Nitolbu ma' San Franġisk                        

 

◄◄|werrej|►►


Tifħir lil Alla l-Għoli


 

Int qaddis, Mulej Alla wieħed,

li tagħmel ħwejjeġ tal-għaġeb.

Int qawwi, Int kbir, Int l-Aktar Għoli.

Int is-Sultan li tista’ kollox,

Int Missier Qaddis,

Sultan tas-sema u l-art.

 

Int, wieħed-u-tlieta,

Mulej Alla fuq l-allat,

Int it-tjieba, kull tjieba, fuq kull tjieba,

Mulej Alla ħaj u veru.

 

Int imħabba, int għerf, int umiltà,

int sabar, int sbuħija, int ġwejjed.

Int kenn, int sliem,

int hena u ferħ,

int tama tagħna, int ġustizzja.

 

Int il-qjies,

int l-għana kollu tagħna.

Int ġmiel, int ġwejjed.

Int li tħarisna.

Int li tgħasses fuqna u tidħol għalina.

Int qawwa. Int serħan. 

 

Int it-tama tagħna, int il-fidi tagħna,

int l-imħabba tagħna,

int il-ħlewwa kollha tagħna,

int l-ħajja bla tmiem tagħna,

kbir u tal-għaġeb,

Mulej Alla li tista’ kollox,

Feddej tal-ħniena.

 


Maqlub għal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Jannar 2003


 

Din it-talba

ta' tifħir tinsab

fuq il-parċmina

flimkien

mal-Barka

lil Frate Leone.

 

Franġisku kiteb

dan it-tifħir b'idu stess wara li rċieva

il-pjagi fuq

La Verna

f'Settembru 1223.

 

It-Talb oriġinali

tinsab mħarsa

mill-Franġiskani

Konventwali

fil-Kappella

tar-relikwi

fil-Bażilka nferjuri

ta'

San Franġisk

F'Assisi.