San Franġisk, il-Franġiskani u l-Immakulata Kunċizzjoni

 

 |werrej|>> 


San Frangisk u d-devozzjoni lejn Marija Santissma

Spunti ghar-riflessjoni


ta' Patri Marcello Ghirlando ofm



1. Kien ihobb b’imhabba tremenda lil omm Gesù


Dan ghaliex kienet tatna lil huna l-Mulej tal-glorja.  Kien ifahharha b’tifhir specjali, kien jitlobha minn qalbu u kien juriha affett tant kbir li l-ebda lsien ma seta’ jesprimieh.  Imma haga li timliena bil-ferh hija l-fatt li riedha bhala avukata ta’ l-Ordni u fdalha lil uliedu biex fiha jsibu kenn u protezzjoni sa l-ahhar (2 Celano).

 

Ghaliex?  Minhabba l-ghaqda intima li hi kellha ma’ Gesù.  Kienet hi, wara t-thabbira ta’ l-anglu, li tat il-gisem lill-Verb ta’ Alla (Ittra lill-Fidili).

 

San Frangisk hekk jitlob lil Marija minn qalbu: “Sliem ghalik, sidt qaddisa, sultana l-aktar qaddisa, omm Alla Marija, li int xebba ghal dejjem, maghzula mill-Missier l-aktar qaddis tas-sema, li kkonsagra ma’ ibnu l-ghaziz l-aktar qaddis u ma’ l-Ispirtu paraklitu, li fik kien hemm u hemm il-milja tal-grazzja u kull tjieba.  Sliem ghalik, ghamara tieghu.  Sliem ghalik, tabernaklu tieghu.  Sliem ghalik, dar tieghu.  Sliem ghalik, ilbies tieghu.  Sliem ghalik, qaddejja tieghu.  Sliem ghalik, omm tieghu”.

 

Il-kontemplazzjoni ta’ Marija kien jaghmilha fid-dawl tat-Trinità Qaddisa u jitlob hekk: “Qaddisa xebba Marija, qatt ma twieldet ohra fost in-nisa, bint u qaddejja tas-Sultan l-aktar gholi u tal-Missier tas-sema, omm il-Mulej taghna, Gesù Kristu, gharusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.  Itlob ghalina ma’ San Mikiel arkanglu, u mal-qawwiet kollha tas-sema u mal-qaddisin kollha, lil ibnek mahbub u l-aktar qaddis, Mulej u mghallem taghna”.

 

Id-devozzjoni tieghu ghal Marija tidher fit-talb: “Nitolbu bl-umiltà lill-glorjuza u dejjem vergni Marija biex trodd hajr lilek, Alla l-aktar gholi u veru” (Ufficcju tal-Passjoni).  “Ahfrilna dnubietna bl-intercessjoni tal-qaddisa vergni Marija” (Kumment ghall-Missierna).  “Fil-Knisja tal-qaddisa omm Alla kien jghix l-imqaddes Frangisku u kien jitlob minn qalbu u b’nsistenza lil dik li kienet nisslet il-verb ta’ Alla, mimli bil-grazzja u l-verità, biex hi tkun l-avukata tieghu” (San Bonaventura).  Anki meta wasal fuq il-Verna talab: “Ghall-unur ta’ Alla u tal-vergni Marija ommu u ta’ San Mikiel, princep ta’ l-angli u ta’ l-erwieh irrid naghmel sawma hawnhekk” (Leggenda Perugina).

 

Hija Marija li tmexxih fis-sejha tieghu u fl-attività tieghu: “Omm il-hniena riedet li ghall-merti taghha Frangisku jnissel u jwelled l-ispirtu tal-verità evangelika” (San Bonaventura).  Meta ried jaghzel post ghall-evangelizzazzjoni: “F’isem il-Mulej Gesù Kristu u tal-glorjuza vergni Marija u tal-qaddisin kolha jiena naghzel l-art ta’ Franza” (Leggenda Perugina).

 


2. L-imhabba lejn Marija  tidher fl-imitazzjoni taghha


Dan b’mod partikulari fl-imitazzjoni tal-faqar taghha.  Lil Klara hekk jikteb: “Irrid nimxi fuq il-hajja u l-faqar tal-Mulej l-aktar gholi taghna u ta’ ommu l-aktar qaddisa”.

 

Lill-insara jfakkarhom li Kristu, minkejja li kien l-aktar ghani, ried madankollu jaghzel, flimkien ma’ ommu Marija, il-faqar l-aktar imqaddes”.

 

Fil-foqra kien jara mhux biss ix-xbieha ta’ Kristu imma wkoll dik ta’ ommu l-aktar ghaziza.

 

Meta wiehed mill-ahwa naqas mill-fidi fil-providenza, stiednu biex inezza’ l-altar tal-Madonna.  Hass li kienet tkun aktar kuntenta tara osservat il-Vangelu... lil omm wiehed mill-patrijiet ried jaghtiha l-ktieb tal-Vangelu... “il-Mulej u ommu certament jiehdu aktar pjacir li nghinu lill-foqra!”.

 


3.  L-Imhabba lejn il-Knisja ta’ Sidtna Marija ta’ l-Angli


Ghalhekk kellu dak l-affett kbir lejn il-knisja ta’ Sidtna Marija ta’ l-Angli, il-Porzjunkola. Ried li tkun wahda mill-kappelli li huwa rrestawra b’idejh stess... imqanqal mid-devozzjoni kbira li kellu lejn is-sultana tad-dinja.  Hemmhekk mar jghix, qalb l-angli, imqanqal mill-imhabba tremenda li kellu lejn omm Kristu.

 

“Taht id-dell ta’ Marija gharaf is-sejha tieghu ghall-merti ta’ Marija” (San Bonaventura).  Taht ispirazzjoni divina talab il-kappella lill-abbati tal-Benedittini tal-Monte Subasio; hemmhekk ried li l-ordni jikber taht il-protezzjoni ta’ Marija; hemmhekk ried li Klara tibda l-avventura spiritwali taghha; minn hemmhekk ried li jitilqu l-patrijiet tieghu biex ixandru l-Vangelu; hemmhekk ried li jiltaqghu fil-Kapitlu; hemmhekk ried irodd ir-ruh tieghu lil Alla.

 

Fdaha lill-Ordni kollu, heggeg imhabba specjali lejn dan il-post, li riedu jkun mera tal-qdusija, imnara ta’ ezempju.

 


4.  Marija hija l-mara ta’ l-Ewkaristija


L-ewwel twissija li jagheml Frangisku: “Araw, kuljum jumilja ruhu, bhal meta mit-tron irjali tieghu gie fi hdan il-vergni.  Kuljum infatti jigi ghandna f’sura tassew umli.  Kuljum jinzel minn hdan il-Missier fuq l-altar f’idejn is-sacerdot” (Ittra lill-Fidili).

 

Fl-enciklika Ecclesia de Eucharistia nsibu miktub hekk: “Marija ghexet il-fidi ewkaristika taghha anki qabel it-twaqqif ta’ l-Ewkaristija fil-fatt li hija offriet il-guf verginali taghha ghall-inkarnazzjoni tal-Verb ta’ Alla.  L-Ewkaristija, li tfakkar il-mewt u l-qawmien, hija wkoll kontinwazzjoni ta’ l-Inkarnazzjoni.  Fit-Thabbira, Marija nisslet lill-Iben ta’ Alla fir-realtà fizika ta’ gismu u demmu, u anticipat fiha nnifisha dak li jigri sagramentalment f’kulmin jemmen meta nircievu taht is-sinjali tal-hobz u l-inbid, il-gisem u d-demm ta’ Kristu”.

 

Hemm analogija bejn il-fiat ta’ Marija u l-amen ta’ kulmin jemmen.  Marija giet mistiedna temmen li dak li kienet nisslet bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu kien l-Iben ta’ Alla.  Bhal Marija, fil-misteru ewkaristiku ahna mitluba nemmnu li l-istess Gesù Kristu, Iben Alla u Iben Marija, isir prezenti bl-umanità shiha tieghu u d-divinità shiha tieghu taht is-sinjali tal-hobz u ta’ l-inbid.

 


Dan l-artiklu deher fir-Rivista: Tota Pulchra, Ktejjeb-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 2003 Nru 22, Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex, p 51.

Valletta: 23.2.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.