San Franġisk, il-Franġiskani u l-Immakulata Kunċizzjoni

 

  <<|werrej|>> 


L-Immakulata Xemx li tiddi lejl u nhar


ta'  Dun George Mercieca


 

“Int l-isbah fost ulied il-bnedmin,

imsawba l-hlewwa fuq xofftejk;

ghalhekk bierkek Alla ghal dejjem”

(Salm 45:3).

 

Ifrah, Marija, ghax il-hlewwa ta’ ismek hi ta’ kobor kbir ghalina l-bnedmin.  L-isem tieghek hu kbir minn zmien ghal zmien, minn generazzjoni ghal ohra.  Alla ghamlek l-omm ghaziza ta’ ibnu l-wahdieni, biex tnisslu fil-guf safi tieghek u tmantnih tul disa’ xhur shah fil-guf safi tieghek.  Inti setghana ghax gejt maghzula biex tas-sema u ta’ l-art tkun sultana.

 

Ifrah, ghax gejt mehlusa minn kull tebgha ta’ dnub.  Satana ma jistax jahkem fuqek, int il-qawwa u l-ghajnuna taghna l-bnedmin, int ir-rebha, it-trijonf u l-glorja ta’ ibnek Gesù, int l-omm li garrabt dawk id-duluri kollha fil-qalb tieghek, ix-xebba bla mittiefsa li gejt mehlusa minn halq il-mewt.  Iva, Marija, il-hlewwa ta’ ismek taghtini l-ferh li ma jintemm qatt.

 

Int il-mara bil-libsa tax-xemx, il-kapulavur ta’ Alla, int il-benefattrici ta’ Alla ghax accettajt minn idejh ir-rieda tieghu: “Hienja int li emmint li jsehh kull ma baghat jghidlek il-Mulej” (Lq 1:45).  Int il-mimlija bil-grazzja, il-mara bil-kuruna fuq rasha, bis-serp tal-hazen taht riglejk, int setghana u gholja ghax ghaffigt ras is-serpent tal-hazen.  Int Eva l-gdida li permezz tieghek giet il-hajja, int l-omm l-ewlenija tal-Feddej, li gejt maghzula bhala l-omm tal-holqien kollu.  Alla ma riedx li l-gisem safi tieghek jintilef fil-qabar, izda tlitt ijiem wara baghat l-angli tieghu u tellghuk fis-sema bir-ruh u l-gisem.

 

“Inti, Eva tat-Testment il-Gdid, u l-ebda tikmixa ma ssib fik”.  Int il-mara wahdanija li gejt imnissla minghajr it-tebgha tad-dnub originali, int il-mara li sa mit-tnissil tieghek gejt imzejna bid-doni u bil-grazzja ta’ Alla.  Il-grazzja ta’ Alla lahqet il-milja taghha fik, int il-mara li ghaggibt lil Satana bil-kobor li tak Alla.  Hadd ma jista’ jehodlok postok, ghax isbah u ikbar minnek ma hawnx u lanqas ikun hawn Il-Koncilju ta’ Efesu jghidilna: “Il-Vergni Marija biss taghmel parti shiha mill-Knisja bla tikmixa, bla ghajb, bla tebgha, sabiha u qaddisa (Efes 5:27)”.  Iva, Marija, int isbah minn Gerusalemm u minn Sijon ghax int il-Qalb il-gdida ta’ l-istess Belt ta’ Gerusalemm, int Sijon tas-Sema, int biss gejt mghollija fis-sema bir-ruh u l-gisem, int biss tgawdi lil Alla mhux biss fir-ruh imma wkoll fil-gisem.

 

Sa mill-ibghad zminijiet, il-Knisja kompliet tfahhrek permezz ta’ teologi u dutturi kbar tal-Knisja.  Ma naqasx it-tifhir tal-kapijiet tal-Knisja, o Marija Immakulata.  Kien il-papa Piju IX, benefattur ewlieni tad-djocesi Ghawdxija li mar jiddefinixxi l-Immakulat Koncepiment tieghek bhala domma ta’ fidi: “Huwa rrivelat minn Alla u ghalhekk ghandhom jemmnuh b’fidi shiha u ghal dejjem l-insara kollha, it-taghlim li jzomm li l-Beatissima Vergni Marija, bi grazzja singulari ta’ Alla u bi privilegg ghaliha, sa mill-ewwel mument tat-tnissil taghha, kienet imharsa bla mittiefsa minn kull tebgha tal-htija originali”.  Int ircivejt l-adozzjoni ta’ wlied Alla, billi sirt l-omm tieghu.  Bl-ubbidjenza tieghek, int nehhejt id-dnub li dahal bid-dizubbidjenza ta’ Eva.  Int Eva l-gdida, ix-xemx li tiddi lejl u nhar, m’hawnx isbah minnek.  Ma jistax ikun li Alla johloq mara ohra isbah minnek, ghax int ommu, li fdejtu u tmajtu fil-guf safi tieghek.

 

Dan kollu, o Marija, tafu lil Alla ghall-kobor tieghu bla tarf.  “Potuit, voluit ergo fecit” – “Alla seta’, Alla ried, u Alla ghamel”.  Iva, Marija, Alla seta’ jaghmlek Immakulata u ghamlek, seta’ jaghzlek bhala l-omm l-ghaziza tieghu u hatrek.  Iva, o Immakulata, Alla ried l-imhabba u l-accettazzjoni tieghek ghax int “il-mimlija bil-grazzja”.  Il-Mulej kien dejjem mieghek f’kull mument tal-hajja safja tieghek.  Alla ghamlek Immakulata u Assunta.  Iva, Marija, dan kien l-isbah u l-aqwa gest li Alla seta’ jaghtik.  Kemm int sbejha, xhin inhares lejk nilmah il-kobor ta’ Alla, dawk l-ghajnejn celesti tieghek li jharsu lejja nhosshom qeghdin ikellmuni, dik il-pozizzjoni tieghek li turini kemm inti kbira u setghana.  Il-mahbub qaddis Gwanni Duns Scotus tenna: “Kristu, il-bniedem Alla li jhares lil ommu li tittebba’ bid-dnub tan-nisel, huwa aqwa milli jifdi lil min kien ittebba’ bih.  Li Marija tkun omm Alla hija grazzja ikbar milli tkun imwielda minghajr id-dnub tan-nisel”.

 

Ghax inti omm Alla, li gejt maghzula minn fost ix-xebbiet kollha Lhud, Alla ha grazzja mieghek, ghamlek ommu u ghalhekk hatrek bhala l-Kuncizzjoni.  Ghannu, gheziez, ghannu lill-Mulej ghanja gdida, ghax hwejjeg kbar ghamel fuq l-art permezz ta’ Marija.  M’hawnx mara isbah u ikbar minnek, o Marija, inti Eva l-gdida li gejt taghtina l-hajja ta’ dejjem permezz tal-feddej taghna Gesù Kristu.  Int, kollok safja u bla tebgha, issaltan bix-xettru setghani tal-grazzja.  Int m’intix bhall-ewwel Eva, li giet tahkem bla razan fuq in-natura, izda Alla poggiek fuq l-oghla altar, fuq l-oghla tron tieghu biex issaltan, tindukrana u tiehu hsiebna.  Is-sbuhija tad-dinja tghaddi u tintemm, izda s-sbuhija tieghek ma tghaddix ghax m’ghandhiex tmiem.  Ibqa’ saltan fuq din l-art tat-tliet gholjiet, li missirijietna hatruk bhala sultana u patruna taghna, int li intercedejt quddiem ibnek fi zmien ta’ ghawg.  Il-gid kollu li ghandna nafuh lilek biss, o Marija, int bil-qawwa tieghek taghmel kollox.  Int il-mara wahdanija tat-Testment il-Gdid, ghalhekk int tleqq bhax-xemx, sabiha bhall-qamar, imdawra bid-dija ta’ tnax-il kewkba, int mahtura bhala l-Gharusa tal-qalb ta’ Alla, sultana tal-hsibijiet eterni tieghu.

 

Bhalma pittur joqghod jahseb u jirrifletti qabel ma jpitter, hekk Alla pingiek sa minn qabel ma nisslek fil-guf.  Int ix-xbieha hajja ta’ Kristu u tal-Knisja tieghu, il-hamiema bajda tieghu bla mittiefsa sa mill-ewwel mument tal-ezistenza tieghek.  Il-vera hajja harget minnek, o Marija wieqfa hdejn is-salib ta’ ibnek Gesù, u mhux minn dik is-sigra ta’ l-Gheden, li gabet id-dnub fid-dinja.  San Gustinu jghid: “Bhalma fl-istorja ta’ l-ewwel Adam kien hemm il-prezenza ta’ l-ewwel Eva, hekk ukoll fl-istorja tat-tieni Adam kien hemm il-prezenza tat-tieni Eva, ta’ Marija, bid-differenza li l-ewwel Eva dahhlet id-dnub u kissret il-hbiberija tal-bniedem ma’ Alla bid-dizubbidjenza taghha, hekk ukoll it-tieni Eva regghet ghaqqdet l-imhabba tal-bniedem ma’ Alla bl-ubbidjenza taghha”.  Fik, o Marija, l-elementi tad-dnub gew imwarrba biex titlibbes bil-grazzja, l-element tal-hajja li jeqred l-mewt ta’ l-ghadu u li jgib s-salvazzjoni.  Il-kbir devot ta’ Marija, san Irinew, qalilna: “L-ghoqda tad-dizubbidjenza ta’ Eva giet mahlula mill-ubbidjenza ta’ Marija.  Difatti dak li l-vergni Eva rabtet bin-nuqqas ta’ fidi li wriet, il-vergni Marija hallitu bil-qawwa tal-fidi taghha”.

 

Il-papa attwali Gwanni Pawlu II kellu ragun meta sejjah lil Marija “l-ewwel succes tal-misteru Paskwali kif ukoll l-ewwel rigal ta’ Kristu rxoxt”.  O Marija, Gwanni l-evangelista lemah fik il-vizjoni tas-sema bhala omm il-Feddej, rak issaltan fuq id-dinja, mghollija s-sema bir-ruh u l-gisem mill-angli.  Ghalxejn id-dragun zbroffa minn halqu l-velenu hazin u moqziez biex itebba’ lilek, ghax int xhittulu mill-gdid f’wiccu u gejt mehuda minn Alla fil-hajja l-ohra.  Bis-sahha ta’ Kristu, int o Vergni Immakulata, gejt moghtija par gwienah biex bihom tittajjar lejn il-post tieghek tas-sema, fejn illum tinsab bir-ruh u l-gisem (Apk 12:1-18).  Alla ghazlek bhala sinjal jiddi ta’ tama zgura u ta’ farag ghall-poplu tieghu fil-mixja spiritwali tieghu lejn is-sema.

 

Alla riedek Immakulata, imnissla bla dnub, b’gisem safi u bla tebgha.  Riedek Assunta biex dan l-istess gisem safi tieghek ma jarax it-tahsir tal-qabar, izda tellghek hdejh bir-ruh u l-gisem.  Mhux ta’ b’xejn li l-papa Piju IX u l-papa Piju XII hatru dawn l-ghegubijiet tieghek bhala dommi ta’ fidi, li kulhadd ghandu jemminhom.

 

“Tota Pulchra es Maria

et macula originalis non est in te”.

“Kollok sabiha int Marija,

u t-tebgha tad-dnub tan-nisel

ma tinstabx fik”.

 

Kollok sabiha, int bla tikmixa, l-ghadu hajjen m’ghandux hila jirbahlek, int li ghaffigtlu rasu, li ma hallejtux jahtaflek lil ibnek, ma hallejtux izjed itellef lil uliedek mill-koncentrazzjoni taghhom fuq ibnek l-ghaziz.  Int ir-rebbieha, int ir-regina, int l-avukata u l-korendentrici tas-salvatur taghna Gesù Kristu.

 

Ejjew flimkien, o insara, ninghaqdu ma’ l-omm spiritwali taghna tas-sema u nghidulha f’jum il-festa taghha:

 

“Ejja fostna, o Marija,

int il-hlewwa tal-bnedmin,

kun l-ghajnuna taghna f’waqtha

biex ahna nkunu l-maghzulin.  Amen”.


Dan l-artiklu deher fir-Rivista: Tota Pulchra, Ktejjeb-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 2003, Nru 22, Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex, p.77.

Valletta: 26.2.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.