mal-foqra, l-iltiema u l-habsin. Imzejjen b’karizmi tas-sema, Frangisk Anton miet Lucera fid-29 ta’ Novembru 1742. Fit-13 ta’ April 1986 il-Papa Gann-Pawl II ghaddu mal-qaddisin.
Kummentarju ghat-talba tal-“Missierna” mill-kitbiet tal-qaddis
Is-silta li gejja ttiehdet mill-kummentarju ghat-talba tal-“Missierna” li kiteb il-qaddis. Fiha Fasani jfisser x’jifhem meta lil Alla jsejjahlu Missier.
Mulej Alla tal-hajja tieghi, int Missierna li nissiltna, ahna tieghek ghax int hlaqtna. Ahna minn dejjem tieghek, izda int nissiltna fz-zmien u hlaqtna xbieha u xebh tieghek. Missierna, Missier kulhadd, ghax int hallieq ta’ kollox, kemm ta’ dak li jidher u kemm ta’ dak li ma jidhirx, tal-hlejjaq ta’ taht l-art, ta’ l-art u tas-sema. Missierna, mhux biss ghax int missier kulhadd, imma ghax thobbna bi mhabba specjali. Int bis-sahha tal-fidi vera sawwabt fi qlubna l-Ispirtu ta’ Ibnek, li jghajjat: Abba, Missier.
Missier tajjeb, Missier qaddis, Missier helu, Missier hlejju u hanin, Missier setghan fuq kollox u gharef, Missier bla tarf u ta’ kobor bla tmiem, Missier ta’ dejjem l-aktar gholi, l-aqwa u l-eqdes Missier. Aghmel, Missier, li ahna wkoll, uliedek b’adozzjoni specjali, li biha ghamiltna werrieta, nirtu sewwasew lilek, o Alla, u nsiru werrieta flimkien ma’ Kristu.
O Missier, Missier, Missier il-hniena, Missier il-mahfra, Missier ta’ tjieba bla qjies! Ah, bluha ta’ wlied Adam! Dawn jaharbu mill-hakma hielsa ta’ Alla l-Missier u ma jqisu xejn l-adozzjoni ta’ wlied Alla, waqt li jintelqu minn jeddhom fil-jasar tax-xitan. Ah, xi bluha, xi frugha, x’hazen, x’ingratitudni bla tarf!
Mulej, Missier qaddis, ikollok hniena minni, ghax dnibt hafna meta kont mahkum mill-hazen. O Missier, Missier mahbub, la titlaqnix.
Missier qaddis, nitlob l-ghajnuna tieghek, nitlobhielek bla waqfien, biex int issalva lili, ibnek, u tqawwini bl-imhabba tieghek ta’ missier. Aghmel, Missier qaddis, li jien ingib ruhi ta’ iben, naghraf u nifhem ta’ iben, biex nigi ]dejk, Missier, fis-sebh bla tmiem. Amen, amen, amen.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv. |
San Frangisk Anton Fasani
|