Devozzjoni Frangiskana - Nicec f'Malta

 

 

<<|werrej|>>


Nicec ta’ San Frangisk

u Qaddisin Frangiskani f’Malta


 migbur minn Fr Thomas Calleja OFMconv.


Fit-toroq tal-bliet u l-irhula tal-gzejjer taghna ghall-grazzja t’Alla ghadna nsibu ghadd ta’ nicec. Dawn in-nicec mifruxin ma’ kullumkien huma xhieda hajja tat-twemmin Nisrani. Missierijietna qishom riedu jnaqqxu bid-deher il-fidi taghhom ma' darhom ghalhekk bnew dawn in-nicec bi statwi ddedikat lill-Vergni Marija, lill-patrun tar-rahal jew lil xi qaddis iehor.

 

F'din il-pagna ser naghtu taghrif dwar in-nicec fil-bliet u l-irhula ta’ Malta migbura mill-ktieb Nicec u Statwi fit-Toroq Maltin miktub minn Tony Terribile u minn ghejjun ohrajn. Minn fost tant nicec li ghadhom isebbhu t-toroq  jew il-kantunieri taghhom fill-gzira taghna ghazilna dawk li ghandhom rabta ma’ San Frangisk jew ma xi wiehed mill-qaddisin Frangiskani, fosthom  Sant’Antnin li ghandu ghadd ta’ nicic f’diversi rhula.   

 


Nicec u Statwi ddedikati lil San Frangisk.


Il-Belt Valletta

■ Fil-kantuniera ta' Triq ir-Repubblika ma' Triq Melita nsibu statwa tal-gebel ta' San Frangisk ta' Assisi; din regghet saret mill-gdid minn Marco Montebello wara li kienet meqruda fi zmien il-gwerra. Dik li kien hemm qabel wara li ssewwiet ttiehdet San Pawl il-Bahar fejn ghadha sa llum quddiem il-Knisja Parrokkjali.

■  Statwa ohra ta' San Frangisk tinsab fi Triq Sant'Ursola kantuniera ma' Triq Santa Lucija.  Din hija xoghol tas-seklu dsatax ta' Xandru Farrugia.  Meta wiehed jifli d-dettalji tal-Pannegg tat-tonka u tal-kapocc jara kemm Mastru Xandru kien skultur tajjeb.  L-anglu wieqaf hdejh huwa tipiku ta' san l-Iskultur.  Fl-1882 l-Isqof Carmelo Scicluna ta indulgenzi lil kull min jitlob quddiem din l-istatwa.

 

Birkirkara

■  F'Birkirkara nsibu zewg nicec ta' San Frangisk ta' Assisi.  l-ewwel wahda qieghda mal-hajt tal-Palazz ta' Santa Liena fi Triq Hal Gharghur.  Dan ir-riliev hu mdawwar b'dekorazzjoni sabiha ta' still barokk maghmul bis-sengha.

■ L-Istatwa l-ohra qieghda fil-kantuniera ta' Triq il-Kbira u Triq l-Imsida. Bhala niocca tikkonsisti biss f'qasma fil-kantuniera bla ebda dekorazzjoni.  L-istatwa ghalkemm mhux krira hija artistika u b'xorti tajba ghadha fl-istat originali taghha. F'din l-istatwa San Frangisk qieghed b'rasu inklinata l-isfel u b'idu x-xellugija fuq sidru.

 

Il-Furjana

■  Fil-Furjana nsibu zewg statwi ta' San Frangisk.  Wahda, li nhadmet mill-iskultur Salvatore Dimech qieghda quddiem il-Kunvent tal-Kapuccini.  Fl-ahhar gwerra din l-istatwa garrbet bosta hsarat. 

■ L-istatwa l-ohra qieghda f'nicca f'kantuniera bejn Triq San Tumas u Triq San Frangisk. Din hi nicca kbira madwar sular.  Lil San Frangisk narah liebes ta' Kapuccin u f'idu l-leminija jidher izomm is-salib filwaqt li harstu tidher mitfugha fuq Gesù Kurcifiss.  Taht is-sieq il-leminija tal-qaddis naraw ras ta' mewt.  Din l-istatwa hija xoghol ta' Marco Montebello u saret minflok ohra li kienet inqerdet fl-ahhar gwerra dinjija.  F'din l-istatwa wiehed jista' jammira l-kapacitajiet artisitici ta' l-iskultur.  Fuq l-Istatwa hemm celu sabih komplut b'kollox.

 

L-Gudja

■  Fil-Gudja nsibu wahda mill-eqdem xbiehat ta' San Frangisk. Din qieghda fl-inhawi tal-knisja tal-Madonna ta' Loretu.  Fi trejqa li twassal ghal din il-knisja hemm din in-nicca f'gieh il-Madonna marbuta hafna ma' l-Ordni Frangiskan Kapuccin.  F'din in-nicca flimkien max-xbihat tal-Madonna u tal-Bambin bilqieghda fuq id-dar mqaddsa hemm il-figura ta' San Frangisk gharkubbtejh fuq in-naha l-ohra.  JInghada li din ix-xbieha tmur lura ghas-seklu tmintax, tant hu hekk li fit-18 ta' Frar 1763, l-isqof Bartolomeo Rull kien ta l-indulgenza lil kull min jitlob quddiem din ix-xbieha.

 

Il-Hamrun

■  Fil-Hamrun insibu  nicca wahda ddedikata lil San Frangisk ta' Assisi - dik li qieghda mal-hajt tad-dar numru 85 fit-Triq id-Duluri. Bhala nicca ma fiha xejn specjali, izda bhala statwa  hi mirquma bi skultura ddettaljata fejn San Frangisk jidher bilwieqfa jhaddan is-salib u bl-ohra jidher izomm il-Vangelu b'anglu tahtu.  Ghalkemm hija zghira hija xoghol ta' skultura sabih.

■ Fil-Hamrun insibu wkoll statwa ohra tal-Fqajjar ta' Assisi, dik li qieghda fuq il-Kampnar tal-Knisja tal-Patrijiet Minuri ta' Villambrosa.  Din l-istatwa hija xoghol ta' l-iskultur Marco Montebello.

 

Hal Lija

■  F'Hal Lija nsibu  nicca wahda ddedikata lil San Frangisk ta' Assisi li qieghda fi Triq Sant'Andrija, kantuniera ma' Sqaq numru 2. Hija statwa li saret fil-bidu tas-seklu ghoxrin f'nicca li ghandha disinn sabih ferm.  Ix-xoghol taghha jidher li sar bi precizjoni kbira.  Fil-gwarnicun ta' fuq ghandha kitba li tghid li fl-1903 l-Arcisqof Pietru Pace zejjen din in-nicca bl-ghoti ta' l-indulgenzi.  F'din in-nicca arzellata naraw lil San Frangisk b'idejh it-tnejn maghquda fuq sidru jhaddan is-salib.  Quddiem in-nicca ghadu jidher fanal tal-hadid li darba kien jinxteghel quddiem din ix-xbieha.

 

Il-Marsa

■  Fil-Marsa nsibu  nicca wahda ddedikata lil San Frangisk ta' Assisi - dik li qieghda fi Triq Hal Qormi.

 

L-Imqabba

■  Fl-Imqabba nsibu  Statwa wahda ddedikata lil San san frangisk - qabel u wara r-restawrFrangisk ta' Assisi li qieghda fl-inhawi tal-Mentna. Din l-istatwa hija xoghol ta' l-arti mahduma minn Giuglio Moschetti fl-1899.  Dan l-artist Taljan ghandu xoghlijiet ohra f'dawn il-gzejjer.  Hallas ghall-istatwa l-Kanonku Dun Alfons Caruana li kien mill-Imqabba u kien Patri Frangiskan qabel sar qassis djocesan.  Kien personalità maghrufa hafna fl-Imqabba, u wara li zviluppa dawn l-inhawi tal-Mentna, ried iwaqqaf hawn monument lil san Frangisk.  Meta din l-istatwa tlestiet inksiet b'kisja specjali li tixbah lid-deffun.  Din l-istatwa ġiet imbierka minn Mons Alfons Caruana fit-13 ta` Lulju, 1899 u wara tqiegħdet fil-post preżenti għall-venerazzjoni tal-pubbliku.  Nhar l-14 ta` Lulju 1899, Mons Alfons Caruana ippreżenta rikors lill-Kurja ta` l-Arċisqof sabiex jingħataw 40 ġurnata indulġenzi lil kull kattoliku li jżur din l-istatwa u jgħid it-talba "San Francesco stimitizzato ottenateco l`amore a Gesu` Cristo". Il-permess għal dawn l-indulġenzi ingħata mill-Kurja fis-17 ta` Lulju ta` l-istess sena. Din l-istatwa ġiet restawrata mill-Kunsill Lokali Mqabba  wara li partijiet minnha kienu fi stat ħażin ħafna u kienu diġa ntilfu partijiet importanti bħall-idejn u s-swaba.

 

L-Imsida u tal-Pjetà

■  F'dawn il-postijiet insibu zewg nicec ta' San Frangisk.  Wahda qieghda fl-aktar parti qadima ta' Triq Torri mal-hajt tad-dar numru 14. Din in-nicca hija riljev kbir li jirrapprezenta lil San Frangisk t'Assisi jircievi l-pjagi fuq l-Ghoja Alvernja.  Mad-dawra tieghu m'ghandu l-ebda dekorazzjoni izda ir-riljev fih dettalji interessanti, li xi whud minnhom intilfu meta dan ir-riliev gie mizbugh.  Bla dubju huwa wiehed mill-eqdem xbihat li nsibu f'dawn l-inhawi. 

■ In-nicca  l-ohra qieghda mal-hajt numru 8-9 ta' Sqaq Bordon.

 

Ir-Rahal il-Gdid

■  Fil-Rahal il-Gdid insibu  Statwa wahda ddedikata lil San Frangisk ta' Assisi li tinsab fil-Pjazza.  Din l-istatwa nhadmet fl-1898 u hija wahda min-nicec li hemm marbuta maghhom l-ghoti ta' l-indulgenzi.

 

Hal Qormi

■  F'din il-Belt ta' Pinto nsibu zewg nicec ta' San Frangisk.  L-eqdem wahda qieghda mal-hajt tad-dar numru 47 Triq Alojsju. Din qieghda f'kantuniera izda mad-dawra taghha ma fiha l-ebda dekorazzjoni.  L-istatwa tal-qaddis izda hija bicca xoghol sabiha fil-gebel.  il-harsa tal-qaddis hija espressiva hafna.  Originali f'din in-nicca hija il-parti l-isfel fejn l-iskultur naqqax is-simbolu tal-mewt.

■ L-Istatwa l-ohra qieghda fil-kantuniera ta' Triq il-Kbira u Triq Anici.  Din hija nicca mill-isbah gholja madwar tnax-il filata.  Fiha arzellata b'mod tassew artisiku u fuq kull naha ghandha pilastru ta' stil joniku.  L-istatwa tal-qaddis hija nieqsa minn certu moviment. San Frangisk jidher ihaddan is-salib.

 

Ir-Rabat

■  Fir-Rabat insibu hames statwi ta' San Frangisk.  Wahda qieghda hdejn il-Kunvent tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fi Triq San Frangisk. Fl-inhawi ta' din il-Knisja nsibu ghadd ta' nicec u statwi marbuta mal-Knisja ta' San Frangisk. Hdejn il-Kunvent hemm statwi kbar tal-Gebel.  L-ewwel wahda hija dik ta' sant'Antnin ta' Padova li maghha ghandha l-ghoti ta' l-indulgenzi li jmorru lura ghas-sena 1865.  quddiem il-Kunvent hemm l-istatwa f'gieh Marija Immakulata, devozzjoni ohra qadima hafna u fil-genb tal-Kunvent hemm l-istawa ta' San Frangisk.  Din giet inawgurata fil-5 ta' settembru tas-sena 1926 biex tfakkar is-seba' mitt sena mill-mewt tal-qaddis.  Il-gbir ghal din l-istatwa-munument sar minn zewg patrijiet Frangiskani Konventwali li daru Malta kollha biex jigbru sold minn kull familja.
■ L-Istatwa l-ohra qieghda fil-kantuniera ta' Triq Gorg Borg Olivier u Triq San Frangisk din tinsab ftit passi 'l boghod mill-istatwa li ghadna kemm semmejna.

■ It-tielet statwa ta' San Frangisk qieghda fi Triq San Pawl mal-hajt tal-Kunvent tal-Patrijiet Minuri.

■ Ir-raba' statwa qieghda f'nofs il-frontispizju tal-Knisja ta' Giezu fit-Triq san Pawl.

■ Il-Hames statwa saret fl-1994 bhala tifkira tal-500 sena tal-Patrijiet Minuri, li dak iz-zmien kienu jissejhu Osservanti.  Din qieghda hdejn l-istess Knisja ta' Giezu fit-Triq san Pawl.

 

San Pawl il-Bahar

■  f'San Pawl il-Bahar insibu  statwa wahda ddedikata lil San Frangisk ta' Assisi dik li qieghda fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali. Qabel marret San Pawl il-Bahar din l-istatwa kienet fil-kantuniera tal-Knisja ta' San Frangisk fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta flok dik li hemm issa.

 

Haz-Zabbar

■  F'Haz-Zabbar insibu zewg nicec ta' San Frangisk ta' Assisi.  Wahda qieghda mal-hajt fit-Triq Marsaskala.

■ L-Istatwa l-ohra qieghda fil-kantuniera ta' Triq il-Kbira u Triq San Duminku. Din ta' l-ahhar tispikka fost ghadd ta' statwi ohra.  Il-hila ta' l-iskultur li hadem din l-istatwa  tidher l-ewwelnett fl-inklinazzjoni tar-ras tal-qaddis, fil-paneggi hfief u dojoq tat-tonka, l-espressjoni tal-qaddis u dettalji ohra li kollha flimkien jaghmluha statwa tassew artisika.  Hasra li ma tantx hija apprezzata.  Din l-istatwa hija xbieha ohra f'dan ir-rahal li ghandha l-indulgenza marbuta maghha moghtija mill-Arcisqof Pietru Pace fl-1895.

 

Iz-Zejtun

■  Fiz-Zejtun insibu  nicca wahda ddedikata lil San Frangisk ta' Assisi - dik li qieghda mal-hajt tad-dar numru 7 fit-Triq Emidju.

 


Nicec u Statwi ddedikati

lil Qaddisin Frangiskani


Sant'Antnin ta' Padova


Il-Belt Valletta

■  -Triq San Gwann ma' Triq Sant'Ursola.

Hal Qormi

■  - 264 Triq il-Kbira.

■  - 3 Triq il-Vitorja.

■  - Sqaq 5 Triq Santa Katerina.

■  - Triq Santa Katerina ma' Triq l-Isqof Scicluna.

■  - 94 Triq Pinto.

■  - 78 Triq Dun Marjanu.

■  - 5 Triq Stanislaw Gatt.

■  - 28 Trejqa San Gorg

■  - Triq Valletta.

■  - Il-Wied, in-naha ta' l-Ingieret.

Haz-Zebbug

■  - Fuq iz-zuntier tal-Knisja.

■  - 24 Triq De Rohan.

■  - 69 Triq De Rohan.

■  - Triq il-Buskett.

■  - Misrah il-Helsien ma' Triq il-Kbira.

Is-Siggiewi

■  -  4 Triq il-Qasira.

■  -  26 Triq il-Knisja il-Qadima.

Iz-Zejtun

■  -  190 Triq Sant'Anglu.

■  -  25 Triq San Piju V.

Il-Hamrun

■  -  Sqaq Sant'Antnin.

■  -  Triq il-Vitorja ma' Triq Santa Marija.

Il-Kalkara

■  -  Hdejn il-Kunvent tal-Kapuccini.

Wied il-Ghajn

■  -  12 Triq il-Gdida.

■  -  10 Triq il-Gdida.

Il-Mosta

■  -  40 Triq il-Kbira.

L-Imsida

■  - Triq Qrejten mat-Telgha ta' l-Isptar.

Tal-Pjetà

■  - Triq San Girgor ma' Triq Gwardamanga.

In-Naxxar

■  - 118 Triq Santa Lucija.

Ir-Rahal il-Gdid

■  - Triq Bormla ma' Sqaq Sant'Antnin.

Ir-Rabat

■  - Triq San Pawl.

■  - Triq Sant'Antnin ma' triq Santa Marija.

■  - Triq San Frangisk.

Tas-Sliema

■  - Triq San Gwann Battista.

■  - Triq Tonna ma' Triq Manwel Dimech.

■  - Triq San Alfons.


San Baskal Baylon


Iz-Zejtun

■  -  7 Triq l-Ispirtu s-Santu.


San Bonaventura


Ir-Rabat

■  - Triq Gorg Borg Olivier ma' Triq Nikol Saura.


San Fidiel ta' Sigmaringen


Il-Hamrun

■  -  Triq San Guzepp ma' Triq San Fidiel.


San Frangisk ta' Paola - Eremita *

* Nota dan jidher mal-lista tal-qaddisin Frangiskani minhabba dan il-qaddis minn Paola fil-Calabria ta' età ckejkna kien gà libes it-tonka ta' San Frangisk. Izda mhux wisq zmien wara hass li Alla kien qed isejjahlu biex ighix hajja aktar awstera u waqqaf l-Ordni tal-Minimi. 

Il-Belt Valletta

■  - Triq San Nikola ma' Triq San Pawl.

■  - Triq il-Lvant ma' Triq Santa Lucija.

Hal Balzan

■  - Triq il-Parrocca.

Hal Kirkop

■  - 35 Triq San Benedittu.


San Pietru t'Alcantera


Il-Belt Valletta

■  - Triq San Pawl ma' Triq San Gwann.


 <<|werrej|>>


Dwar aktar taghrif dwar in-Nicec u Statwi fit-Toroq ta’ Malta tista’ tara il-Ktieb ta' Tony Terribile, Nicec u Statwi fit-Toroq Maltin, Kullana Kultura, Vol 14. Pin Pubblikazzjoni Indipendenza, Malta 2000.

Ara wkoll ir-rivisti Dawl Frangisk, il-hargiet ta' Ottubru, Novembru u Dicembru 1999.

Valletta: 6.1.2004


 

Minn fost tant nicec

li ghadhom sa llum isebbhu

t-toroq  Maltin

ghazilna dawk li ghandhom rabta ma’ San Frangisk jew ma' xi qaddisin Frangiskani.