Nitolbu ma' San Frangisk |
|
Ufficcju tal-Passjoni
F'din il-parti issib biss is-Salmi mill-(1) sal-(15). Jekk tixtieq tara kif, x'hin u meta jinghadu dawn is-salmi tista' tara l-Ufficcju tal-Passjoni fil-pagni dwar il-Kitbiet ta' San Frangisk.
L-Ewwel Parti: Ghat-Tridu tal-Gimgha Mqaddsa u ghall-Jiem ta’ Matul il-Gimgha tul is-Sena Kollha.
Salm (1)
1. O Alla, l-hajja tieghi jien qeghedt quddiemek: int gmajt id-dmugh tieghi quddiemek. 2. L-eghdewwa tieghi hsiebhom kif jaghmluli l-hsara. . u ftehemu flimkien bejniethom kontrija . 3. hallsuni ghal gid bid-deni, u ghal imhabbti bil-mibeghda. 4. Ghad li jien habbejthom, huma jixluni imma jiena bqajt nitlob. 5. Missier Qaddi, Sultan tas-sema u l-art, la titbieghedx minni: ghax il-hemm wasal fuqi u ma hawn hadd min ighinni. 6. Ha jerghu lura l-eghdewwa kull darba li jien insejjahlek: ghax issa naf li Int Alla tieghi. 7. Hbiebi u shabi mill-mard tieghi jitgerrxu qrabati jzommu ‘l boghod minni. 8. Hadtli’ l hbiebi ‘l boghod minni ghamiltni haga ta' ghajb ghalihom: ghalquni minn kull naha, ma nistax nohrog. 9. Missier Qaddis, twarrabx minni l-ghajnuna tieghek: Alla tieghi, hu hsieb li tghinni. 10. Fittex ghinni: Mulej, Alla tas-salvazzjoni tieghi. Glorja 'l-Missier u 'l-Iben u 'l-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa, u dejjem u jibqa' ghal dejjem. Amen.
Salm (2)
1. Mulej, Alla tas-salvazzjoni tieghi: bi nhar u bil-lejl jiena nitniehed quddiemek. 2. Ha tasal it-talba tieghi ghandek: aghti widen ghat-talb tieghi. 3. Hu hsieb ruhi u ehlisha: ehlisni, minhabba l-eghdewwa tieghi. 4. Ghax int kont li nissiltni minn guf ommi, Inti t-tama tieghi sa minn sider ommi: intlaqt f'idejk sa minn guf ommi. 5. Sa minn guf ommi, Int Alla tieghi: la titbieghedx minni. 6. Inti taf bit-tkasbir u l-misthija u l-ghajb tieghi. 7. Dawk li jhabbtuni jinsabu quddiemek u qalbi tistenna tkasbir u niket. 8. Stennejt lil xi hadd li jaqsam id-dieq mieghi, u ma kien hemm hadd: xi hadd biex ifarragni, u ma sibt lil hadd. 9. O Alla, il-hziena qamu ghalija, u fittxew li jeqirduli hajti fil-gemgha tas-setghana u ma qeghedux lilek quddiem ghajnejhom. 10. Jiena maghdud ma' dawk li nezlin fil-hofra: sirt qisni bniedem bla ghajnuna, niggerra fost il-mejtin. 11. Inti Missieri l-aktar Qaddis: is-Sultan tieghi u Alla tieghi. 12. Fittex ghinni: Mulej, Alla tas-salvazzjoni tieghi.
Salm (3)
1. Henn ghalija, O Alla, henn ghalija: ghax fik ittamat ruhi. 2. Ghad-dell ta gwienhak nistkenn sakemm jghaddi l-hemm minn fuqi. 3. Insejjah lil Alla l-gholi, lil Alla li jiehu hsiebi. 4. Jibghat mis-sema u jsalvani u jitfa fil-ghajb lil min jghaffigni. 5. Jibghat Alla t-tjieba u l-fedeltà tieghu: Hu hataf lil hajti mill-eghdewwa l-aktar b'sahhithom u minn dawk li joboghduni: ghaliex kienu b’sahhithom aktar minni. 6. Hejjew xibka fil-moghdija tieghi: u lwew lir-ruhi. 7. Haffruli hofra quddiemi: izda huma wagghu fiha. 8. Shiha qalbi, o Alla, shia qalbi: ha nghanni u ninseg ghanja: 9. Qum, ruh tieghi, qum arpa u cetra: Ha nqajjem sbieh il-jum! 10. Infahhrek Mulej fost il-popli: nghannilek f'nofs il-gnus. 11. Ghax sas-smewwiet toghla l-hniena tieghek: u sas-shab ssewwa tieghek , 12. Ghax m’oghla s-smewwiet, is-sebh tieghek O Alla, uri l-glorja tieghek fuq l-art kollha.
Salm (4)
1. Ikollok hniena minni, O Alla, ghax qed ikasbruni l-bniedem: il-jum kollu jaghmlu ghalija u jghafsu fuqi. 2. Il-jum kollu jkasbruni l-eghdewwa tieghi ghax hafna huma dawk li jehduha mieghi. 3. L-eghdewwa tieghi kollha jhasbu dak li hu hazin ghalija: u fasslu pjan qarrieq kontrija . 4. Dawk li kienu jharsuli 'l hajti: qed ixewxu lil xulxin kontrija. 5. Johorgu barra: u jfesfsu bejniethom kontrija. 6. Dawk kollha li rawni, jidhku bija: jghajjbuni u jharrku rashom. 7. Jien dudu ta' l-art u mhux bniedem: zeblih tan-nies u tkasbir tal-poplu. 8. Minhabba l-eghdewwa tieghi kollha, jien sirt haga ta' min ikasbarha: jitwerwru l-girien tieghi u min jafni, jibza’ minni. 9. Missier Qaddis, la tbeghedx minni l-ghajnuna tieghek: qawwa tieghi fittex ghinni! 10. Fittex aghtini l-ghajnuna: Mulej Alla tas-salvazzjoni tieghi.
Salm (5)
1. B'lehen qawwi lill-Mulej insejjah: b'lehen qawwi lill-Mulej nitlob. 2. Nressaq quddiemu t-tnehid tieghi id-dwejjaq tieghi quddiemu inqieghed . 3. X’hin ruhi go fija tinfena int tkun taf minn xhiex ghaddej. 4. Fit-triq li fiha nimxi huma hbew nassa ghalija. 5. Harist fuq il-lemin biex nara: jekk m’hemm hadd li jaghti kazi 6. M’hemmx mnejn nista' nahrab: m’hemm hadd min jiehu hsiebi. 7. Ghaliex minhabba fik qed nilqa’ t-tmaqdir: u l-misthija tiksili wicci. 8. Sirt barrani ghal huti: ulied ommi ma jaghrfunix. 9. Missier Qaddis, il-hegga ghal darek nfietni: u t-tghajjir ta' min ikasbar lilek waqa' fuqi. 10. Inghaqdu flimkien jifirhu kontrija: bla ma naf ghaliex jahbtu ghalija u bla heda jtertquni. 11. Dawk li ghal xejn joboghduni huma izjed mix-xaghar ta' rasi. 12. Dawk li bil-gideb jixluni huma b’sahhithom aktar minn ghadmi gaghluni nrodd dal li ma sraqtx. 13. Iqumu xhieda qarrieqa kontrija: jistaqsuni dak li ma nafx. 14. Bid-deni ghal gid ihallsuni, qerduli ruhi, u gidbu fuqi: u dan, ghax nimxi sewwa. 15. Int Missieri l-Aktar Qaddis: Sultan u Alla tieghi. 16. Fittex ghinni: Mulej Alla tas-salvazzjoni tieghi.
Salm (6)
1. Intom ilkoll li ghaddejjin mit-triq: ieqfu u araw hawnx niket bhan-niket tieghi. 2. Ghax qabda klieb daru ghalija gemgha nies hziena rassewni. 3. B’ghajnejhom fuqi jharsu lejja hwejgi jaqsmu bejniethom haqghtu ix-xorti ghall-ilbies tieghi. 4. Taqqbuli jdejja u riglejja: u nista’ nghodd ghadmi kollu. 5. B’halqhom miftuh ghal fuqi bhal iljun li jahtaf u jghajjat. 6. Ninsab bhall-ilma msawwab ghandi ghadmi maqlugh kollu 7. Qalbi bhal xemgha iddub gewwa fija. qed tinhall f'nofs il-gewwieni tieghi 8. Halqi niexef bhal caqqufa ilsieni mwahhal ma’ knieki. 9. Tawni b'ikel il-velenu: sqewni l-hall meta kont bil-ghatx. 10. Ninsab mitfuh fuq trab il-mewt: u zdieduli l-griehi man-niket tieghi. 11. Jiena rqadt u qomt u l-Missieri l-Aktar Qaddis laqaghni bil-glorja. 12. Missier Qaddis, int irfajt f'idejk leminti: mexxejtni int skond ir-rieda tieghek. 13. Ghax lil minn ghandi fis-sema hliefek U meta ghandi lilek x’jonqosnu fuq l-art? 14. Bizzejjed, Kunu afu li jiena Alla gholi fuq il-gnus, gholi fuq l-art. 15. Imbierek il-Mulej, Alla ta' Israel, li feda ruh il-qaddejja tieghu b'Demmu l-aktar qaddis tieghu: u li ma jitlaq qatt lil dawk kollha li jittamaw fih. 16. U nafu li jigi: ghax ghad jigi biex jaghmel il-haqq bil-gustizzja.
Salm (7)
1. Popli kollha capcpu jdejkom: ghajtu b'lehen ta' ferh lil Alla! 2. Ghax il-Mulej l-Gholi hu tal-biza': Sultan kbir fuq l-art kollha. 3. Ghax il-Missier Qaddis tas-sema, Sultan taghna qabel iz-zminijiet: baghat 'l Ibnu l-ghaziz mill-gholi, u gieb il-fidwa fuq din l-art. 4. Ha jifirhu s-smewwiet, u tithenna l-art! Ha jhabbat il-bahar u kull ma fih! Ha jifrah ir-raba’ u kull ma fih! 5. Ghannu lill-Mulej ghanja gdida: Ghannu lill-Mulej fl-art kollha. 6. Ghax kbir il-Mulej, u ta' min ifahhru hafna: tal-biza' aktar mill-allat kollha . 7. Aghtu lill-Mulej, familji tal-popli aghtu lill-Mulej sebh u qawwa: aghtu lill-Mulej is-sebh ta’ ismu. 8. Offru 'l gisimkom u gorru s-Salib imqaddes tieghu: u imxu fuq il-kmandamenti mqaddsa tieghu sa l-ahhar. 9. Ha titrieghed quddiemu l-art kollha: Ha ghidu fost il-gnus li l-Mulej saltan minn fuq is-sigra tas-salib .
[Fil-Festa tat-Tlugh fis-Sema tal-Mulej jizdiedu dawn il-versi]
10. U tela' s-Sema: u qieghed fil-lemin tal-Missier l-aktar qaddis fis-Sema, Oghla ‘l fuq mis-smewwiet, O Alla! Uri l-glorja tieghek fuq l-art kollha! 11. U nafu li gie u jerga’ jigi: biex jaghmel haqq bil-gustizzja.
It-Tieni Parti Ghal Zmien l-Ghid il-Kbir F’Sibt il-Ghid, jigifieri fi tmiem il-jum tas-Sibt
Salm (8)
1. O Alla, ejja ehlisni: Mulej, fittex ghinni. 2. Ha jisthu u jinfixlu: dawk li jridu jnehhuli hajti. 3. Ha jergghu lura mhawwda dawk li jifirhu bid-deni tieghi. 4. Ha jergghu lura kollhom misthija: dawk li jiddiehku bija. 5. Ha jithennew u jifirhu bik dawk kollha li jfittxuk: u jghidu dejjem "Kbir hu Alla,” dawk li jhobbu s-salvazzjoni tieghek. 6. Imma jien fqajjar u msejken: o Alla, fittex ghinni! 7. Inti l-ghajnuna u l-hellies tieghi, iddumx ma tghinni, Mulej.
Salm (9)
1. Ghannu 'l-Mulej ghanja gdida: ghax ghamel hwejjeg ta' l-ghageb 2. Il-leminija tieghu u d-driegh imqaddes tieghu: issagrifikaw l-Iben ghaziz tieghu. 3. Il-Mulej gharraf is-salvazzjoni tieghu: f’ghajnejn il-gnus wera l-gustizzja. 4. Dak in-nhar il-Mulej jurini l-hniena tieghu: u mal-lejl dwiet il-ghanja tieghu. 5. Dan hu l-Jum li ghamel il-Mulej: ha nifirhu u nithennew fih. 6. Imbierek min gej f'isem il-Mulej: il-Mulej hu Alla, hu d-dawl taghna. 7. Ha jifirhu s-smewwiet u tithenna l-art; ha jhabbat il-bahar u kull ma fih, ha jifrah ir-raba u kull ma fih. 8. Aghtu lill-Mulej, familji tal-popli, aghtu lill-Mulej sebh u qawwa, aghtu lill-Mulej is-sebh ta’ ismu.
[Fil-lejl tat-Tlugh il-Mulej jizdiedu dawn il-versi]
9. Slaten ta' l-art, ghannu lil Alla: fahhru bid-daqq lill-Mulej tieghi. 10. Fahhru bid-daqq lil Alla lil dak li tela' 'l fuq mis-smewwiet: lejn il-Lvant. 11. Arawh!, se jsamma’ lehnu, lehen qawwi: Aghrfu l-qawwa ta’ Alla Fuq Izrael il-kobor tieghu Fis-smewwiet il-qawwa tieghu. 12. Ta' l-biza’ Alla fis-santwarju tieghu Hu Alla ta’ Izrael, li jaghti l-qawwa u hila lill-poplu tieghu Mbierek Alla! Glorja lil Missier u l-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, Kif kien fil-bidu, issa u dejjem. Amen.
It-Tielet Parti Ghall-Hdud u l-Festi Principali
Salm (10)
1. Ghajjtu bil-ferh lil Alla, bnedmin tad-dinja kollha ghannu s-sebh ta' ismu: xandru s-sebh u t-tifhir tieghu. 2. Ghidu lil Alla: Kemm int tal-biza’ fl-eghmilek, ghall-kobor tal-qawwa tieghek jitilfu l-hila quddiemek l-eghdewwa tieghek. 3. L-art kollha taghtik qima tghannilek u tghanni lil ismek. 4. Ejjew, isimghu, u nghidilkom intom ilkoll li tibzghu minn Alla nghidilkom x’ghamel mieghi. 5. Lilu sejjah fommi tifhiru kien fuq ilsieni. 6. Hu sama' lehni mit-tempju tieghu f’widnejh waslet l-ghajta tieghi. 7. Bierku, popli, lil Alla taghna semmghu l-ghana tat-tifhir tieghu. 8. Bih jitbierku l-gnus kollha ta’ l-art; il-popli kollha jsejjhulu hieni. 9. Mbierek il-Mulej, Alla ta' Izrael: li wahdu jaghmel hwejjeg ta' l-ghageb. 10. Mbierek ghal dejjem isem msebbah timtela’ l-art kollha b’sebhu.
Salm (11)
1. Jisimghek il-Mulej fi zmien in-niket; iharsek l-isem ta’ Alla ta’ Gakobb! 2. Mit-tempju mqaddes tieghu jibghatlek l-ghajnuna u minn Sijon jaghtik is-sahha. 3. Jiftakar fl-offerti tieghek kollha u jilqa’ bil-qalb is-sagrificcju tieghek. 4. Jaghtik dak li tixtieq qalbek u jtemm hsibijietek kollha. 5. Naqbzu bil-ferh ghar-rebha tieghek: u nghollu l-bnadar f'isem Alla taghna. 6. Jaghtik il-Mulej kull ma titolbu! Jien issa naf li l-Mulej. baghat lil Ibnu, Gesu Kristu, u jaghmel haqq mill-popli bil-gustizzja. 7. Il-Mulej sar kenn ghall-fqajjar, ghajnuna fil-ghaks u fid-dwejjaq: ha jittamaw fik dawk li gharfu ismek. 8. Mbierek il-Mulej Alla tieghi, ghax int sirt fortizza ghalija kenn tieghi f’jum id-dwejjaq; 9. Qawwa tieghi int, lilek ferhan nghanni: ghax inti Alla fortizza tieghi, Alla tieghi u mhabba tieghi.
Salm (12)
1. Fik Mulej, jien nistkenn ma jkolli qatt ghax ninfixel. 2. Aghtini widen u fittex ehlisni. 3. Kun sur ta’ kenn ghalija int weghedt li tigi dejjem issalvani. 4. Ghax inti, Mulej, it-tama tieghi, Mulej, inti l-fiducja tieghi sa minn zghoziti. 5. Fuqek serraht sa minn twelidi sa minn guf ommi inti hadtni u inti dejjem it-tifhir tieghi. 6. Mimli fommi b’tifhirek, u nghanni l-glorja tieghek u b’sebhek il-jum kollu. 7. Wegibni, Mulej, ghax mill-ahjar tjubitek; dur lejja fil-kobor tal-hniena tieghek. 8. Tahbix wiccek mill-qaddej tieghek; fittex wegibni, ghax ninsab fil-hemm. 9. Mbierek lil Mulej, Alla tieghi, ghax hu jharisni u sar il-kenn tieghi: f’jum id-dwejjaq tieghi. 10. Qawwa tieghi int, lilek ferhan nghanni: ghax inti Alla fortizza tieghi, Alla tieghi u mhabba tieghi.
Ir-Raba' Parti: Ghal Zmien l-Avvent
Salm (13)
1. Mulej ghal dejjem se tinsieni? Kemm se ddum tahbi wiccek minni? 2. Kemm se ndum b’qalbi ttaqtaq bl-imrar kuljum f’qalbi? 3. Kemm se jdum jintrefa’ l-ghadu fuqi? Hares u wegibni, Mulej, Alla tieghi. 4. Aghti d-dawl lil ghajnejja, li ma naqax fir-raqda tal-mewt; li ma jghidx l-ghadu tieghi: “Ghelibtu!” 5. Li ma jifirhux l-eghdewwa ghax jarawni noghtor. Imma jien fit-tjieba tieghek nitma. 6. Tifrah qalbi ghall-ghajnuna tieghek Nghanni lill-Mulej ghall-gid li ghamilli!
Salm (14)
1. Infahhrek, Mulej, Missier l-aktar Qaddis, Sultan tas-sema u l-art: ghaliex int farragtni. 2. Int Alla s-Salvatur tieghi: Jien fik nittama, m’ghandix ghax nitfixkel 3. Il-Mulej hu l-qawwa u t-tifhir tieghi: hu sar ghalija s-salvazzjoni. 4. Lemintek, Mulej, issebbhet fil-qawwa: lemintek Mulej tfarrak il-ghadu. Bil-kobor ta’ sebbhek ixxejjen ‘il min iqum ghalik. 5. Hekk jaraw l-imsejkna u jifirhu; u taghmlu l-qalb, intom li tfittxu lil Alla. 6. Ifahhruh is-sema u l-art l-ibhra u kull ma jitharrek fihom.. 7. Ghax Alla jsalva ‘l Sijon: u jibni l-Bliet ta’ Guda. 8. U huma jergghu lura u jghammru fiha. 9. Jirtuha wlied il-qaddejja tieghu; dawk li jhobbu lil ismu joqoghdu fiha.
Il-Hames Parti Ghal Zmien il-Milied sa l-Ottava ta' l-Epifanija
Salm (15)
1. Ghannu bil-ferh lil Alla, qawwa taghna: ghajjtu b’lehen ta’ ferh lil Alla, haj u veru, 2. Ghax il-Mulej l-Gholi, hu tal-biza': Sultan kbir fuq l-art kollha: 3. Ghax il-Missier l-aktar qaddis tas-sema, Sultan taghna, sa minn qabel iz-zminijiet, baghat mill-gholi 'l Ibnu l-mahbub: u twieled mill-Vergni, mqaddsa Marija 4. Hu jsejjahli: "Missieri Int"; u jiena naghmlu l-Iben il-kbir tieghi, l-oghla fost s-slaten kollha ta' l-art. 5. Dak in-nhar il-Mulej wera l-hniena tieghu: u mal-lejl dwiet il-ghanja tieghu. 6. Dan hu l-Jum li ghamel il-Mulej: nifirhu u nithennew fih. 7. Ghaliex inghatalna Iben l-aktar qaddis, twildilna tifel. twieled u tqieghed f’maxtura: ghax ma kienx hemm post ghalih fil-lukanda. 8. Glorja 'l Alla fil-gholi tas-sema: u paci fl-art lill-bnedmin ta' rieda tajba. 9. Ha jifirhu s-smewwiet u tithenna l-art; ha jhabbat il-bahar u kull ma fih, ha jifrah ir-raba u kull ma fih. 10. Ghannu lil Mulej ghanja gdida: Ghannu lill-Mulej fl-art kollha. 11. Ghax kbir il-Mulej ta' min ifahhru hafna: ta-biza' aktar mill-allat kollha. 12. Aghtu lill-Mulej, familji tal-popli; Aghjtu lill-Mulej sebh u qawwa; Aghtu lill-Mulej is-sebh ta’ ismu. 13. Offru gisimkom u gorru s-salib imqaddes tieghu: u harsu sa l-ahhar il-kmandamenti tieghu.
Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMConv Assisi- Frar 2003 |
Dawn huma is-salmi li Missierna Frangisku l-aktar qaddis gabar b'qima, tifkira u tifhir lejn il-Passjoni tal-Mulej. Dawn jinghadu matul kull siegha tal-jum u f’siegha matul il-lejl. Dawn jibdew mill-Kumpieta ta’ Hamis ix-Xirka, ghax f'dak il-lejl il-Mulej taghna Gesù Kristu jichud u mehud arrestat.
U nnota li San Frangisk kien jghid dan l-Ufficcju b’dan il-mod: l-ewwel kien ighid it-talba li l-Mulej u l-Mghallem taghna ghallimna: “Missierna" bittifhir "Qaddis, qaddis qaddis" kif inuma mitkuba. Fi tmiem it-talba ta’ tifhir bit-talb li hemm fl-ahhar, kien jghid din l-antifona: “Qaddisa Vergni Marija”, L-ewwel kien ighid is-Salmi ta’ Marija qaddisa, imbaghad kien jghid is-salmi l-ohra li kien jaghzel. U fi tmiem ta’ kull salm li kien ighid, kien ighid is-salmi tal-Passjoni. Fi tmiem l-ahhar salm, kien ighid mill-gdid l-antifona: “Qaddisa Fi tmiem ta’ lantifona, kien jghid it-talba u l-Ufficcju kien jintemm. I
|