Devozzjoni Frangiskana - Statwi |
|
|
Knejjes iddedikati lil San Frangisk F'Malta u F'Ghawdex migbur minn Fr Thomas Calleja OFMConv. Knejjes dedikati lil San Frangisk f'Malta Birkirkara
Patrijiet Frangiskani Konventwali Triq l-Imsida, B'Kara BKR 04 Tel: 2144.1928, 2144,6465 Il-Patrijiet Frangiskani Konventwali fi zmien il-gwerra fl-1941, fethu kappella zghira f'villa fit-triq li tinzel ghall-Imsida biex jiehdu hsieb il-hafna rifugjati li kienu marru hemm. fl-1953 bdew jahsbu biex jibnu l-knisja taghhom u din giet dedikata lil San Frangisk ta' Assisi fl-14 ta' Ottubru 1963. Ghalkemm il-Knisja hija ddedikata lil Qaddis ta' Assisi il-festa esterna ssir dik f'gieh Sant'Antnin ta' Padova. Mal-knisja hemm il-kunvent tal-Patrijiet u il-Kullegg li jservi bhala seminarju ghall-istudenti u l-postulanti ta' Frangiskani Konventwali. Dan l-ahhar mal-knisja inbena wkoll ic-Centru ta' Animazzjoni u Kaomunikazzjoni (CAK) immexxi mill-istess patrijiet.
Hamrun - Villambrosa
Patrijiet Frangiskani Minuri Triq Villambrosa, Hamrun HMR 10 tel: 2123.4316, 2123.3669 Fl-1947 il-Patrijiet Minuri fethu kappella zghira f' Villambrosa l-Hamrun, izda malajr hassew il-htiega li jkollhom knisja akbar ha jaghmlu tajjeb ghall-htigijiet spiritwali tan-nies tal-qrib. Il-Knisja bdiet tinbena fl-1952 u giet konsagrata fl-25 ta' Mejju 1955. Fil-Knisja hemm miqjuma x-xbieha tal-Madonna tas-Sokkors perpetwu. Fuq il-Kampnar tal-Knisja hemm statwa tal-Fqajjar ta' Assisi xoghol ta' l-iskultur Marco Montebello. Qawra
Patrijiet Frangiskani Konventwali Triq it-Turisti Qawra SPB 06 tel: 2157.7088 L-Izvillup mghaggel fiz-Zona Bugibba-Qawra holoq il-htiega li jinbnew Knisja u kumpless pastorali biex jaqdi l-bzonnijiet spiritwali tal-Maltin li jghixu fl-inhawi jew jigu ghall-vaganzi fix-xhur tas-sajf, kif ukoll ghat-turisti. Il-Frangiskani Konventwali hadu l-inizjattiva u saffru din il-htiega fi struttura denja tal-kult fuq pjana tal-perit Richard England u f'sintonija ma' l-ambjent imfittex ghal xoghol, mistrieh u divertiment. l-ewwel gebla tal-Knisja f'gieh San Frangisk ta' Assisi tbierek nhar it-28 ta' Awwissu 1993. l-ewwel quddiesa giet iccelebrata fil5 ta' Lulju 1997 u fil-11 ta' Awwissu 1999 giet ikkonsagrata minn Mons Guzeppi Mercieca Arcisqof ta' Malta. Il-Kunvent tal-Patrijiet tlesta fl-1995 u issa qie jingieb fi tmiem ix-xoghol fuq ic-Centru Pastorali.
Rabat
Patrijiet Frangiskani Konventwali Triq San Frangisk ir-Rabat RBT 02 tel: 2145.4225 Il-Frangiksnai Konventwali gew Malta xi zmien qabel is-sena 1347 u kellhom l-ewwel kunvent u kinisja taghhom hdejn l-isptar San Frangisk ir-Rabat li biz-zmien beda jissejjah l-isptar ta' Santu Spirtu (Illum huwa is-sede ta' l-Arkivju Nazzjonali). Qrib is-sena 1640 il-kunvent rega' nbena mill-gdid ghax kien qdiem hafna u mbaghad il-knisja garbet hsarat kbar bit-terrimot tas-sena 1693. Il-Knisja nbiet mill-gdid fl-1701 minn Lorenzo Gafą. F'din il-Knisja li kienet iddedikata lil San Frangisk tal-Pjagi biex tfakkar il-Grajja meta il-Qaddis ircieva il-Pjagi mqaddsa tal-Passjoni ta' Gesł fil l-gholja La Verna. id-data tad-dedikazzjoni hija t-22 ta' Settembru 1908. F'din il-knisja beda jigi meqjum kwadru tal-Madonna tas-Sahha. Biz-zmien il-kwadru nbidel, izda id-decvozzjoni kibret, u hemm rabta kbira ma' l-isptarijiet ta' Santu Spirtu u ta' Sawra li jinsabu fil-qrib. Il-Kwadru tal-Madonna tas-sahha kien nkurunat fl-4 ta' April 1948. Il-Belt Valletta
Patrijiet Frangiskani Konventwali Triq ir-Repubblika il-Belt - Valletta VLT 04 tel: 2123.4019 Il-Patrijiet Frangiskani Konventwali fethu l-bibien tal-Knisja ddedikata li San Frangisk fl-1607, izda kellha tinbena mill-gdid fl-1681. Filbidu tas-seklu li ghadda sewwa sew fl-1920 il-knisja giet mkabbra. Barra il-Kunvent tal-Patrijiet Frangiskani mal-knisja hemm ukoll l-Arcikonfraternitą tal-Kuncizzjoni li twaqqfet fl-1638.
Knejjes dedikati lil San Frangisk f'Ghawdex Il-Belt Victoria ■ Knisja ta' San Frangisk Patrijiet Frangiskani Konventwali Pjazza San Frangisk Victoria - VCT 103 tel: 2155.6089 L-ewwel Frangiskani li dahlu Ghawdex kienu dawk Konventwali fl-1492 u nghataw il-kura tal-Kappella l-antika ta' San Mark l-Evangelista fir-Rabat fejn ukoll bnew il-kunvent taghhom. Fl-1535 it-titular tal-knisja gie mibdul ghal dak ta' San Frangisk ta' Assisi.
Din l-informazzjoni migbura mid-Direttorju Ekklezjastiku, Malta u Ghawdex - 2003 u minn ghejjun ohrajn. Valletta: 22.2.2004
|
F'din il-pagna ser naghtu harsa lejn il-Knejjes iddedikati lil San Frangisk f'Malta u Ghawdex. |