Nitolbu ma' San Franġisk |
|
Tislima lil Verġini Marija
Sliem, o Sinjura, Sultana qaddisa, Marija, Omm Qaddisa ta’ Alla, int il-Verġni magħmula knisja. Dik magħżula fis-sema mill-Missier l-aktar qaddis li kkonsagrak flimkien ma’ Ibnu l-għażiż l-aktar qaddis u ma’ l-Ispirtu s-Santu, Paraklitu, li fik kien hemm u għad hemm il-milja tal-grazzja u kull tjieba.
Sliem, palazz tiegħu, Sliem, tabernaklu tiegħu, Sliem, dar tiegħu, Sliem, ilbies tiegħu Sliem, qaddejja tiegħu, Sliem, omm tiegħu!
Sliem wkoll lilkom ilkoll virtujiet qaddisa li bil-grazzja u d-dawl ta’ l-Ispirtu s-Santu tiġu msawba fil-qlub tal-fidili kollha biex minn nies li ma jemmnux tagħmluhom jemmnu f’Alla.
Maqlub għal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv Assisi: Jannar 2003 |
Franġisku kellu imħabba speċjali lejn Marija. Ir-raġuni ta' din l-imħabba lejha kienet għax Marija "tatna bħala huna lill-Mulej tal-Glorja". F'din it-talba Franġisku juru lil Marija f'rabta intima mat-Trinita' Qaddisa.
Marija hija dik li fiha hemm il-milja tal-Grazzja. Marija hija l-Għamara li tilqa' fiha lil Iben ta' Alla. Marija hija l-Verġni magħmula Knisja.
|