Nitolbu ma' San Franġisk |
|
Tifħir għal kull siegħa
Qaddis, qaddis, qaddis il-Mulej Alla li jista’ kollox, li hu, li kien u li ġej: Infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.
Mulej Alla tagħna, jistħoqqlok tirċievi: it-tifħir, il-glorja u l-ġieħ u l-barka Infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.
Il-Ħaruf li kien maqtul jistħoqqlu jirċievi: is-setgħa u d-divinità, l-għerf u l-qawwa u l-ġieħ u s-sebħ u l-barka. Infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.
Inbierku l-Missier, u l-Iben flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu Infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.
Bierku għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej Infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.
Faħħru lil Alla tagħna, intom ilkoll qaddejja tiegħu, u intom li tibżgħu minnu, żgħar u kbar Infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.
Ifaħħru s-sebħ tiegħu s-sema u l-art Infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.
Tfaħħru kull ħliqa fis-sema, fuq l-art u taħt l-art; u dawk fil-baħar u li jterrqu fih. Infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.
Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-santu. Infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.
Kif kien fil-bidu, issa u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.
Maqlub għal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv Assisi: Jannar 2003 |
Din it-talba ta' tifħir, magħrufa aktar bħala: Tifħir għal kull siegħa ġabra ta' siltiet mill-Iskrittura li San Franġisk ġabar flimkien biex il-patrijiet ikunu jistgħu jgħiduh qabel kull parti, msejħa siegħa, tal-Uffiċċju Divin.
Franġisku stess kien jgħid dan it-tifħir kuljum bin-nhar u bil-lejl.
I z |