![]() |
San Franġisk, il-Franħiskani u l-Immakulata Kunċizzjoni |
|
Hadd bhalha – ghalhekk Immakulata ta' Mons. Lawrenz Sciberras
L-Isqof Bossuet Matul is-snin fl-istorja tal-Knisja bosta kienu dawk li kitbu u ghallmu kemm felhu dwar l-Immakulat Koncepiment ta’ Marija. Fost dawk ftit il-boghod minna hemm l-isqof Franciz Jacques Bossuet. Meta jahseb dwar il-missjoni divina ta’ Marija, missjoni li ma hawnx bhalha fid-dinja, dik ta’ omm Alla, Bossuet jasal biex jargumenta u jikkonkludi li Marija kellha tliet privileggi unici li ghamluha kollha kemm hija sabiha u immakulata.
L-Ewwel Privilegg - Ezenzjoni Dejjem skond Bossuet huwa dak ta’ ezenzjoni. Dan ifisser li Alla ghamel ma’ Marija eccezzjoni, u fost il-bnedmin kollha li twieldu u ghad jitwieldu din l-ezenzjoni hija kollha kemm hi taghha u maghha. Il-Katekizmu tal-Knisja Kattolika jghallimna li “rridu naghrfu ’l Kristu bhala ghajn tal-grazzja biex naghrfu ’l Adam bhala ghajn tad-dnub” (KKK 388). Dan ghalhekk ifisser li d-dnub tan-nisel cappas il-bnedmin kollha, mela tilfu kull forma ta’ grazzja. L-unika eccezzjoni hija Marija. Dan Alla fis-setgha tieghu bla tarf seta’ jaghmlu. Aktar u aktar meta Alla sa mill-eternità hejja lil Marija biex tkun omm ibnu.
Issa Bossuet biex isahhah din l-ezenzjoni ta’ Marija mid-dnub tan-nisel, ifakkar f’ezenzjoni ohra ta’ dik il-grajja mehuda mit-Testment il-Qadim. Huwa d-digriet tas-sultan Assweru fil-konfront tar-regina martu Ester (Est 4:D 10). Hadd ma seta jidhol hdejn is-sultan Assweru, imma ma’ Ester, Assweru ghamel eccezzjoni u ezenzjoni. Hekk ukoll ghamel Alla ma’ Marija: huwa helisha minn kull dell ta’ dnub, ippreservaha ghalih u ghalih biss; helisha, fdieha minn kull sinjal ta’ dnub u dan qabel ma waqghet, mela fidwa preservattiva, u mlieha bil-grazzji.
It-Tieni Privilegg - Segregazzjoni It-tieni privilegg ta’ Marija Immakulata, Bossuet isejjahlu dak ta’ segregazzjoni. Din il-kelma segregazzjoni gejja mil-Latin segregara u tfisser twarrab, taghzel, taqta’ lil xi hadd minn fost l-ohrajn, mela tizolah. Issa Bossuet jargumenta li Alla dejjem minhabba il-missjoni li hejja ghal Marija dik li fuq kollox tkun omm ibnu, Alla lil Marija warrabha, qataghha, izolaha u halliha wahidha mil-ligi universali tad-dnub. Fil-ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli hemm ezempju li jixbah lil dan li qieghed jargumenta dwaru Bossuet. Alla jaghzel lil Pawlu flimkien ma’ Barnaba biex dawn imorru jghallmu l-Vangelu lill-gnus. Minhabba l-missjoni nobbli u tant mehtiega ta’ l-Evangelizzazzjoni, Alla warrab ghalih lil Pawlu: azzjoni gejja direttament minn Alla. Innota hawn il-kmand, l-imperattiv: “Aghzluli malajr lil Barnaba u lil Sawl” (Atti 13:2).
Hekk ukoll ghamel Alla ma’ Marija Immakulata. Ghazilha ghalih, wahidha, kif ukoll zejjinha bil-grazzji kollha mehtiega biex tkompli sa l-ahhar il-missjoni unika li fdalha – dik li tkun omm il-Feddej. Mela Alla lil din il-kreatura ghamilha Immakulata.
It-Tielet Privilegg - Prediletta L-isqof Bossuet ikompli jargumenta li Alla ghamel u hatar lil Marija biex din tkun tassew il-prediletta tieghu. Mela f’din il-kreatura unika, Alla jsib l-ghaxqa wahdanija tieghu. Ma tistax tezisti bniedma ohra aktar ghaziza, aktar ghall-qalb ta’ Alla daqs ommu stess. Ghalhekk kien mehtieg li sa mill-bidu ta’ l-ezistenza taghha jaghmilha kollha kemm hi tieghu, u qatt anqas ghal waqt wiehed biss ma tkun ta’ xi hadd iehor, li fil-kaz taghna jkun ix-xitan. Bossuet hawn ifakkar fil-profezija tal-Protovangelu (Gen 3:15), fejn li kieku din il-mara mqar ghal mument wiehed biss kienet mahkuma mix-xitan, allura la qatt setghet taghmel gwerra lix-xitan u wisq anqas iggib ir-rebha assoluta fuqu. Il-Knisja fis-sollennità ta’ l-Immakulata taqra kliem il-profezija: “U jien inqajjem mibeghda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u nisilha, u hu jishaqlek rasek u int tishaqlu gharqubu” (Gen 3:15).
Ghal Bossuet test iehor bibliku li jaqbel hafna ma’ dan it-tielet privilegg huwa kliem il-ktieb tal-Proverbji: “Il-Mulej kellu lili sa mill-bidu ta’ ghemilu, sa minn qabel l-eqdem ghemejjel tieghu” (Prov 8:22).
U ghalhekk minhabba l-hajja u d-destin intimu ta’ Marija ma’ binha Kristu, din il-kreatura sa mill-ewwel mumenti ta’ l-ezistenza taghha ghall-imhabba tal-Missier, ghall-grazzja ta’ l-Iben u ghall-isplenduri ta’ l-Ispirtu s-Santu mhux biss giet mehlusa minn kull dell ta’ htija imma wkoll mimlija bil-grazzja u l-ghaxqa tat-Trinità. Interessanti hafna kif fi zminijietna t-teologu Teihard de Chardin isellem lill-Immakulata u jsejhilha “l-Gawhra tal-holqien kollu”.
Quddiem dan kollu, il-Knisja ma jifdlilha xejn ghajr li tistieden lilna nsara li nemmnu ha rroddu hajr lil Alla ghal dak kollu li ghamel ma’ ommna Marija u fl-istess hin nifirhu ghal dan il-privilegg kbir, singulari u qawwi li tgawdi hija biss... ommna Marija. Dan l-artiklu deher fir-Rivista: Tota Pulchra, Ktejjeb-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 2003, Nru 22, Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex, p.82. Valletta: 22.3.2004 |
![]()
Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|
![]() |