Devozzjoni Frangiskana - Statwi

 

 

<<|werrej|>>


Knejjes immexxija mill-Frangiskani

F'Malta u F'Ghawdex - 1


 migbur minn Fr Thomas Calleja OFMConv.


Knejjes immexxija mill-Frangiskani f'Malta


Burmarrad


Knisja Parrokkjali

   tal-Qalb bla Tebgha ta' Marija

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Konventwali

Il-Knisja ta' Burmarrad inbiet mill-Patrijiet Frangiskani Konventwali ghall-gid tan-nies tal-post li joqoghdu 'l boghod hafna mill-parrocca ta' San Pawl il-Bahar.  Il-bini tal-knisja ddedikata lill-Qalb bla Tebgha ta' Marija tlestiet fl-1964 u giet konsagrata fit-30 ta' Mejju ta' l-istess sena u saret parrocca fl-1971.  Il-festa tigi ccelebrata fid-29 ta' Gunju,

 


Hamrun - Villambrosa

Knisja ta' San Frangisk

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Minuri

Fl-1947 il-Patrijiet Minuri fethu kappella zghira f' Villambrosa l-Hamrun, izda malajr hassew il-htiega li jkollhom knisja akbar ha jaghmlu tajjeb ghall-htigijiet spiritwali tan-nies tal-qrib.  Il-Knisja bdiet tinbena fl-1952 u giet konsagrata fl-25 ta' Mejju 1955. Fil-Knisja hemm miqjuma x-xbieha tal-Madonna tas-Sokkors perpetwu.

 


Il-Furjana


Knisja ta' Salib Imqaddes

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Kapuccini

Il-kunvent u l-Knisja tal-Kapuccini riedhom il-Granmastru Verdala fis-sena 1588-89.  Il-Knisja damet timbena ghal hafna  zmien u tlestiet fl-1773 meta giet ikkonsagrata.  Iggarfet ghal kollox fl-ahhar gwerra u reghet inbniet bejn l-1953 u l-1955.  Matul il-Gimgha fid-din il-knisja jsiru isiru tlett quddisiet kuljum, fis-5.45, 6.45 u 7.30am u fil-Hdud u l-festi  jkun hemm fis-5.45, 6.45, 7.45 u 10.00am.

 

Kappella tal-Madonna ta' Lourdes

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Kapuccini

Fl-1706 il-Kavallier Gotenberg bena kappella dedikata lil Santa Marija Maddalena biex isservi ta' kenn ghan-nies li kienu jmorru jqerru ghand il-Kapuccini.  Flok din il-kappella fl-1918 inbiet il-kappella li kemm illum, dedikata lill-Madonna ta' Lourdes. F'din il-kappella  issir quddiesa kuljum fit-8.30am u fil-granet tad-dehriet u f'Mejju u f'Ottubru isir ohra fis-6.30pm.

 


Hal-Gharghur - Bahar ic-Caghaq


Knisja ta' Santa Marija ta' l-Angli

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Minuri

Il-Patrijiet Minuri li kienu jiehdu hsieb in-nies ta' Bahar ic-Caghaq mill-Knisja ta' San Gwann Evangelista fethu kappella zghira aktar qrib id-djar tan-nies fis-16 ta' Lulju 1973.  L-ewwel gebla tal-knisja gdida u ikbar tqeghdet fit-2 ta' Awwissu 1992.  It-tberik tal-knisja u tac-Centru Pastorali u l-kunvent li hemm maghha tbierku fit-2 ta' Awwissu 1995.  Il-Knisja imbaghad kienet ikkonsagrata fit-2 ta' Awwissu 2000-  Il-festa tigi ccelebrata fit-2 ta' Awwissu.  Din il-Knisja hija filjata mall-Parrocca ta' l-Appostlu San Partilmew , Hal-Gharghur

 


Il-Kalkara


Knisja ta' Santa Barbara

Maghrufa bhala Santa Liberata

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Kapuccini

Il-Kapuccini fl-1736 bdew jibnu kunvent u knisja fit-triq bejn Haz-Zabbar u l-Kalkara.  Ix-xoghol tlesta fl-1743 u fit-2 ta' Awwissu ta' l-istess sena l-knisja giet imbierka u miftuha ghan-nies.  Il-Knisja giet dedidikata fit-18 ta' Gunju 1747. Fl-1750 il-fdal tal-martri Santa Liberata gie moghti lill-patrijiet mill-Papa Benedittu XIV.  Din il-Knisja taghmel parti mill-Parrocca ta' San Guzepp tal-Kalkara.

 


Il-Marsa


Knisja Parrokkjali Tat-Trintą Qaddisa

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Kapuccini

l-knisja tat-Trinitą Qaddisa flimkien mal-kunvent tal-Kapuccini fil-Marsa inbnew mis-Sur Lorenzo Balbi u martu. Il-Marsa saret parrocca fid-19 ta' April 1913.  Data tad-Dedikazzjoni - Dedication date: 17 ta' April 1963

 

Kappella tal-Qalb ta' Gesł

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Kapuccini

Fl-1875 kien hemm il-hsieb li timbena belt u tissejjah Albert Town f'gieh il-princep Albert, ir-ragel tar-Regina Vittorja : il-hsieb ma rnexxiex ghal kollox, ghalkemm numru ta' familji marru joqoghdu hdejn il-knisja tal-Qalb ta' Gesł li nbniet ghal dik il-belt gdida. Fl-1951, il-knisja giet fdata lill-patrijiet Kapuccini tal-Marsa. Din il-Kappella taghmel parti mill-Parrocca tat- Trinitą Qaddis tal-Marsa.

 

Knisja tal-Madonna "tac-Ceppuna"

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Kapuccini

Din hija knisja antika li ghamlet zmien mitluqa; illum qed jiehdu hsiebha l-patrijiet Kapuccini. Din il-Knisja taghmel parti wkoll mill-Parrocca tat- Trinitą Qaddis tal-Marsa.

 

Knisja tal-Madonna tal-Grazzja

immexxija mill-Patrijiet Minuri

Il-knisja, maghrufa bhala l-knisja ta' Cejlu, inbniet fl-1870 biex taqdi l-htigijiet spiritwali tal-haddiema tal-port u tal-ftit nies li kienu jghixu fil-Marsa dak iz-zmien.  Din il-Knisja taghmel parti wkoll mill-Parrocca tat- Trinitą Qaddis tal-Marsa.

 

Knisja Parrokkjali ta' Marija Regijna

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Kapuccini

Wara l-ahhar gwerra l-patrijiet Kapuccini tal-Marsa hadu hsieb jibnu knisja gdida ghan-nies li kienu joqoghdu fit-tarf tal-parrocca 'l boghod mill-knisja. Il-knisja giet dedikata lill-Madonna tad-Dmugh, izda mbaghad, b'xewqa tan-nies stess, qabel giet dedikata, it-titular inbidel f'dak ta' Marija Regina. Il-knisja saret parrocca 1966.  Data tad-Dedikazzjoni hija dik tat-22 ta' Awissu w it-tifkira ssir fit-30 ta' Ottubru.  Il-Festa tigi ccelebrata fl-ahhar Hadd ta' Awwissu.

 

Kappella ta' Marija Addolorata

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Kapuccini

Din il-kappella qeghda f'Racecourse Street, il-Marsa. Fil-Hdud u Festi isiru zewg quddisiet  8.00, 10.00 a.m. u ssir ohra nhar ta' Erbgha fis-6.00 p.m. Din il-Kappella taghmel parti mill-Parrocca ta' Marija Regina fil-Marsa.

 


Ghajn Dwieli - Paola


Knisja ta' San Antnin f'Ghajn Dwieli

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Kapuccini

Fl-1953 il-Kapuccini fethu kappella zghira f'Ghajn Dwieli, izda ma damux jahsbuha biex jibnu knisja kbira li tlestiet fl-1965. Hi dedikata lil San Antnin ta' Padova.  Din il-Knisja hija filjali mall-parrocca ta' Kristu Re tar-Rahal il-Gdid.

 


Ir-Rabat


Knisja ta' San Frangisk tal-Pjagi

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Konventwali

Il-Frangiksnai Konventwali gew Malta xi zmien qabel is-sena 1347 u kellhom l-ewwel kunvent u kinisja taghhom hdejn l-isptar San Frangisk ir-Rabat li biz-zmien  beda jissejjah l-isptar ta' Santu Spirtu (Illum huwa is-sede ta' l-Arkivju Nazzjonali).  Qrib is-sena 1640 il-kunvent rega' nbena mill-gdid ghax kien qdiem hafna u mbaghad il-knisja garbet hsarat kbar bit-terrimot tas-sena 1693.  Il-Knisja nbiet mill-gdid fl-1701 minn Lorenzo Gafą. F'din il-Knisja li kienet iddedikata lil San Frangisk tal-Pjagi biex tfakkar il-Grajja meta il-Qaddis ircieva il-Pjagi mqaddsa tal-Passjoni ta' Gesł fil l-gholja La Verna. id-data tad-dedikazzjoni hija t-22 ta' Settembru 1908. F'din il-knisja beda jigi meqjum kwadru tal-Madonna tas-Sahha. Biz-zmien il-kwadru nbidel, izda id-decvozzjoni kibret, u hemm rabta kbira ma' l-isptarijiet ta' Santu Spirtu u ta' Sawra li jinsabu fil-qrib.  Il-Kwadru tal-Madonna tas-sahha kien nkurunat fl-4 ta' April 1948.

 

Knisja ta' Santa Marija ta' Gesł 

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Minuri

Il-Frangiskani Minuri gew Malta fl-1492 u l-ewwel kunvent taghhom kien fir-Rabat: f'dan il-kunvent il-Granmastru L'Isle Adam kellu cella ghalih. Fl-1757 il-knisja giet imkabbra b'kontribuzzjonijiet mill-Italja, minn Spanja u mill-Portugall u giet konsagrata mill-Isqof Labini fl-1790. Fil-knisja hemm l-oratorju ta' l Arcikonfraternitą ta' San Guzepp. Il-Knisja giet ddedikata fil-31 ta' Ottubru 1790


 <<|werrej|>>


Din l-informazzjoni migbura mid-Direttorju Ekklezjastiku, Malta u Ghawdex - 2003 u minn imkejjen ohrajn.

Valletta: 22.2.2004


 

F'din

il-pagna

ser naghtu harsa lejn

il-Knejjes  f'Malta

u Ghawdex

li huma mmexxija mill-Frangiskani.