Nitolbu ma' San Frangisk                    

 

◄◄|werrej|►►


Talb fuq fomm San Frangisk

migbur minn ghejjun differenti


Talb mehud mill-Arbor Vitae Crucifixae Iesu,

    ta’ Umbertino da Casale


 

Twegiba ghall-Imhabba

Mulej, nitolbok bil-herqa

ghamel li l-qawwa mhegga

u helwa ta’ mhabbtek

tharrab lir-ruh tieghi mill-hwejjeg tad-dinja

biex inkun nista’ mmut

ghall-imhabba tieghek, Mahbub tieghi.

 

(mill-Arbor Vitae Crucifixae Iesu, V,4

ta’ Umbertino da Casale)

 

Il-faqar l-ghana tieghi

Mulej tieghi,

 gharrafni l-faqar, li int tant thobb.

Hanin Gesú,

jkollok hniena minni.

Inhossni mxennaq ghas-Sinjura tal-faqar.

tant  li ma nistghax insib serhan minghajrha.

Kont int Mulej,

li kebbist din l-imhabba ghaliha f’qalbi.

Tini l-grazzja li naghmilha tieghi.

Nixtieq tassew li nistghana

bit-tezor tal-Faqar.

Bil-herqa nitolbok,

Li is-Sinjura tal-Faqar tkun tieghi

u tieghi ghal dejjem.

Gesú, int kont tassew fqir,

Ma nixtieq li jkolli xejn tieghi

taht il-kappa tas-sema,

imma biss li nghix b’dak

li l-ohrajn jistghu jaghtuni.

 

(mill-Arbor Vitae Crucifixae Iesu,19-21

ta’ Umbertino da Casale)


Talb mill-Kitbiet

    ta’ San Bonaventura


Mulej tieghi

Mulej tieghi

Ghad li ma jisthoqqlix

u ghad li jien bniedem midneb,

Int bghattli dan il-farag mis-sema.

Jien nroddulek mill-gdid lura,

hu hsiebu inti,

nkella nhossni qiesni halliel

li nisraq it-tezor tieghek

biex inzommu ghalija.

 


Talb mehud mill-Kitbiet

    ta’ Tomaso da Celeno


  

Mulej Hniena

Mulej Alla tieghi,

jkollok hniena minni,

midneb!

 

(mill-ewwel Ktieb ta’ Celano, 26)

 


Talb mill-Konsiderazzjonijiet

    dwar il-Pjagi Mqaddsa ta' San Frangisk


  

Mulej, Alla tieghi

Mulej Alla tieghi,

gharrafni wara mewti

x’ser isir mill-familja fqajra ckejkna,

li f’imhabbtek joghgbok tafda f’idejja,

bniedem midneb?

Min ser ifarraghom?

Min ser iwissihom?

Min ser jitolbok ghalihom?

 

(mit-Tieni Konsiderazzjoni dwar il-Pjagi Mqaddsa)

 

Mulej x’nista naghtik

Mulej tieghi,

Jien kollni kemm jien tieghek.

Int taf li m’ghandi xejn

hlief it-tonka, il-kurdun u l-hwejjeg minn taht,

u wkoll dawn it-tlieta, huma tieghek.

Ghaldaqstant x’nista’ naghtik?

 

(mit-Tielet Konsiderazzjoni fuq il-Pjagi Mqaddsa)

 

Grazzji qabel il-mewt

Mulej tieghi, Gesù Kristu

Nitolbok zewg grazzji qabel immut:

 

Qabel xejn, nitlobok li matul hajti

f’ruhi u f’gismi nhoss kemm jista’ jkun

l-istess tbatija

li int, Gesù l-aktar helu

garrabt fis-siegha tal-Passjoni

l-aktar harxa tieghek.

 

It-tieni nixtieq, kemm jista` jkun inhoss

fil-qalb tieghi dik l-istess imhabba kbira

li biha int, Iben Alla, kont imkebbes

tant li ridt iggarrab tbatija hekk kbira

ghalina l-bnedmin.

 

(mit-Tielet Konsiderazzjoni fuq il-Pjagi Mqaddsa)

 

Min int Mulej?

Int min int?

O Mulej tieghi, l-aktar helu!

 

U jien min jien?

Dudu l-aktar baxx

u qaddej tieghek li ma niswa ghal xejn!

 

Int min int?

Mulej ta’ tjieba bla tarf,

Gherf u Qawwa,

li ghogbok izzur lili

dudu baxx u mistmerr?

 

(It-Tielet Konsiderazzjoni fuq il-Pjagi Mqaddsa)

 


Talb mehud mill-Fjuretti


 

Alla tieghi

Alla tieghi u kollox

 

(mill-Fjuretti)

 

Mulej tieghi

Mulej tieghi Gesú Kristu.

Inroddlok hajr ghall-Imhabba

u l-Karità li wrejtni.

Huwa tassew sinjal ta’ l-imhabba hekk kbira

meta int Mulej twiddeb lill-qaddej tieghek

ghall-ghemejjel hziena f’din il-hajja

milli tikkastigah fil-hajja li gejja.

 

Minhabba dnubieti jien lest

li bil-ferh ingarrab

kull tigrib u kull ghawg,

li int, O Alla

joghgbok tippermettili.

 

(mill-Fjuretti)


Talb iehor


 

Hares lejn il-mard tieghi

Mulej, Gesù Kristu,

Int ir-Raghaj it-Tajjeb.

Int tajtna b’imhabba tant hniena,

li ahna lanqas biss konna nisthoqqu,

u li tant drabi kellek ggarrab

ghalina ugigh hekk kbir!

Ladarba sejjahli biex inkun fil-merhla tieghek.

Nitolbok biex bil-grazzja u bil-qawwa tieghek

fil-hin ta’ nkwiet,

ta’ tqigh il-qalb u ta’ hemm,

ma jkun qatt li nitbieghed minnek.

 

Mulej, hares nitolbok

lejn il-mard tieghi.

Ghenni biex ingarrab kollox bis-sabar.

Nifrah fit-tigrib u fil-mard tieghi.

Inhossni f’sahhti fik biss Mulej.

F’kull hin inrodd hajr lil Alla,

l-Missier u lil Ibnu l-Wahdieni,

l-Mulej taghna Gesù Kristu,

u lill-Ispirtu s-Santu

ghall-grazzja kbira li tani,

waqt li ghadni haj,

meta ghogbu accerta lili,

 qaddej tieghu li ma niswa` ghal xejn,

li s-Saltna tieghu ser tkun tieghi.

 

(mill-Mera ta’ Perfezzjoni)

 

Jien qaddej tieghek

“Imbierek int, Mulej talli hbejt

dawn il-hwejjeg

lill-ghorrief u lill-intelligenti

u wrejthom lic-ckejknin.

Iva, Missier, ghax hekk joghgob

lilek li taghmel.”

 

Gesú, Missier u Mulej ta’ hajti,

ehlisni mill-pariri tal-hziena

u thallinix naqa’ fihom.

Ghamel, izda, li bil-grazzja tieghek,

insib dak li qed infittex,

ghax jien qaddej tieghek,

bin il-qaddejja tieghek.

 


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Jannar 2003


Barra it-talb

li nsibu

fil-Ktibiet

ta' San Frangisk

Issib ukoll

ghadd ta'

talb iehor

fuq fomm

il-Qaddis.

 

Hawnhekk hawn

ftit minn

dan

it-talb

migbura

mill-kitbiet

ta' dawk

li kitbu

hajjietu.