Nitolbu ma' San Franġisk  

 

◄◄|werrej|►►


Eżortazzjoni għat-Tifħir


Ibżgħu mill-Mulej

u agħtuh qima.

Jistħoqqlu l-Mulej li jirċievi

t-tifħir u l-gieħ.

Faħħruħ,

intom ilkoll li tibżgħu mill-Mulej.

 

Sliem għalik Marija,

bil-grazzja mimlija l-Mulej miegħek.

 

Faħħruh, sema u art.

Faħħruh, intom xmajjar

u intom wlied Alla, bierku lill-Mulej.

 

Dan Huwa il-jum li għamel il-Mulej,

ħa nifirħu u nithennew fih.

Alleluia, Alleluia, Alleluia!

Sultan ta’ Israel.

 

Kull ma jieħu nifs ħa jfaħħar l-Mulej.

Faħħru l-Mulej għax hu tajjeb.

Intom ilkoll li taqraw din il-kitba

bierku l-Mulej.

 

Intom ħlejjaq kollha,

faħħru l-Mulej.

Intom tajr ta’ l-ajru,

faħħru l-Mulej.

Intom tfal ċkejknin

faħħru lkoll il-Mulej.

Żgħażagħ u xbejbiet

faħħru l-Mulej.

 

Il-Ħaruf li kien maqtul

jistħoqqlu jirċievi

t-tifħir, il-glorja u l-gieħ.

 

Tkun imbierka t-Trinità Qaddisa

u l-Għadqa qatt mifruda.

 

San Mikiel Arkanġlu

ħarisna fit-taqbid.

 


Maqlub għal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Frar 2003


 

Din it-talba

hija magħmula minn frażijiet meħuda

mill-iskrittura.

F'din

l-eżortażzjoni

Frangisku jistieden

lil bnedmin, diversi kategoriji fosthom

iċ-ċkejknin,

iż-żgħażagħ

u xebbiet,

kif ukoll

il-ħlejjaq,

is-sema,

l-art,

ix-xmajjar

u

l-għasafar

 ta' l-ajru

biex jifaħħru

lill-Mulej.

 

Fit-talba tissemmgħa

t-tislima

tal-anglu.

ċert li din turi

l-qima

li kellu Frangisk lejn Marija

tal-Angli

 

 

 

 

I

z