Devozzjoni Frangiskana - Nicec f'Ghawdex

 

 

<<|werrej|>>


Nicec ta’ San Frangisk

u Qaddisin Frangiskani f’Ghawdex


 

Fit-toroq tal-bliet u l-irhula tal-gzejjer taghna ghall-grazzja t’Alla ghadna nsibu ghadd ta’ nicec. Dawn in-nicec mifruxin ma’ kullumkien huma xhieda hajja tat-twemmin nisrani. Missierijietna qishom riedu jnaqqxu bid-deher il-fidi taghhom ma darhom ghalhekk bnew dawn in-nicec bi statwi ddedikat lil Vergni Marija, lill-patrun tar-rahal jew lil xi qaddis iehor.

 

Wara l-harsa li tajna lejn Nicec ta' San Frangisk fil-Gzira ta' Malta f’din il-kitba migbura mill-ktieb miktub minn kittieba diversi: “Nicec f’Ghawdex – storja, religjon, folklor”,  ser naghtu taghrif dwar in-nicec fl-irhula tal-Gzira ta’ Ghawdex. Minn fost tant nicec li ghadhom sa llum isebbhu l-gzira ta’ tlett gholjiet ghazilna dawk li ghandhom rabta ma’ San Frangisk jew xi qaddisin Frangiskani, fost dawn l-aktar maghruf bla dubbju huwa Sant’Antnin li ghandu ghadd ta’ nicic f’diversi irhula. Hawn taghrif wkoll dwar nicca ohra marbuta ma’ Duns Scotu, Beatu Frangiskan.  

 


Nicec iddedikati lil San Frangisk.


Fil-Belt tar-Rabat

Fil-kantuniera ta' Triq Putirjal u Triq ir-Repubblika, insibu statwa tal-gebel ta' San Frangisk ta' Assisi f'nicca li saret ghall-habta tas-­sena 1830. Din qieghda fuq il-hanut Grech's Central Store u ghadha f'kondizzjoni tajba.

 

 Statwa ohra ta' San Frangisk tinsab fi Triq Putirjal f'nicca tal-­muzajk fuq il-hajt warrani tal-gnien tas-Sorijiet Frangiskani. Fuq din in-nicca li ghandha madwar 115 sena u li l-kondizzjoni taghha hija tajba, hemm miktub: Pax et Bonum - Paci u Gid.

 

Fir-Rahal tax-Xaghra

  Fil-pjazza ta' Sant'Anton, numru 114, bi proprjetarji Gorg u Karmela Attard, inisibu nicca bi statwa ta' San Frangisk ta' Assisi. Hadd ma jaf id-data tat-tgeghid tagtlha. Insibu li sal-lum ghadu jithallas cens biex tinxteghel il-lampa. L-iskrizzjoni ta' tahtha tghid:

 

S.E. REV.MA MONSIGNOR G.M. CAMILLERI

CONCEDE L'INDULGENZA DI CINQUANTA GIORNI

A CHIUNQUE RECITASSE UN P. A. E GLORIA.

 

Fix-xahar ta' Jannar 1982, giet irrestawrata minn Mons. Mikielang Apap.

 

Fir-Rahal ta’ Sannat 

  In-nicca tinsab fil-faccata tad-dar nru. 25 fi Triq Seguna. Fiha nsibu statwa sabiha u mdaqqsa tal-gebel li turi lill-Qaddis Fqajjar ta' Assisi, San Frangisk. Fin-naha tax-xellug, hdejn il-figura ta' San Frangisk, jidhru c-cilizzju li permezz tieghu San Frangisk kien jaghmel penitenza, ras ta' skeletru bhala simbolu tal-mewt li l-Qaddis kien sikwit jirrifletti dwarha, u l-gebel jew blat bhala simbolu tal-postijiet imwarrba li fihom San Frangisk kien imur biex jimmedita.

 

L-isem ta' l-iskultur li ghamel din I-istatwa ma' huwiex maghruf: X'aktarx li kien hallasha certu Frangisk Grima li, meta zzewweg, kien akkwista din id-dar minghand Pacikk Galea (ta' l-ohxon). Frangisk Grima kien devot kbir ta' San Frangisk u kien ukoll Terzjarju Frangiskan mal-Kapuccini. Ghalhekk aktarx li kien huwa li bena din in-nicca fil-faccata tad-dar tieghu. Id-data mnaq­qxa fil-bazi ta' din l-istatwa ggib is-sena 1871: is-sena li fiha saret din l-istatwa. Minkejja li l-istatwa hija mikxufa ghaliex in-nicca hija miftuha, hija tinsab f'kondizzjoni tajba hafna.

 

Fir-Rahal ta’ Ghajnsielem

  Mad-dar numru 9 fi Triq Sant’Antnin, proprietà ta’ Wenzu Buttigieg, ‘tal-Bandu’, hemm statwa ta' san Frangisk ta’ Assisi mahduma minn G Agius.  Fil-5 ta’ Dicembru 1928, l’Isqof ta' Ghawdex, Mons Mikiel Gonzi, ta’ 50 gurnata indulgenza lil min ighid Missierna, Sliema u Glorja quddiem din ix-xbiha.

 


Nicec iddedikati lil Sant’Antnin


Fil-Belt tar-Rabat

  Fuq il-gallerija fil-faccata tad-dar Nru. 58, fi Triq Karità (tal-­mejjet Mons Tarcisju Gatt), hemm nicca f'kondizzjoni tajba, bil-­vara tal-gebel ta' Sant'Antnin bil-Bambin f'idu. Din in-nicca ma fiha l-ebda indulgenza. Kien jiehu hsiebha Gorg Tabone. Parigg din l-­istatwa huwa San Frangisk ta' Assisi, xoghol ukoll fil-gebel li jinsab f'bitha ta' wahda mic-celel tal-patrijiet Frangiskani Konventwali fil-kunvent ta' San Frangisk ir-Rabat, Ghawdex.

 

Fir-Rahal tan-Nadur 

  Wahda mill-isbah u l-akbar nicec li jinsabu fin-Nadur hi dik iddedikata lil Sant'Antnin ta' Padova, u tinsab f'Wied ir-Rihan. Din hija xoghol fil-gebla ghawdxija, u madwar in-nicca huwa kollu skolpit. Hija mibnija fuq hajt gholi sular u ma hemmx bini jmiss maghha. Din hija proprjeta ta' certu Anglu Portelli li jogghod f'numru 13, Wied ir-Rihan. Kemm din in-nicca kif ukoll dik ta' quddiemha, ta' San Blas, kienu saru fuq ix-xewqa ta' Dun Martin Camilleri li dak iz-zmien kien ghadu kanonku tal-­kolleggjata tan-Nadur.

 

Giet imbierka mill-Arcipriet tan-Nadur il­-Kan. Dun Gwann Camilleri. Taht din in-nicca hemm irhama kbira b'dawn il-kelmiet miktuba fuqha b'Malti Antik:

 

"MONSINJUR ISQOF TA' GHAWDEX,

FRA GWANNI MARIJA CAMILLERI

JAGHTI 50 GURNATA INDULGENZA

LIL DAWK KOLLHA LI JIRRECITAW

MISSIERNA, SLIEMA U GLORJA

QUDDIEM DIN L-ISTATWA TA' SANT'ANTNIN

KIF JIDHER MINN DIGRIET TA' L-ISTESS lSQOF

TAL-15 TA' OTTUBRU 1907"

 

Ghall-ewwel snin li saret, kull nhar il-festa tal-Qaddis, fin-nicca kienu jzejnuha bil-weraq tar-rand u tal-harrub.

 

Fir-Rahal tax-Xaghra           

  Nicca ta' Sant'Antnin qieghda mal-faccata tad-dar numru 45, Triq Jannar. Din saret mill-proprjetarju tad-dar, Wenzu Spiteri, bhala ringrazzjament lil Sant'Antnin wara fejqan minn marda. Wenzu nnifsu jirrakkonta: "Ghall-ahhar tas-sena 1961, kont qed insofri minn infjammaz­zjoni kbira tal-hanek. Dan kien kkagunat wara qlugh ta' darsa. L-­affarijiet ikkomplikaw ruhhom u t-tobba bdew jagtghu qalbhom mill-fejgan minhabba li kien qabadni wkoll tetnu qawwi. Bil-hegga u bit-tahbit ta' marti Rozarja, haduni l-isptar, Malta. It-tobba skantaw bl-istat hazin fi kont fih u ghamluli l-kura kollha possibbli. Meta kont l-isptar gie Patri fejni u gaghad jitkellem mieghi. Hareg mazz santi biex jagbhtini wahda. Wagghetlu Santa fuqu u gbartha. Kienet bix-xbiha ta' Sant'Antnin. Zammejtha u ghedt lill-patri li se nitlob lil dan il-Qaddis, li jien kont digà devot tieghu, ghall-fejgan. Weghedtu li jekk naqla' l-grazzja, naghmillu nicca bhala ringraz­zjament u biex inkompli nzid id-devozzjoni ta` haddiehor lejn dan il-Qaddis tal-Mirakli".

 

Il-fejqan tant mixtieq sehh u n-nicca ta' Sant'Antnin saret. Tahtha hemm din il-lapida.

 

L-ECC. TIEGHU MONS. GIUSEPPI PACE

ISQOF T'GHAWDEX

B'DIGRIET TAT-13 TA' APRIL 1962

JAGHTl 100 JUM INDULGENZA

LIL MiN IGHID BID-DEVOZZJONI

PATER, AVE, GLORIA QUDDIEM DIN IX-XBIEHA

TA' SANT'ANTNIN

 

L-istatwa giet restawrata fl-1981 mill-Kan. Mons. Mikielang Apap.

 

  Statwa ohra ta' Sant'Antnin ta' Padova tinsab mal-faccata tad­-dar numru 20, Triq il-Knisja. Wigi Bonello hallas l-ispejjez ghal din l-istatwa u qeghedha mal-faccata tad-dar tieghu fl-4 ta' Jannar, 1908. L-istatwa nhadmet mid-dilettant Frenc tal-Giega.

 

Wigi ghamel din l-istatwa bhala devozzjoni u kien jixghel in-nicca kuljum biz-zejt. Huwa kien ihallas l-ispejjei sabiex f'jum il-­festa tal-Qaddis issir priedka fuqu fil-knisja parrokkjali. Meta Wigi Bonello miet, id-dar wiritha Pawlu Bigeni li allura sar ukoll il­-propjetarju ta` l-istess nicca. Ftit wara, minbabba xoghol ta' bini, l-istatwa giet imnehhija min-nicca. Inbniet id-dar li hemm illum u giet maghmula nicca gdida ghal Sant'Antnin. Sa llum ghadha rnizmuma bl-akbar devozzjoni.

                                                '

In-nicca u l-istatwa jinsabu fi stat tajjeb. L-ahhar li giet mizbugha l-istatwa u n-nicca kien fl-1973 minn Mons. Mikielang Apap. In-nicca ghadha tinxteghel kuljum b'lampa elettrika u mzejna b'ward artificjali. Taht in-nicca hemm din l-iskrizzjoni fuq irhama:

 

MONS. FRA GIOV. M. CAMILLERI

ISQOF TA’ GHAWDEX

B’DIGRIET TA’ L-4 TA’ JANNAR 1908

JAGHTI 50 JUM INDULGENZA

LIL MIN IGHID

PATER, AVE U GLORJA

QUDDIEM DIN L-ISTATWA

TA’ SANT’ANTNIN TA’ PADOVA.

 

Fir-Rahal taz-Zebbug 

Fi Frar 1905, benefattur malti rregala lill-parrocca taiz-Zebbug statwa sabiha ta' Sant'Antnin u giet imbierka mill-Isqof G. M. Camilleri. L-istatwa tal-gebel li kien hemm qabel fil-knisja giet imnehhija. Lwigi Saliba, devot kbir ta' Sant'Antnin, talab lill-kappillan li jekk jaghtih l-istatwa il-qadima, hu jibnilha nicca. Il-­kappillan laqa' t-talba tieghu u tah l-istatwa. Billi Lwigi kien qieghed jibni, bnielha nicca u pogga fiha din l-istatwa. In-nicca ghadha hemm sa llum u tinsab fi Triq Cicri. Anton Mallia kien jiehu hsieb din in-nicca.  Taht din in-nicca hemm miktub hekk:

 

MIN IGHID PATER AVE U GLORIA

QUDDIEM DIN L-ISTATWA JIRBAH

50 JUM INDULGENZA

MOGHTIJA B'DIGRIET TAD-19 TA' FRAR 1905

MINN MONS. ISQOF FRA G. M. CAMILLERI.

 

Fir-Rahal ta’ Ghajnsielem 

Fil-pjazza tal-knisja l-gdida ta’ Ghajnsielem, mal-faccata tad-dar numri 20-23 tinsab statwa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova maghmula madwar is-sena 1903 minn skultur malti, kien hallas ghaliha Toni Galea, imlaqqam ‘tal-Buzaqq’.

 

  Fi Triq Borg Gharib hemm statwa ohra ta’ Sant’Antnin. Kien hadimha G. Agius fis-sena 1919

 

Fir-Rahal tal-Fontana 

Nicca ta' Sant'Antnin tinsab f'kantuniera tad-dar numru 27, Triq l-Isptar. Din l-istatwa kienet ta' Ganni Spiteri. Sant'Antnin hu mlibbes ta' patri Kapuccin, billi Ganni kien Terzjarju tal-Kapuccini. Illum in-nicca wagghet f'idejn Marija Spiteri, in-neputija ta' Ganni. 

 

Fir-Rahal ta’ Kercem

  L-unika nicca ta’ Sant’Antnin fir-Rahal taà Kercem, tinsab fil-faccata tad-dar numru 95 fi Triq San Girgor.

 


Nicca maghrufa "tal-Patri"


Fir-Rahal ta’ Kercem

Sa ftit taz-zmien ilu, bejn Triq Santa Lucija u Triq Qasam San Pawl kienet tezisti nicca msejha l-Madonna tal-patri.  Illum twaqqghet. Sewwa sew din kienet xbiha tal-Immakulata mnaqqxa fil-gebel u kienet tinsab fuq pedistall tal-gebel u maghluqa gewwa nicca. Kienet maghrufa fost il-poplu tar-rahal bhala l-Madonna tal-Patri ghax barra x-xbiha ta' l-Immakulata kienet turi wkoll ix-xbiha ta’ ­patri devot tal-Madonna Duns Scotus gharkubbtejh jitlob qud­diemha.

 

F'jum il-festa, din in-nicca kienet tigi mzejna b'bandieri u fjuri min-nies tal-vicin. Sa ftit snin ilu f'jum il-festa kienet issir ukoll huggiega kbira quddiem din in-nicca. Fix-xhur ta' Mejju u Ottubru, il-membri tal-Legjun ta' Marija gie li kienu jorganizzaw xi funzjoni u jghidu r-Ruzarju flimkien mal-pubbliku quddiem din ix­-xbiha tal-Madonna. Quddiem din ix-xbiha tal-Madonna kien hemm jixghel kuljum fanal bid-dawl elettriku.

 

Din ix-xbiha ta' l-Immakulata llum tpoggiet fil-faccata tad-dar li nbniet fejn qabel kienet in-nicca.

 

<<|werrej|>>


Dwar in-Nicec ta’ Ghawdex tista’ tara dawn il-Kitbiet:

Kittieba Diversi, Nicec f’Ghawdex, storja, religjon, folklor, Storja 13, Religjon u Hajja, Malta 1987.

Kittieba Diversi, In-Nicec, The Gozo primary Schools Magazine, n. 10 (1981), pp. 74-90.

BEZZINA Joe, Street Niches at Rabat, Gozo, Maltese Folklore, Review, vol. I (1962-1973), pp 117-125.


 

 

Minn fost tant nicec

li ghadhom sa llum isebbhu

l-gzira ta’ tlett gholjiet ghazilna dawk li ghandhom rabta ma’ San Frangisk jew ma' xi qaddisin Frangiskani, fost dawn

l-aktar maghruf

bla dubbju huwa Sant’Antnin