![]() |
San Franġisk, il-Franġiskani u l-Immakulata Kunċizzjoni |
|
Storja qasira dwar id-Domma tal-Kuncizzjoni migbura minn Kan. Joseph Bonello
Fl-istorja tal-Kult Marjan, tlieta huma d-dati importanti: it-22 ta' Gunju, 431, it-8 ta' Dicembru, 1854, u l-1 ta' Novembru, 1950.
Fit-22 ta' Gunju, 431, giet proklamata d-Domma tal-Maternità tal-Madonna, jigifieri li Marija mhix biss Omm Gesù bhala bniedem, izda hija Omm Gesù bhala Alla, Mater Dei. Dan gara fil-Koncilju ta' Efesu. It-tieni data, dik tat-8 ta' Dicembru, 1854, meta l-Papa Piju IX ghamel bhala Domma tal-Fidi l-Immakulat Koncepiment tal-Madonna u l-ahhar data, dik ta' l-1 ta' Novembru 1950 meta l-Papa Piju XII iddefinixxa l-Assunzjoni ta' Marija, jigifieri li l-Madonna giet imtellgha s-Sema bir-ruh u l-gisem.
Dawn id-dati sbieh igur li jgajmu entuzjazmu kbir fid-devoti tai-Madonna, imma billi din is-sena tahbat il-150 sena mid-Domma ta' l-Immakulata, ser nghid, fil-qosor, l-istorja tad-Domma, li hija tant ghaziza ghall-qalb taghna Maltin u Ghawdxin, devoti ta' Marija Immakulata.
L-Ewwel zminijiet tal-Knisja FI-ewwel zminijiet tal-Knisja, matul l-ewwel 500 sena, il-Madonna, sew fil-Lvant kif ukoll fil-Punent, kienet mizmuma bhala t-Tieni Eva, mimlija b'kull grazzja u kull qdusija. Maz-zmien, izda, il-Knisja tal-Lvant u l-Knisja ta l-Punent ma baqghux jaqblu sewwa bejniethom ghax fil-waqt li t-taghlim u t-twemmin fit-tnissil bla tebgha ta' dnub tal-Madonna baqa' miexi u jizdied qalb l-Insara tal-Lvant, fil-Punent it-taghlim dwar il-Kuncizzjoni baqa' fejn kien. Tant hu hekk; li l-ewwel Festa tal-Kuncizzjoni bdiet tigi ccelebrata fil-Lvant biss, waqt li fil-Punent kien biss wara d-disa' seklu li bdiet tigi celebrata l-festa tal-Kuncizzjoni fil-Belt ta' Napli. Fis-seklu XI, imbaghad, l-Isqfijiet ta' l-Ingilterra u tan-Normandija bdew kull sena jiccelebraw il-Festa tal-Kuncizzjoni. Hekk bdiet tixtered ukoll ma' l-Ewropa kollha.
It-Teologi jakkuzaw lil xulxin bl-Erezija Ghalkemm il-Festa tal-Kuncizzjoni bdiet dejjem tikber u tizdied, ix-xitan deffes denbu, tant li l-Papiet, fosthom Pawlu V u Girgor XV, kellhom jindahlu kemm-il darba biex izommu certu ekwilibriju u ma jhallux certi teologi jakkuzaw lil xulxin bl-erezija. Dan gara ghaliex xi ghorrief maghrufa u devotissimi tal-Madonna bhal San Bernard, San Albertu l-Kbir u wkoll il-kbir San Tumas ta' Aquino, il-Festa talKuncizzjoni tathom fastidju u ma qablux mat-taghlim dwar it-tnissil bla tebgha tal-Vergni Marija. Dawn it-teologi kienu jzommu li l-Madonna giet imnaddfa mill-htija tan-nisei mhux fit-tnissil taghha, izda qabel ma twieldet meta kienet ghadha fi hdan ommha, kif gara lil San Gwann Battista.
Il-Beatu Gwann Duns Scotus Izda din il-kontroversja kollha qanqlet ukoll kuragg kbir fost it-teologi favur il-Kuncizzjoni. Hafna bdew isemmghu lehenhom fl-iskejjel u fil-knejjes u xi whud minn dawn il-hbieb ta' l-Immakulata ghamlu weghda li jiddefendu anke bit-tixrid ta' demmhom dan il-privilegg singulari tal-Madonna.
L-Ordni Frangiskan kien minn ta' quddiem f'din id-difiza Marjana, fosthom u l-aqwa d-Duttur tal-Knisja, il-Beatu Duns Scotus, zaghzugh Frangiskan Skocciz, li, fid-disputi tieghu gewwa Cologne u Parigi fil-bidu tas-seklu XIV ma qaghadx jintilef f'hafna argumenti tat-teologija, imma wera car li ma kien jixraq qatt li Omm Alla kellha tkun imqar ghal hin wiehed biss, imtebbgha bid-dnub u bint u lsiera tad-demonju. Posuit, debuit, ergo fecit.
Ma ghaddiex zmien twil u l-bicca kbira tat-teologi bdew jaqblu ma' Scotus, mhux biss, imma l-Università ta' Sorbonne bdiet iccanfar u tikkundanna lil dawk l-ohrajn li kienu ghadhom izommu t-taghlim kuntrarju.
Il-Knisja Skieta Wara medda ta' snin, bil-mod il-mod, id-diskussjoni dwar it-tnissil bla tebgha ta' Marija bdiet tibred, izda xxaqilbet hafna favur dan il-privilegg Marjan. Beda jissahhah dejjem izjed ukoll il-moviment favur id-definizzjoni dommatika ta' din il-verità.
B'danakollu l-Knisja baqghet siekta, ghax, meta jidhol fin-nofs xi taghlim ta' htiega kbira, bhalma kien dan il-privilegg ta' Marija, il-Knisja ma taqtaghhiex kif gieb u lahaq. Il-Knisja fis-skiet taghha tkun qed tghasses u titkixxef dwar dak li jkun qieghed isir, jinghad u jinkiteb. Imbaghad meta jasal iz-zmien tiftah fommha u l-kelma taghha tkun il-kelma ta' l-ahhar.
Ghaddew snin twal, imma kien il-Papa Sistu IV li fl-1476 gharaf mill-gdid il-Festa tal-Kuncizzjoni. Hafna universitajiet kattolici bdew jiddefendu t-taghlim ta' l-Immakulat Koncepiment, u l-Gizwiti u iktar il-Frangiskani komplew ixerrdu dan it-taghlim Marjan. Ma' dawn inghaqdu hafna isqfijiet u Nsara. Twaqqfu Ordnijiet Religjuzi u konfraternitajiet bl-isem tal-Kuncizzjoni.. Ftit wara giet approvata l-kelma Immakulata b'riferenza ghall-Kuncizzjoni, u fit-talb bdiet tinghad "O Marija mnissla minghajr tebgha, itlob. ghalina li nirrikorru lejk". Fil-litanija-zdiedet: "Sultana mnissla minghajr tebgha, itlob ghalina".
Wara, imbaghad, bid-dehra. tal-Medalja Mirakoluza f' Parigi fl-1830, tnehha l-ahhar tfixkil li kien fadal fit-triq ghad-definizzjoni dommatika.
Roma Locuta est: Ruma tkellmet X'kien jonqos mela biex dan it-taghlim isir domma tal-fidi? Kien jonqos biss il-kelma ahharija tal-Papa. U din il-kelma setghana nstemghet tidwi minn Ruma fit-8 ta' Dicembru, 1854, meta l-Papa Piju IX iddikjara li Marija sa mill-ewwel hin tat-tnissil taghha giet mehlusa minn kull tebgha tad-dnub u ghalhekk Immakulata. Bil-bulla lneffabilis Deus il-Papa stqarr fost hwejjeg ohra, li l-Insara ghandhom jemmnu b' fidi shiha u ghal dejjem li t-taghlim li jzomm li Marija bi grazzja singulari u bi privilegg ghaliha, sa mill-ewwel hin tat-tnissil taghha kienet imharsa bla mittiefsa minn kull tebgha tal-htija originali.
Dan ifisser li Marija giet mehlusa mill-htija, hekk li qatt ma waqghet fiha, u dan kollu bis-sahha tal-grajja ta' Kristi Redentur, u bi privilegg singulari u ghalhekk tissejjah "il-frott l-iktar bnin ghall-grazzja tal-fidwa".
L-Immakulata f'Lourdes Biex ma jibqa' ebda dubju dwar id-domma tal-Kuncizzjoni, il-Madonna stess ziedet twettaq u tikkonferma kelmet il-Papa Piju IX meta dehret gewwa Lourdes u fil-25 ta' Marzu 1858 lit-tfajla Bernardina ghall-mistoqsija li ghamlitilha, il-Madonna wegbitha u qaltilha, "Jiena jien il-Kuncizzjoni Immakulata".
Hekk dan it-taghlim dwar l-Immakulata gie mhabbar fil-gnien ta' Eden bil-kliem: "u jien inqajjem mibeghda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u nisilha u hi tishaqlek rasek" (Gen. 3, 15). Gie mwettaq meta l-Anglu Gabrijel deher lill-Madonna gewwa Nazaret fejn il-Madonna qalet: "Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej, isir minni skond kelmtek" (Lq. 1, 38).
Dan it-taghlim gie ddikjarat Domma tal-Fidi gewwa Ruma mill-Papa Piju IX fit-8 ta' Dicembru 1854 u ssigillat f Lourdes meta fil-25 ta' Marzu 1858 lil Bernardina qaltilha: "Jiena jien l-Immakulata Kuncizzjoni".
Sultana mnissla bla tebgha, itlob ghalina.
Dan l-artiklu deher fil-gazzetta: Lehen is-Sewwa tas-Sibt, 24 ta' April 2004, 15 u 21. Valletta: 24.4.2004 |
![]()
Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|
![]() |