San Franġisk, il-Franġiskani u l-Immakulata Kunċizzjoni

 

 <<|werrej|>>  


It-Tnissil bla Tebgha

tal-Vergni Mqaddsa Marija Sultana tas-Sema


ta' Patri Serafin Borg osa


 

Marija kellha grazzja kbira minghand il-Mulej fit-tnissil taghha.  Hi nhelset mid-dnub originali tan-nisel u dahlet fid-dinja minghajr tebgha.

 

Il-papa ta’ l-Immakulata, Piju IX, ghamilha domma tal-fidi, fost il-ferh tad-dinja Kattolika.  Grajja ghaziza u storika.

 

Il-Frangiskani taw is-sehem taghhom biex issehh din il-grajja tad-domma tal-fidi, fosthom Duns Scotus, id-difensur u l-kavallier ta’ l-Immakulata.

 

Ahna nemmnu b’fidi soda u minghajr dubju li Marija, omm Gesù, Alla maghmul bniedem, Marija giet imnissla minghajr beda tebgha tad-dnub.

 

Marija taghtina l-isbah taghlim.  Fiha dehru jiddu l-virtujiet kollha, fosthom il-virtù tas-safa, ta’ l-umiltà u tas-sabar.

 

Id-devot tal-Madonna, San Bernard iheggigna biex nersqu u nitolbuha bil-konvinzjoni kollha.

 

U hadd ma jista’ jghid li resaq u talab lil Marija u baqa’ ma nstamax.  Marija lesta li taghti u tqassam il-grazzji lid-devoti taghha.

 

Marija ghandha qawwa fuq binha Gesù.  U l-Hallieq mhux sejjer jichad it-talb li nressqu quddiem l-omm tieghu u taghna l-bnedmin.

 

San Anselmu jsellem lil Marija b’dan it-tifhir:

“O Vergni mbierka fuq li mbierka,

 il-barka tieghek hi tarka ghal kulhadd,

 ghax bik jitbierek mhux biss il-holqien mill-Hallieq,

 izda wkoll il-Hallieq mill-holqien”.

 

Nitolbuha lil Marija tbierek il-familji taghna.  Jalla kull familja tinxtehet taht il-mant setghan taghha. Jalla kull familja tkun familja marjana. U b’lehen wiehed nghidulha:

“Lejk induru, int li b’riglek

ras is-serp ghaffigt, ghax wahdek

tnissilt safja u kont mehlusa

minn kull tebgha w nifs ta’ htija”.

 

“O Marija Immakulata, bid-dawl tiddi, gewwa l-port mixtieq wassalna”.


Dan l-artiklu deher fir-Rivista: Tota Pulchra, Ktejjeb-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 2003, Nru 22, Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex, p.64.

Valletta: 22.2.2004


Qaddisa Vergni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt ohra bhalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar gholi u tal-Missier tas-sema,

Int l-omm tal-Mulej Qaddis taghna

Gesù Kristu,

Int

l-gharusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.

 

Talba ta'

San Frangisk