![]() |
San Franġisk, il-Franġiskani u l-Immakulata Kunċizzjoni |
|
Marija, Eva l-gdida ta' Angelo Xuereb sdc Kif Kristu huwa Adam il-gdid, hekk ukoll Marija hija Eva l-gdida. Kif Eva ikko-operat ma’ Adam biex jidhol id-dnub fid-dinja, hekk Marija hadmet fil-qrib ma’ Kristu biex jirbah id-dnub u l-mewt.
Kristu, Adam il-gdid San Pawl fil-kapitlu sitta ta’ l-ittra lir-Rumani jgibilna x-xebh bejn Adam u Kristu. Adam bhala kap ta’ l-umanità dahhal ’il bnedmin kollha fir-rovina tad-dnub u l-mewt. Min-naha l-ohra Kristu permezz tal-mewt u l-qawmien tieghu feda lill-bnedmin kollha. Nisimghu lil san Pawl fl-ittra lir-Rumani jaghmel dan ix-xebh: “Ghalhekk mela, bhalma bi bniedem wiehed dahal id-dnub fid-dinja, u bid-dnub il-mewt, u hekk lahqet il-mewt il-bnedmin kollha, ghax kollha dinbu” (Rum 5,12). Jerga’ jtenni: “Ghax jekk ghall-htija ta’ wiehed kulhadd miet, aktar u aktar il-grazzja ta’ Alla u l-ghatja moghtija bil-grazzja ta’ bniedem wiehed, Gesù Kristu, xterdu bil-kotra fuq kulhadd” (Rum 5,15). Sentenza sabiha minn dan il-kapitlu hija: “Ghax bhalma bin-nuqqas ta’ ubbidjenza ta’ bniedem wiehed, l-ohrajn kollha saru midinbin, hekk ukoll bl-ubbidjenza ta’ wiehed l-ohrajn kollha jsiru gusti” (Rum 5,19).
Ir-rebha fuq id-dnub saret minn Kristu. L-offiza ta’ l-ewlenin genituri taghna kienet lil Alla u ghalhekk persuna divina biss setghet toffri riparazzjoni. Ghalhekk minghajr ma nnaqsu l-merti ta’ Marija, irridu naffermaw li kien Kristu li gieb ir-rebha fuq il-mewt, id-dnub. Izda f’din il-glieda, Marija kellha sehem mill-aktar importanti. Gesù Kristu ried mara li minnha jkun jista’ jitnissel. U Marija permezz ta’ l-iva taghha accettat li ssir omm Alla. Barra minn hekk, hija ikko-operat fil-pjan tal-fidwa. Tat it-twelid lil Gesù fil-ghar ta’ Betlehem, kif ukoll qasmet il-ferh u n-niket mieghu sakemm fl-ahhar offrietu fuq is-salib bhala vittma ta’ dnubietna.
Xebh bejn Eva u Marija Kif Eva ikko-operat ma’ Adam biex il-generu uman jidhol fir-rovina tad-dnub u l-mewt, Marija, kif rajna, issiehbet ma’ Kristu fil-fidwa. B’dan il-mod jisthoqqilha tissejjah it-tieni Eva. Barra minn hekk jekk noqoghdu nfittxu d-dettalji naraw bosta parallelizmi.
Kif naqraw fl-Iskrittura naraw li l-ewlenin genituri taghna kienu mahluqin fi stat ta’ grazzja. Kienu jgawdu helsien mill-mewt u t-tbatija, mit-tqanqil ghad-dnub, flimkien ma’ gherf naturali u sopranaturali. Fit-teologija dawn jissejhu doni preternaturali. Izda bid-dnub taghhom tilfu kollox ghalihom u ghal ta’ warajhom. Min-naha l-ohra Marija giet imnissla u mwielda minghajr id-dnub tan-nisel filwaqt li kienet moghnija bi grazzji kbar. Ghalhekk ix-xebh bejn Eva u Marija jindikalna l-qdusija taghha. Dan affermatu l-Knisja b’mod infallibbli permezz tal-bulla Ineffabilis Deus, li biha ddikjarat li Marija giet imnissla minghajr il-htija tad-dnub originali.
Forsi wiehed jistaqsi: X’inhi d-duttrina fuq dan is-suggett? Marija giet imnissla minghajr dnub originali mhux ghall-merti taghha izda bi privilegg moghti lilha minn Alla biex tkun omm Alla. Ghalhekk ghall-merti ta’ Sidna Gesù Kristu, Alla ma hallihiex ticcappas ma’ dan id-dnub. Irridu niftakru li dan il-privilegg kien ta’ thejjija ghall-missjoni tant kbira li Alla kien ser jafdalha f’idejha.
L-ubbidjenza ta’ Marija tpatti ghad-dizubbidjenza ta’ Eva Fis-siegha tal-prova Eva kienet dizubbidjenti. Naqraw fil-Genesi: “Kien is-serp l-aktar hajjen fost il-bhejjem kollha ta’ l-art, li kien ghamel il-Mulej Alla; u qal lill-mara: ‘Tassew li qal Alla biex ma tiklux mis-sigar kollha tal-gnien?’” (Gen 3,1). Eva tat widen lill-anglu l-hazin u kko-operat ma’ zewgha fid-dnub. Mill-banda l-ohra meta Marija rat l-anglu Gabrijel u qalilha biex issir omm Alla, hija wiegbet: “Hawn hija l-qaddejja tal-Mulej, ikunli skond kelmtek” (Lq 1,38). Kif Eva kienet dizubbidjenti, Marija wriet bil-heffa l-ubbidjenza taghha. Dan jaffermah l-innu ta’ l-Ufficcju tal-Qari tas-solennità tal-Kuncizzjoni:
“Inti l-gieh tan-nisel taghna, li nehhejt il-ghajb ta’ Eva; taht ghajnejk hanina zommna mill-waqghat fit-triq lejn ibnek”.
San Irinew jafferma din il-verità b’qawwa kbira: “Eva giet imqarrqa bil-kelma ta’ anglu (jigifieri x-xitan) biex tahrab ’il boghod minn Alla u tikser kelmtu. Anglu wkoll habbar ’il Marija l-ahbar it-tajba li kellha tnissel lil Alla wara li tobdi kelmtu. L-ewwel wahda ma obdietx lil Alla; imma t-tieni wahda obdietu, u ghalhekk il-vergni Marija saret l-avukata tal-vergni Eva. Kif il-generu uman kien ikkundannat ghall-mewt minn vergni, hekk ukoll gie salvat minn vergni; il-mizien huwa bbilancjat – id-dizubbidjenza tal-vergni mill-ubbidjenza tal-vergni. Filwaqt li d-dnub ta’ l-ewwel bniedem gie rriparat mill-ewwel imwieled, hekk ukoll il-hazen tas-serpent gie meghlub mis-semplicità tal-hamiema (Marija); u ahna gejna mehlusa mill-ktajjen tal-mewt li bihom gejna marbuta”.
Hsieb sabih iehor insibuh fi priedka ta’ l-Ghid ta’ san Gwann Damaxxenu: “Huwa rebah lil Satana bl-istess armi li bihom darba hareg rebbieh. Kif? Sa nghidilkom. Vergni, sigra u l-mewt jirrapprezentaw it-telfa taghna, u dawn it-tlieta saru l-principji tar-rebha taghna. Minflok Eva, ghandna lil Marija. Minflok is-sigra tat-tajjeb u l-hazin, ghandna l-ghuda tas-salib. Flok Adam ghandna lil Kristu”.
Bhal Eva, Marija hija omm tal-bnedmin kollha Eva, bil-Lhudi, tfisser omm il-hajjin. Il-maternità taghha hija ta’ natura fizika. Marija hija wkoll omm il-bnedmin kollha fin-natura tal-grazzja. Dan jghidu tajjeb il-papa Piju XII fl-enciklika Mystici Corporis: “Hija kienet dik li hielsa minn kull dnub, kemm personali jew tan-nisel, u maghquda dejjem ma’ binha, offrietu fuq il-Golgota lill-Missier etern flimkien ma’ l-ghotja tad-drittijiet u l-imhabba ta’ omm, bhala Eva l-gdida, ghax ulied Adam kollha kemm huma gew imcappsin minn din l-htija infelici”. Minn taht is-salib Marija saret omm il-bnedmin kollha.
U ghalhekk ahna ghandna nharsu lejn din l-omm taghna b’fiducja kbira. Eva harget telliefa mas-serpent, filwaqt li Marija harget rebbieha fuq id-dnub. Fl-Apokalissi naqraw: “Deher sinjal kbir fis-sema; mara mdawra bix-xemx u l-qamar taht riglejha, u fuq rasha kuruna ta’ tnax-il kewkba” (Apk 12,1). Dan huwa lingwagg simboliku li jurina lil Marija mtellgha fil-glorja tas-sema. Filwaqt li Eva rat il-mewt fizika u garrbet id-duluri maghha, Marija mietet ukoll izda harget rebbieha billi giet mehuda fis-sema mill-angli.
Jitqarraq min jahseb li t-tixbiha bejn Eva u Marija hija frott il-fantasija. Kif rajna, giet mghallma minn Missirijiet u l-Magisteru tal-Knisja. Tkun xi haga bla sens jekk ahna ma nehduhiex bis-serjetà u nifhmu s-sbuhija taghha.
U forsi wiehed jistaqsi: X’inhu l-messagg ta’ dan it-taghlim kollu? Nistghu nghidu li fil-hazen ta’ madwarna naraw iffigurata d-dizubbidjenza tal-bnedmin li jridu jgawdu, jistaghnew u jimxu ’l quddiem akkost ta’ kollox. Fuq kollox naraw suppervja kbira ghal ligi ta’ Alla. Min-naha l-ohra, ahna rridu nimxu fuq il-passi ta’ Marija. Naghtu widen ghal-ligi ta’ Alla, nahdmu ghall-gid materjali kif ukoll spiritwali, kif ukoll jekk ikun hemm bzonn naghmlu sagrificcju. Dan huwa l-messagg tax-xebh bejn Eva u Marija.
Jalla f’din il-festa tal-Kuncizzjoni nifhmu dan ix-xebh b’mod aktar car. Dan l-artiklu deher fir-Rivista: Tota Pulchra, Ktejjeb-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 2003, Nru 22, Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex, p.33. Valletta: 22.2.2004 |
![]()
Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|
![]() |