Qaddisin u Beati Frangiskani                         

 

 

◄◄|werrej|►►


San Gakbu tal-Marche

(1394-1476)

28 ta’ Novembru


 

San Gakbu twieled Monteprandone Piceno fil-Marche, l-Italja tan-nofs, fl-1394.  Studja Perugia u specjalizza fil-ligi, imbaghad dahal mal-Frangiskani Osservanti, studja t-teologija u sar sacerdot.  Hadem l-aktar fil-ministeru tax-xandir tal-Vangelu u dar l-Italja kollha u bosta pajjizi ta’ l-Ewropa f’dil-hidma.  Kien predikatur mill-aqwa u bil-hegga tieghu hafna kienu l-erwieóh li gharfu r-rieda ta’ Alla.  Kien dixxiplu ta’ San Bernardin ta’ Siena u bhall-imghallem tieghu xerred kemm felah id-devozzjoni lejn l-Isem Imqaddes ta’ Gesù.  Hu wahda mill-kolonni tal-moviment ta’ l-Osservanza fl-Ordni Frangiskan.  Miet Napli fl-1476 u kien ikkanonizzat mill-Papa Benedittu XIII.

 


Ix-Xandir tal-Kelma ta’ Alla

jnissel kull Virtu'

mill-kitbiet tal-qaddis


 

Minn wahda mill-prietki tal-qaddis ittiehdet din is-silta li fiha jinghad li x-xandir tal-Kelma ta’ Alla jnissel kull virtu’.

 

Zerriegha ohra waqghet f’art tajba u nibtet u ghamlet frott bil-mija fil-wiehed.”  Hawn jigu quddiem ghajnejna l-qlub herqana mimlija bl-Ispirtu s-Santu.  F’dawn il-qlub il-Kelma ta’ Alla tizra’ l-indiema mid-dnubiet, il-vjola ta’ l-umilta’, ir-roza ta’ l-imhabba, il-gilju tas-safa, il-biza’ u l-imhabba ta’ Alla, ix-xenqa ghar-realta’ bla tmiem, it-tkasbir tal-hwejjeg tad-dinja, is-sbuhija ta’ kull virtu’.  Kemm int ghaziza u qaddisa, kelma ta’ Alla!  Inti ddawwal il-qlub tal-fidili, inti xxabba’ lill-imgewhin, inti ssabbar lill-imdejqin, inti timla l-mohh tat-twajbin biex minnhom tohrog kull virtu’, inti tahtaf l-erwieh minn halq ix-xitan, inti tiggustifika l-midinbin u minn bnedmin ta’ l-art taghmilhom glejjaq tas-sema.

        

Mnejn tista’ tircievi l-Ispirtu s-Santu?  Mill-pedikazzjoni.  Fejn tista’ tibki dnubietek u tahfer in-nuqqasijiet li jaghmlulek?  Fil-predikazzjoni.  Kif tista’ tnehhi r-rieda hazina u tikseb is-sabar u terga’ ssib ir-ruh li ntilfet?  Bil-predikazzjoni.  Kif tista’ taghraf lil Alla u kif isiru qaddisin il-midinbin?  Bil-predikazzjoni.  Biex jinhafru dnubiet bhal qtil, nuqqas ta’ razan, infedelta’, mibeghda, u hafna ohrajn?  Bil-predikazzjoni.  U x’inhu li jgieghel lill-poplu jibqa’ shih fil-fidi?  Il-predikazzjoni.

        

Min ma jismax mill-Kelma ta’ Alla hu bhal hliqa minghajr raguni.  U x’inhi dik il-haga li ghandha l-qawwa xxejjen l-izbalji u l-ereziji?  U x’inhu dak li jwassal lid-dinja ghall-konverzjoni?  Il-predikazzjoni.  X’amar tahom Kristu lill-Appostli?  Li jippritkaw.  U mnejn tigi l-hila li wiehed jizra’ l-grazzja u l-virtu’ fl-erwieh?  Mill-predikazzjoni, ghax “mhux intom tkunu li titkellmu” jghid il-Mulej.

        

O predikazzjoni qaddisa, int tiswa aktar minn kull tezor!  Hienja dawk li jisimghuk bil-qalb, ghax inti d-dawl li jdawwal id-dinja.

 


Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv.


San Gakbu

tal-Marche