![]() |
San Franġisk, il-Franħiskani u l-Immakulata Kunċizzjoni |
|
L-Immakulata fl-Istorja Frangiskana ta' Prof. A. Tabone
It-8 ta’ Dicembru tas-sena 1854 hu mahzuz ghal dejjem b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-Ordni Frangiskan kollu ghax dan il-jum gieb mieghu r-rebha il-kbira tat-“Tnissil bla tebgha mid-Dnub Originali” tal-Madonna u halla warajh xita qawwija ta’ dawl li jibqa’ jixghel ghal dejjem fil-graja tal-Ordni Frangiskan.
Mhiniex behsibni nidhol fil-qasam tat-teologija fejn huwa mizrugh u mxettel id-Domma tal-Fidi dwar il-Koncepiment Immakulat tal-Vergni Mqaddsa, izda ser biss nuri fil-qosor ix-xoghol u l-hidma bla heda li l-Ordni Frangiskan wera ma’ tul iz-zmien dwar dan il-privilegg wahdieni li bih giet moghnija u mzejna Marija.
Il-Knisja ta’ Sidna Gesù Kristu sa minn dejjem, ftit jew wisq, kienet izzomm li Marija giet mnissla f’guf ommha minghajr ebda tebgha ta’ dnub originali li l-bnedmin kollha jirtu minn Adam, l-ewwel missier taghhom. Ara kemm hu hekk. Ahna nafu li l-Knisja Griega fis-seklu sebgha kienet taghmel il-festa ta’ l-Immakulata u l-Knisja Latina fis-seklu disgha. U sewwa sew din il-festa kienet li fis-seklu tnax qanqlet ir-ruh kbira ta’ San Bernard u jsemma’ lehnu qawwi meta kiteb dik l-ittra harxa kontra l-Kanonici ta’ Lijon, ghax huma ukoll bdew idahhlu din il-festa fil-Knisja taghhom. Din l-ittra, tista’ tghid, kienet ix-xrara li tat in-nar lill-huggiega kbira li ghal zmien twil hadd ma seta’ jitfi.
L-gharef Pietru Lombardo, surmast kbir fit-Teologija fl-Unversita ta’ Sorbona, beda huwa ukoll jitkellem fl-iskola fuq it-Tnissil bla Tebgha tal-Madonna. Dan it-taghlim tal-Imghallem beda jheggeg u jsahhan l-irjus ta’ l-istudenti tieghu, u f’qasir zmien l-Università ta’ Sorbina saret huggiega wahda. Il-fehmiet ta’ l-istudenti bdew jitwalu u jihraxu u jithawdu, ghax minflok li staqsew u fittxew jekk Alla, b’qawwietu bla qies, setax jehles lill-Madonna minn kull tebgha ta’ dnub originali, kienu jintilfu jistaqsu u jfittxu kif Alla seta’ jqaddes lill-Madonna u jehlisha minn kull htija. San Pawl jghid li kulhadd hu midneb f’Adam, u ma’ l-iskoll kienet tahbat u titfarrak il-qawwa ta’ l-argumenti ta’ dawk li kienu jiddefendu lil Marija.
Hu x’inhu, it-test tat-Teologija maghruf u mfisser mid-Dutturi ta’ l-Università ta’ Sorbona kien il-Liber Sententiarum, li bla dubju ta’ xejn, kien jichad il-privilegg ta’ Madonna.
Lanqas ghandna nistghagbu b’daqshekk, ghax kull taghlim nisrani qabel ma jsir taghlim li ghandu jemmnu kulhadd, jew domma tal-fidi, jrid jghaddi l-ewwel mill-gharbiel tal-ghorrief teologi wara hafna tislit u kwistjonijiet li jigbdu fit-tul. U dan il-privilegg kbir tal-Madonna kellu jghaddi huwa ukoll minn dan l-gharbiel, u l-aqwa u l-ehrex glieda ta’ bejn it-teologi bdiet fuq il-Katedra ta’ l-Università ta’ Oxford.
L-ewwel wiehed li qanqal din il-glieda kien propju Gulielmu minn Ware, ingliz, li b’dan l-argument qasir izda qawwi: potuit, decuit, ergo fecit, wera li Alla seta’ jehles lill-Madonna minn kull tebgha ta’ dnub, mhux biss, imma kien wisq xieraq li jehlisha minnu bhala Ommu, u mela tabilhaqq mehlusa.
Dawn l-erba’ kelmiet shah u qawwija ta’ l-imghallem nizlu fuq qalb tarja u mnikkta taz-zghazagh studenti frangiskani, bhalma tinzel in-nida fl-ghodiewi sbieh tar-rebbiegha biex troxx u thenni x-xtieli tari ta’ l-imxietel, jew bhal balzmu li jdewwi l-griehi; u ghalhekk imkebbsin kif kienu b’imhabba wahdanija lejn il-Vergni Mqaddsa, weghdu ghalenija li huma wkoll jidhlu fil-glieda qaddisa u li jibqghu jissaraw sakemm ma jkollhomx ir-rebha ahharija. Hekk ukoll ghamlu, wara zmien, mija u tnax il-Duttur tal-Università tas-Sorbona, u ma’ dawn inghaqdu, wara dawk ta’ l-Università ta’ Kolonja, Magonza, Salamanka, Granata u ta’ Praga.
U, mela, min jista’ jghodd il-ghadd kbir ta’ Kavallieri tal-Kuncizzjoni Immakulata li hargu mill-Ordni Frangiskan li, ftit taz-zmien qabel, kien waqqaf is-Serafiku ta’ Assisi? Mid-Duttur Evangeliku Sant’ Antnin ta’ Padova sa Rajmondu Lullo, li ddefendew bil-qawwa kollha s-safa ta’ Marija; mid-Duttur Serafiku San Bonaventura minn Bangnorea sa Govanni minn Moravalle, li fahhru u ghollew dejjem ‘il fuq il-privilegg kbir tal-Madonna; minn Robert Cawthon sa William minn Robbione, Vitale minn Forno, Gwanni minn Kolonja, Gerardu Oddone, Nikola minn Lira, u ibqa’ sejjer sal-Barsoli, Monaldi, Pietru minn Kolonja, Brucher u Blomendal. Kienet sensiela wahda ta’ erwieh kbar li ma qatghu qatt ighannu l-ghanja sabiha tat-tnissil bla tebgha tal-Vergni Marija. Izda l-aqwa Kavallier tal-Madonna bla dubju kien id-Duttur Marjan, il-Beatu Gwanni Duns Skotu li, wara li fela u gharbel bil-qawwa ta’ mohhu il-privilegg kbir taghha, li bil-lehen ta’ l-ajkla li tittajjar sultana fil-wisgha u l-gholi tas-sema qal: “Il-Vergni Marija, Omm Alla, qatt u qatt ma kienet ghadu ta’ Alla; kif kienet tkun li kieku Alla nnifsu ma helishiex mid-dnub originali.” (Dist. XVIII, q. 1)
Izda dawk l-ohrajn li ma kienux jaqblu mal-fehma tal-Frangiskani meta sabu ruhhom marsusin minn kull naha, ressqu l-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Papa Gwanni XXII u talbu l-kundanna tat-taghlim taghhom. Il-Papa minnufih sejjah quddiemu l-aqwa ghorrief fit-Teologija biex jistharreg il-kwistjoni. Il-kawza bdiet u ntemmet b’rebha kbira ghall-Frangiskani. Izda l-ohrajn, ghalkemm mirbuha, baqghu dejjem iebsin fil-fehma taghhom sakemm imbaghad fis-sena 1387, l-ispanjol Gwanni minn Monzon attakka fil-berah il-privilegg tal-Madonna, u qal li taghlim bhal dan hu kontra t-taghlim tal-Kotba Mqaddsa. Imma l-ghajta qalila li harget shuna u harqiena mis-swali ta’ Sarbona zammet u xejnet it-taghlim ta’ Gwanni li, biex tghaddi tieghu, ressaq il-kwistjoni quddiem il-Papa ta’ Avignon. Minnufih l-Università tas-Sarbona baghtet erbgha mill-ahjar Dutturi taghha quddiem il-Papa, u qabbdet lill-Frangiskan Gwanni Vidal jiehu f’idejh id-difiza ta’ l-Immakulata. Dan id-Duttur, f’sahna qaddisa jikteb id-difiza, iressaqha quddiem il-Papa Klement VII, li, mqanqal u mheggeg mill-argumenti qawwija taghha, xehet l-iskomunika fuq l-ispanjol ta’ rasu iebsa.
Fl-1431, fil-belt ta’ Bazileja, kien qed isir il-Koncilju. Il-hsieb ta’ dan il-Koncilju, sa mill-bidu nett, waqa fuq l-Immakulata. Zewg Frangiskani, Bernard de-la-Roche u Gwanni minn Sagavina, kienu id-difensuri taghha, u fl-24 laqgha, il-Koncilju hareg id-digriet li kien jghid li t-taghlim li jzomm li Marija giet imnissla bla ebda tebgha ta’ dnub originali jaqbel sewwa mal-Kotba Mqaddsa, mat-tradizzjoni, mar-raguni u mal-Liturgija, u li ghalhekk taht pwieni kbar ma kienx irid min jichdu jew jiddubita minnu.
Fit-3 t’Awissu 1471 lahaq Papa wiehed Frangiskan li ha l-isem ta’ Sistu IV. Ma lahaqx ghadda zmien twil meta dan il-Papa sejjah quddiemu laqgha ta’ ghorrief mill-aqwa sabiex jaqta’ darba ghal dejjem il-ghelt li kien ghadu jsaltan bejn it-teologi, Il-kawza nfethet sew minn naha kemm mill-ohra; izda ipprova u erga’ ipprova, ghafas u erga ghafas, fl-ahhar hargu rebbehin dawk li ddefendew il-privilegg tal-Madonna, u l-Papa nnifsu lil Frangiskan Frangisku minn Brescia sejjahlu Sansun l-izjed qawwi: “fortissimus samson”.
Fis-27 ta’ Frar 1476 l-istess Papa hareg digriet bil-hsieb li jrazzan lil kull min kien ghadu ma jemminx u ma jqimx is-safa shiha tal-Vergni Omm Alla; izda hsieb il-Papa ma giex imwettaq, ghax l-eghdewwa dawru u ghawgu kif riedu d-digriet tieghu u komplew jehduha kontra il-privilegg ta’ dik li kellha tkun safja u qaddisa sa mill-bidu tat-tnissil taghha. U ghalhekk issa l-Vigarju ta’ Kristu kien imgieghel isemma’ lehnu aktar qawwi, u fl-4 ta’ Settembru 1483 xehet l-iskomunika lil dawk kollha li kienu ghadhom jazzardaw jichdu l-privilegg tal-Madonna.
Wara li ghadda xi zmien, il-Papa Pawlu III sejjah laqgha ohra tat-Teologi fil-belt ta’ Trento. Hawn ukoll giet mistharrga bir-reqqa kollha il-kwistjoni ta’ l-Immakulata. Mija u tliet patrijiet Frangiskani talbu li l-privilegg tal-Madonna jsir domma tal-fidi, taghlim jigifieri li ghandu jemmnu kulhadd; izda il-kuncilju, wara li semma u fahhar iz-zewg digrieti tal-Papa Sistu IV, qata’ biss li l-Vergni Marija ma’ ghandhiex tigi maghduda mal-bqija tal-bnedmin l-ohra li wirtu d-dnub ta’ missierhom Adam. U issa il-Frangiskani, imfawra b’imhabba li ma tarx qies lejn ix-xbejba qaddisa, wara li fis-sena 1645 hatru l-Immakulata bhala Patruna ewlenija ta’ l-Ordni taghhom, bdew izjed minn qabel ifahhru u jxandru fil-berah u kullimkien il-privilegg wahdieni tal-Madonna, sewwa bil-kelma shuna tal-predikaturi, sewwa bil-pinna tad-Dutturi kif ukoll bil-pinzell tal-pitturi, ilkoll kemm huma bit-tama shiha li jisimghu f’qasir zmien l-ahhar kelma li tohrog qawwija mix-xofftejn infallibli tal-Vigarju ta’ Gesù Kristu.
L-istess qaddis Papa Piju V fl-1567 ikkundanna l-propozizzjoni numru 74 ta’ Baju li kienet tichad il-Privilegg imsemmi, u l-Papa Girgor XV u Alessandru VII widdbu lil kulhadd biex hadd aktar ma jazzarda jikteb jew jghallem kontra l-privilegg sabih tal-Vergni Omm Alla. U hekk, wara erba’ mitt sena shah ta’ glieda bla heda, it-taghlim ta’ dawk li kienu jzommu li l-Madonna wirtet hi wkoll it-tebgha kerha tad-dnub ta’ Adam gie midfun f’qabar gholi biex zgur ma jergax jirxoxta.
Izda, l-ahhar u l-aqwa Papa li qieghed is-sigill fuq dak il-qabar biex zgur ma jinfetahx aktar, kien sewwasew il-Papa Piju IX, Terzjarju Frangiskan, illi fit-8 ta’ Dicembru 1854, hemm, gewwa dik il-Bazilika li tisboq il-knejjes kollha fid-dinjita, fil-kobor, fil-gmiel u fil-ghana taghha, hemm, wieqaf dritt fuq il-Katedra tal-Verita dejjiema, imdawwar minn ghadd kbir ta’ Kardinali, Isqfijiet u Rjus kbar ohra, hemm taht il-koppla ta’ l-aqwa arkitett li bhalu ghadha ma ratx id-dinja, b’lehen shih u b’setgha tas-sema, ghallem li: Marija sa mill-bidu nett tat-tnissil taghha giet misjuba safja u hielsa minn kull tebgha ta’ dnub originali, u widdeb lill-insara kollha biex dan it-taghlim jemmnuh taht piena ta’ dnub mejjet.
Il-Papa Piju IX tkellem u d-dinja ferhet, izda wisq izjed ferah l-Ordni Frangiskan meta kiseb din ir-rebha kbira wara glieda ta’ madwar seba’ mitt sena, u b’xhieda ta’ dan il-ferh u radd il-hajr lil Vigarju ta’ Gesù Kristu, il-Ministri Generali ta’ l-Ordni Frangiskan kollu nxtehtu gharrkobbtejhom f’riglejn il-Papa ta’ l-Immakulata fil-waqt li offrewlu gilju tal-fidda, b’wiri ta’ bjuda u s-safa shiha li fiha giet mnissla l-Vergni Marija.
Bilkemm lahqu ghaddew tlett snin u erba’ xhur minn jum id-Domma ta’ l-Immakulata, u minn gewwa il-blat imgarraf ta’ Massabielle, qrib Lourdes, wahda Sinjura talbet lil wahda tfajla, li nzertat ghaddejja minn hemm, biex ta’ kultant tmur izzurha. Dik ix-xbejba, msahhra mill-gmiel ta’ dik is-Sinjura, bis-semplicita kollha ta’ tfajla rahlija, staqsieha min kienet, u dik is-Sinjura tal-libsa bajda b’faxxa kahla ma’ qaddha, filwaqt li kisret ftit ghajnejha sbieh lejn is-sema u fethet idejha bojod daqs il-qarsa tax-xema’, bi tbissima helwa u hafifa fuq xofftejha qrollin wiegbet: “Jiena jien il-Kuncizzjoni Immakulata.”
Dan gara nhar il-25 ta’ Marzu 1858: jum il-Lunzjata, festa ohra tal-Madonna; u hekk nistghu nghidu li dak it-taghlim u l-glieda harxa u twila li zammew iebes il-Frangiskani mhux biss gie mwettaq mill-Vigarju ta’ Kristu f’din l-art, imma sahansitra minn Ommu stess, mill-istess Xbejba tal-Pirinej, is-sbejha u helwa Marija, Omm Alla, u Omm l-Iben il-wahdieni tieghu Gesù.
Dan l-artiklu deher fil-gazzetta: Lehen is-Sewwa tal-5 ta' Dicembru 1953 Valletta: 12.4.2004 |
![]()
Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|
![]() |