Nitolbu ma' San Franġisk |
|
Antifona lil Verġni
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.
Itlob għalina ma’ San Mikiel Arkanġlu u mal-qawwiet kollha tas-sema u mal-qaddsin kollha Lill-Għażiż Ibnek l-aktar Qaddis, Mulej u Mgħallem tagħna. Glorja lil Missier u l-Iben u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien fil-bidu, issa u dejjem. Ammen.
Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv Assisi: Jannar 2003 |
Din l-Antifona tagħmel parti mill-Uffiċċju tal-Passjoni. Frangisku kien jgħid din it-talba qabel u wara kull Salm. Fiha Franġisku jpingi lil Marija fil-qwarniċ tat-Trinita'. Marija hija Bint il-Missier, hija Omm l-Iben u hija l-Għarus ta' L-Ispirtu s-Santu. Frangisku juri lil Marija bħala dik li titlob għallina flimkien ma' san Mikiel u l-qaddisin quddiem binha.
|