San Franġisk, il-Franġiskani u l-Immakulata Kunċizzjoni

 

 <<|werrej|>> 


Frangiskan difensur

tal-Koncepiment Immakulat  ta’ Marija

Il-Beatu Gwann Duns Skotu (1266-1308)


ta' Patri Edmund Teuma ofmconv


Fil-lezzjonijiet li kien jaghti fl-universitajiet ta’ Parigi, Oxford u Kolonja, Skotu kien maghruf ghall-mod kif kien japplika principji mehudin mid-dinja materjali ghall-istudju tat-teologija u x-xjenza.  Filwaqt li ohrajn aktar tard uzaw dan il-metodu biex jizviluppaw in-Nominalizmu (li hu filosofija li tichad kull realtà li ma tistax tigi ppruvata bl-esperjenza jew b’esperiment), Skotu, li kien bniedem mimli bil-fidi, kien jemmen li kull hliqa tezisti bir-rieda ta’ Alla Wiehed-u-Tlieta.  Alla jibqa’ misteru fih innifsu, imma l-ezistenza tieghu qatt ma tista’ tkun kontra r-raguni naturali.

 

Dan il-patri Frangiskan ezemplari kiteb bosta kotba fuq il-filosofija u t-teologija, izda kienet il-Marjologija li ghamlet lil Gwann Duns Skotu maghruf.  Fid-difiza tieghu ta’ l-Immakulat Koncepiment ta’ Marija, Skotu sab il-muftieh fl-Ittra lill-Efesin 1:3...  Hemm hu kixef tezor divin.  Dan hu l-pjan ta’ Alla, imfisser fil-qosor, ghall-holqien u l-fidwa tal-bniedem.  U billi l-imhabba bla qjies ta’ Alla kienet digà tezisti “qabel il-holqien tad-dinja”, Skotu hareg bil-wemna ta’ l-Iskola Teologika Frangiskana li l-milja ta’ l-imhabba ta’ Alla kienet sa tidher fil-milja taz-zminijiet fl-Inkarnazzjoni tal-Verb Divin, sew jekk id-dnub ikunx sar, sew jekk le.

 

Flimkien ma’ din il-premessa teologika, Skotu qal li jekk nistghu nithaddtu dwar il-predestinazzjoni ta’ Kristu (u dwar il-predestinazzjoni ta’ dawk li jilqghu l-adozzjoni ta’ wlied Alla), mela nistghu nithaddtu wkoll dwar “l-Omm mifdija tal-Feddej”.  Huwa ghallem li Marija kienet imhejjija qabel kull zmien biex tilqa’ go fiha l-grazzja ta’ Alla, biex tkun “imghammda minn qabel”, biex il-guf taghha bla tebgha jkun jista’ jilqa’ fih Iben il-Missier.

 

Izda b’din id-duttrina ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni Skotu ma kienx qieghed jgholli hliqa ghal xi virtù jew mertu taghha nfisha, imma stqarr li f’Marija hemm “perfezzjoni ta’ grazzja”.  L-imhabba ta’ Marija lejn Alla tatha l-kuragg li tikko-opera mar-rieda tal-Missier u tghidlu “iva”.  Hi b’hekk bdiet dik li tissejjah l-Ubbidjenza l-Gdida li geddedt il-holqien; saret Eva gdida biex iggorr fiha l-Iben ta’ Alla maghmul bniedem, saret il-Qaddejja tal-Mulej u Ommu.

 

Din it-teologija Skotista ghamlet mill-Ordni Frangiskan, l-Ordni ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni.


Dan l-artiklu deher bit-titlu Il-beatu Gwann Duns Skotu (1266-1308) “Doctor Subtilis, Doctor Maximus, Doctor Marianus” fir-Rivista: Tota Pulchra, Ktejjeb-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 2003 Nru 22, Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex, p.110.

Valletta: 22.2.2004


Qaddisa Vergni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt ohra bhalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar gholi u tal-Missier tas-sema,

Int l-omm tal-Mulej Qaddis taghna

Gesù Kristu,

Int

l-gharusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.

 

Talba ta'

San Frangisk