San Franġisk, il-Franġiskani u l-Immakulata Kunċizzjoni

 

  <<|werrej|>>  


“Hu jishaqlek rasek” (Gen 3:15)


ta' Patri Donat Spiteri ofmcap


Ghall-okkazjoni tal-festa tal-Kuncizzjoni jew tat-Tnissil ta’ Marija bla tebgha tad-dnub nisimghu xi predikaturi jghidu li din il-verità hija rrivelata fil-Bibbja u aktarx isemmu kliem li l-Mulej qal lis-serp: “Hi tishaqlek rasek” (Gen 3:15).  Issa fil-Bibbja taghna bil-Malti (Ghaqda Biblika u Saydon) naqraw: “Hu jishaqlek rasek”, jigifieri l-Messija.  Min jishaq ras is-serp, Gesù Kristu jew ommu Marija?

 

M’hemmx dubju li l-kelma, il-pronom huwa hu, kif inhu fit-test originali Lhudi.  Ghalhekk jirriferi ghal “nisel il-mara”.  It-test Grieg tas-Sebghin (LXX) ghandu wkoll autòs (Hu) fil-forma maskili.  Imma din grammatikalment ma taqbilx mal-kelma semen (Lhudi, zera’, “zerriegha”), li hi fil-forma newtrali.  Nissoponu li t-traduttur Grieg ha l-kelma zera’, fis-sens ta’ “wild” jew “iben”, li f’dan il-kuntest tfisser il-bnedmin kollha, ulied il-mara.

 

Il-pronom hi, li bih konna dejjem imdorrijin, gej mit-traduzzjoni Latina, li nsejhulha l-Vulgata.  Din ghandha l-kliem ipsa conteret caput tuum (“hi tishaqlek rasek”).  Billi din kienet it-test ufficcjali tal-Knisja Latina taghna sa minn zmien San Glormu (420 wK), ma setax jonqos li l-pronom ipsa (hi) ma jinfluwenzax lil-Latini, esegeti u predikaturi, biex jirriferu t-test ghall-“mara”.  U ghal generazzjonijiet shah raw fil-figura tal-“mara” lil Marija, omm Gesù.

 

Hekk sabuh tajjeb dan it-test biex bih ifissru r-rebha ta’ Marija fuq is-serp jew ix-xitan, l-awtur tad-dnub.

 

Minn din l-interpretazzjoni malajr setghu jghaddu ghall-hsieb tar-rebha ta’ Marija fuq id-dnub, rebha li hi mfissra bl-affermazzjoni tat-tnissil taghha bla ebda tebgha tad-dnub jew tal-Kuncizzjoni Immakulata.  Il-papa Piju IX, li ddefinixxa d-domma tat-Tnissil ta’ Marija bla tebgha tad-dnub, bil-bulla Ineffabilis Deus (8 ta’ Dicembru 1854) sab ukoll argument bibliku f’Genesi 3:15).

 

Imma, nifhmuha sewwa, il-valur ta’ l-argument m’hux qieghed fil-kelma ipsa, ghax hi pronom femminili, izda fuq l-interpretazzjoni Marjologika tat-test kollu.  Ftit li xejn jimporta jekk hijiex hi jew hu.  Dak li jghodd hu l-fatt li t-test jipprezenta x-xena ta’ glieda qalila bejn is-serp u bejn il-mara, u bejn nislu u nisilha.

 

Mit-tradizzjoni biblika nafu li s-serp hu figura tax-xitan (Apk 12:9; 20:2).  U l-mara min hi?  Skond il-kuntest immedjat ikollna nghidu li hi l-mara li tissemma bhala siehba ta’ Adam, li mbaghad tissejjah Eva (3:20).  Imma din Eva, l-ewwel mara, tirrapprezenta n-nisa kollha, “il-mara” f’sens kollettiv.  F’dan is-sens ukoll, “nisel il-mara” huwa l-bnedmin kollha, ulied Eva, li hi “omm il-hajjin kollha” (3:20).  Hekk ukoll allura ghandna nifhmu l-espressjoni “nisel is-serp”; huma, biex nghidu hekk, ulied ix-xitan, dawk kollha li jaqghu taht il-hakma tieghu, jaqduh u jaghmlu dak li jrid minnhom hu.

 

F’dawn l-erba’ versi ghandna quddiem ghajnejna b’mod semplici u meraviljuz, ix-xenarju tal-glieda bejn il-forzi tat-tajjeb u l-forzi tal-hazen, bejn l-erzerctu ta’ Alla u l-ezerctu tax-xitan.  It-taqbida hi qalila miz-zewg nahat.  Imma r-rebha ta’ l-ahhar tkun ta’ nisel il-mara.  Hu jishaq ras is-serp.

 

Ir-rivelazzjoni Kristjana tefghet dawl gdid fuq dan it-test; dawl li fid-dija tieghu jistedinna nifhmuh b’riferenza ghal Gesù Kristu.  Hu, l-Iben ta’ Alla, sar bin il-bniedem, nisel il-mara, “imwieled minn mara” (Gal 4:4).  Dahal fil-hajja tal-bnedmin u ssieheb ma’ wlied Eva fil-glieda kontra s-serp, li hu x-xitan.  “Kien ghalhekk li deher l-Iben ta’ Alla, biex ihott kull ma ghamel ix-xitan” (1 Gw 3:8).  Ghalhekk Gesù seta’ jghid bid-dritt kollu: “Jiena rbaht id-dinja” (Gw 16:33).  Zgur li hadd minn ulied Eva ma seta’ qatt jaghmel stqarrija bhal din fuqu nnifsu.  Gesù Kristu biss hu r-rebbieh fuq id-dnub u fuq il-mewt.  Din hi r-rivelazzjoni tat-Testment il-Gdid.  Fid-dawl ta’ din ir-rivelzzjoni naraw issehh il-profezija tar-rebha ta’ nisel il-mara fuq is-serp: “Hu jishaqlek rasek”.  Dan hu, kif insejhulu, ‘il-Protoevangelju’... l-ewwel thabbira tal-Bxara t-Tajba.

 

Imma din l-interpretazzjoni ma nohorguhiex mit-test wahdu u mit-test fih innifsu kif inhu f’Genesi 3:15.  Dan it-test nifhmuh f’dan is-sens Kristologiku bis-sahha tar-rivelazzjoni tat-Testment il-Gdid u tat-tradizzjoni Kristjana.  Hu fid-dawl ta’ din ir-rivelazzjoni li nohorgu s-sens shih (sensus plenior) ta’ Genesi 3:15.

 

Hekk ukoll bis-sahha tar-riflessjoni teologika f’din l-interpretazzjoni Kristologika ta’ dan it-test naraw is-sens Marjologiku tieghu.  Iz-zewg sensi – Kristologiku u Marjologiku – jimxu flimkien, kif flimkien huma l-mara u nisilha.  Fil-glieda mas-serp, m’huwiex in-nisel biss li jitqabad, izda l-mara jew ommu mieghu wkoll.  Jekk f’din l-interpretazzjoni Kristologika taghna niesel il-mara hu Gesù Kristu, il-mara, omm in-nisel, hi Marija.  Din hi l-interpretazzjoni Marjologika implicita f’dik Kristologika.

 

Mela, la l-Iben u l-Omm, Gesù u Marija, jissiehbu flimkien fil-glieda kontra s-serp, ir-rebha shiha fuqu hi taghhom it-tnejn ukoll.  Hu jishaqlu rasu.  U hi wkoll – mieghu u bih.  Ir-rebha tieghu fuq id-dnub hi wkoll ir-rebha taghha – dejjem permezz tieghu u fl-ghaqda mieghu.

 

Din hi r-riflessjoni teologika taghna, li minnha u bis-sahha taghha zviluppa sa mill-eqdem zmien tat-tradizzjoni tal-Knisja (digà minn zmien San Irinew, 202 wK) t-twemmin tar-rebha ta’ Marija fuq id-dnub jew, kif nghidu ahna, tat-tnissil taghha bla ebda tebgha tad-dnub.

 

Ahna nifhmu li l-“mara” tal-Genesi fis-sens litterali tat-test hi Eva.  Hu fis-sens li nsejhulu tipologiku li nsalu biex naraw ukoll fih lil Marija, omm Gesù.  Jigifieri, fis-sens li Eva hi tip jew figura ta’ Marija.  Kif Adam hu l-figura ta’ Gesù Kristu (Rum 5:13-21; 1 Kor 15:45), hekk Eva hi l-figura ta’ Marija.  Gesù hu Adam il-gdid u Marija hi Eva l-gdida.

 

Dan kollu kliem sabih, imma veru wkoll.  Ghandna nifhmu li s-sens Marjologiku ta’ Genesi 3:15 ma johrogx mit-test kif inhu fih innifsu, izda mill-interpretazzjoni Marjologika tieghu fid-dawl tat-Tradizzjoni Kattolika.

 

Dan ghalina bizzejjed biex nemmnu li Marija hi mnissla minghajr ebda tebgha tad-dnub, kif jixirqilha bhala s-Siehba ta’ binha Gesù fil-glieda tieghu mas-serp u fir-rebha tieghu fuqu.

 

Hekk ahna wkoll fl-ghaqda taghna ma’ Gesù u ma’ Marija, nohorgu rebbihin fuq id-dnub u fuq il-mewt.  “Nizzu hajr lil Alla li tana r-rebha permezz ta’ Sidna Gesù Kristu” (1 Kor 15:57) – u ta’ ommu u ommna Marija!


Dan l-artiklu deher fir-Rivista: Tota Pulchra, Ktejjeb-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 2003, Nru 22, Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex, p.30.

Valletta: 22.2.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.