San Franġisk, il-Franġiskani u l-Immakulata Kunċizzjoni

 

  <<|werrej|>>  


Id-Duttur ta’ l-Immakulata

Il-Beatu Duns Scotus - lejn il-150 sena tad-Domma


ta' Patri Bonaventura Chetcuti osa


It-teologi u l-filosofi Kattolci jafu x’figura giganteska huwa l-Frangiskan tas-seklu sittax, il-beatu Gwann Duns Scotus.  Fil-kamp tat-teologija Marjana, huwa pilastru zonqri u mghallem originali, u kif huwa maghruf mill-istudjuzi tal-qedem u tal-lum, huwa l-aqwa difensru tat-tnissil bla ebda tebgha tad-dnub ta’ Adam u Eva tal-Madonna, bl-argumenti li hareg bihom biex xejjen lil dawk kollha li kienu kuntrarji ghat-tezi tieghu.  Tajjeb wiehed jiftahar li l-akbar gieh ta’ Duns Scotus m’huwiex il-fatt ta’ kif sab argumenti godda biex wasal halli juri din il-verità, imma x’aktarx u fuq kollox, il-fatt ta’ kif inrexxielu jarmonizza b’mod tassew fin dawn iz-zewg veritajiet: it-tnissil bla tebgha tal-Madonna u l-helsien minnha bil-merti ta’ Kristu.

 

L-opri ta’ Duns Scotus stampati aktar minn darba, inhass il-bzonn f’dawn l-ahhar snin, li jigu mnaddfin minn hafna interpretazzjonijiet zbaljati tad-dixxipli tieghu.  Ma kienx possibbli tistudja l-awtur b’dawk l-edizzjonijiet.  Kienet mehtiega edizzjoni kritika serja, mibnija fuq il-manuskritti.  U b’xorti tajba, hekk sar!  Sal-lum, l-opri ppubblikati huma tnax biss.  Huwa mahsub li sas-sena 2004, li fiha jitfakkar il-mija u hamsin anniversarju tal-proklamazzjoni tad-Domma ta’ l-Immakulata, jigi ppubblikat l-ghoxrin volum, li jigbor il-ktieb 111 tal-Lectura, s’issa mhux stampat, illi fih Duns Scotus ghall-ewwel darba ddefenda l-privilegg Marjan, u kiseb it-titlu meritat ta’ Doctor Immaculatae.

 

B’din il-bicca xoghol, ic-celebri Frangiskan fetah it-triq twila u ferm iebsa li kellha twassal ghar-rebha shiha fuq dawk it-teologi kuntrarji ghat-taghlim li kien ihaddan huwa stess ma’ studjuzi ohra kbar, u dik ukoll twila ta’ kwazi erba’ mitt sena, li wasslet sa l-1854, meta nhar it-8 ta’ Dicembru, il-papa Piju IX kien stqarr sollennament Domma tal-Fidi, it-Tnissil bla Tebgha ta’ Omm Alla.

 

Duns Scotus twieled x’aktarx fl-1247, l-istess sena tal-mewt ta’ san Tumas u ta’ san Bonaventura.  Zaghzugh, dahal mal-Frangiskani.  Dlonk wera hila kbira fl-istudji filosofici u teologici li wassluh ghas-sacerdozju.  Ta’ inqas minn ghoxrin sena kien digà jgawdi t-titlu ta’ Doctor Divinitatis.  Dik il-habta l-universitajiet, l-akkademji u l-fakultajiet kienu jghoddu rjus gwappi fit-teologija.  Fost kwistjonijiet ohra ta’ importanza, kienet tahraq nar dik dwar it-taghlim fuq it-tnissil tal-Madonna.  L-Iskolastici ma setghux jaqblu bejniethom.  Il-qiegha sahnet tant li sahansitra Ruma ordnat li tinzamm seduta fl-Università ta’ Sorbona, f’Parigi, biex it-teologi setghu jsibu tard kif ihollu kobba hekk imhabbla.  Il-famuza seduta kellha ssir bejn gheluq is-sena 1407 u l-bidu ta’ l-1408.  Duns Scotus kellu jkun wiehed mill-hafna mustaccuni li kellhom jiehdu sehem.  Minn Oxford fejn kien, mar ghalhekk, Parigi.  Mar ippreparat sa snienu.  Jinghad li qabel ma dahal fl-awla fejn kellha ssir id-diskussjoni, waqaf quddiem xbieha tal-Madonna u talabha tghinu biex ifahharha u tohorgu rebbieh fuq shabu kuntrarji ghall-opinjoni tieghu favur taghha.  Ix-xbieha dehret tbaxxi rasha b’sinjal ta’ iva, u hekk baqghet dejjem f’dik il-pozizzjoni.

 

U dahal ghat-taqbida.  Aktar minn ghoxrin teologu kienu kontra favur it-tnissil minghajr htija ta’ Marija.  Il-Frangiskan sema’ l-argumenti taghhom bl-akbar attenzjoni.  Kisser u ghamel trab l-argumenti li hargu bihom, u rebahhom ilkoll b’dak l-argument li baqa’ celebri sal-lum, li hareg bih: “Potuit, decuit, fecit”, jigifieri: “Alla wahdu awtur ta’ l-impossibbli seta’ jaghmel illi l-futura omm ibnu tkun mehlusa mid-dnub tan-nisel; kien xieraq li hekk tassew isir, u hekk sar!”.

 

Naturalment m’hux possibbli f’daqsxejn ta’ artiklu tizviluppa mqar fil-qosor it-taghlim magistrali tal-beatu Duns Scotus, imfakkar u mizmum mill-iskola Frangiskana u mill-iskejjel Agostinjani, Tomisti u Gizwiti.  Infakkru hawn biss illi t-taghlim sod tal-kbir teologu, iben spiritwali tal-Qaddis ta’ Assisi, wasal biex, dalwaqt mija u hamsin sena ilu, proprju fit-8 ta’ Dicembru, il-beatu papa Piju IX, bl-enciklika maghrufa Ineffabilis Deus, seta’ jgharraf lill-globu Kattoliku li t-taghlim dwar it-tnissil tal-Madonna huwa wiehed mid-dommi tat-twemmin tar-religjon Kattolika.

 

Hekk, wara snin twal u iebsa ta’ diskussjonijiet kbar, Ruma, bl-ilsien infallibbli tal-kap suprem taghha, qateghet darba ghal dejjem il-maghrufa kawza.


Dan l-artiklu deher bit-titlu Il-Beatu Duns Scotus -id-Duttur ta' l-Immakulata, Lejn il-Mija u Hamsin Sena tad-Domma fir-Rivista: Tota Pulchra, Ktejjeb-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 2003 Nru 22, Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex, p 50.

Valletta: 23.2.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.