Devozzjoni Frangiskana - Statwi

 

 

<<|werrej|>>


Knejjes immexxija mill-Frangiskani

F'Malta u F'Ghawdex - 2


 taghrif migbur minn Fr Thomas Calleja OFMConv.


Knejjes immexxija mill-Frangiskani f'Malta

- ikompli


San Giljan


Knisja ta' Santa Klara ta' Assisi

immexxija mis-Sorijiet Klarissi

Fl-1920 is-sorijiet Klarissi minn Haz-Zabbar marru f'San Giljan f'dar fi Triq il-Karmnu; izda billi din id-dar kienet zghira wisq ghalihom bnew monasteru gdid fi Triq Regjonali: l-ewwel gebla tqieghdet fl-1933 u s-sorijiet dahlu fid-dar il-gdida fl-1935. F'din il-knisja fil-Hdud u Festi isir quddies fis-6.30, 11.00 a.m. u fil-granat ferjali fis-6.30 a.m.

 


San Gwann


Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta' Lourdes

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Kapuccini

Meta l-inhawi bejn Birkirkara u tas-Sliema, wara l-gwerra, bdew jisviluppaw, Mons. Gonzi talab lill-patrijiet Kapuccini biex jiehdu hsieb il-hajja spiritwali tan-nies. Il-Kapuccini bdew il-hidma taghhom fis-sena 1956 hasbu ghall-bini ta' knisja dedikata lill-Madonna ta' Lourdes u tlestiet fl-1959; fl-1965 saret knisja parrokkjali tal-post.  Data tad-dedikazzjoni tal-knisja hija t-12 ta' Mejju 1962.

 

Santwarju tal-Madonna tal-Mensija

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Kapuccini

Il-knisja hi mibnija fuq ghar li skond it-tradizzjoni, meta stab, kien hemm xbieha tal-Madonna bil-musbieh jixghel quddiemha. Il-knisja sa qabel il-gwerra kienet tinsab f'nofs il-kampanja, u kienet inghalqet mill-isqof fl-1659 izda regghet infethet meta giet restawrata. Illum fiha jistghu jsiru z-zwigijiet.

 

Il-Knisja u c-Centru Pastorali ta' Nazaret ta' Zwejt

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Kapuccini

 


San Pawl il-Bahar


Knisja Parrokkjali ta' Marija Addolorata

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Konventwali

San Pawl il-Bahar minn dejjem kien post ta' villeggatura, izda sal-bidu tas-seklu l-iehor tant kiber li s-Santwarju ta' San Pawl ma' setax ilahhaq iktar mal-htigijiet tan-nies tal-post Ghalhekk il-Markiza Anna Bugeja b'tifkira tas-Sena Mqaddsa tal-1900 bniet Knisja ddedikata lil Marija Addolorata u tatha lil Patrijiet Frangiskani Konventwali. Il-Knisja saret Parrocca fl-1905, u giet imkabbra kif inhi llum bejn l-1968-1979.  Il-Knisja giet dedeikata nhar it-8 ta' April 1979.

 

Knisja ta' San Guzepp Haddiem - Ix-Xemxija

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Kapuccini

Il-Kapuccini fethu knisja fuq l-gholja tax-Xemxija fl-1959; twaqqghet fl-1988 biex timbena mill-gdid.

 

Knisja Sant'Anna, Pwales

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Konventwali

Il-knisja hi antika u kienet inghalqet, izda regghet infethet fl-1672; saritilha hsara mill-francizi meta nizlu Malta fl-1798. Illum qed jiehdu hsiebha il-patrijiet Frangiskani Konventwali.

 

Il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Konventwali

 

L-Ghar ta' San Martin

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Konventwali

Fl-1931 tqieghdet statwa tal-Madonna fl-ghar u, aktar tard, tqeghdet ukoll statwa ta' Santa Bernardetta; fl-1939 fl-ghar beda jsir il-Quddies fil-festi tal-Madonna, izda llum dan ma ghadux isir. 

 


Qawra - Bugibba


Knisja ta' San Frangisk t'Assisi

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Konventwali

L-Izvillup mghaggel fiz-Zona Bugibba-Qawra holoq il-htiega li jinbnew Knisja u kumpless pastorali biex jaqdi l-bzonnijiet spiritwali tal-Maltin li jghixu fl-inhawi jew jigu ghall-vaganzi fix-xhur tas-sajf, kif ukoll ghat-turisti.  Il-Frangiskani Konventwali hadu l-inizjattiva u saffru din il-htiega fi struttura denja tal-kult fuq pjana tal-perit Richard England u f'sintonija ma' l-ambjent imfittex ghal xoghol, mistrieh u divertiment.  l-ewwel gebla tal-Knisja f'gieh San Frangisk ta' Assisi tbierek nhar it-28 ta' Awwissu 1993. l-ewwel quddiesa giet iccelebrata fil5 ta' Lulju 1997 u  fil-11 ta' Awwissu 1999 giet ikkonsagrata minn Mons Guzeppi Mercieca Arcisqof ta' Malta.  Il-Kunvent tal-Patrijiet tlesta fl-1995 u issa qie jingieb fi tmiem ix-xoghol fuq ic-Centru Pastorali.

 

Knisja ta' San Massimiljanu Marija Kolbe

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Konventwali

Il-knisja nfethet fl-1967 mill-Frangiskani Konventwali biex jiehdu hsieb il-hajja spiritwali tan-nies li jmorru ghall-villeggjatura f'Bugibba. Il-knisja llum ckienet u l-patrijiet hadu hsieb jibnu knisja ohra fil-Qawra.

 


Tas-Sliema


Knisja Parrokkjali tal-Madonna tas-Sacro Cuor

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Minuri

Fl-1872 qassis mill-Belt, Dun Pawl Vella, beda jhabrek ghall-bini ta' knisja f'dik in-naha ta' tas-Sliema li kienet ftit boghod mill-knisja ts' Stella Maris, bil-hsieb li jiddedikaha lis-sinjura tal-qalb Ta' Gesù. Il-bini tal-knisja tlesta fl-1991 u Dun Pawl ta l-knisja lill-patrijiet minuri. Saret parrocca Fl-1918.

 

Kappella ta' Gesù Habib

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Minuri

Ftit inqas minn hamsin sena ilu il-patrijiet tas-Sacro Cuor ta' tas-Sliema fethu dar tad-duttrina Fi Strada Rosa. Ghal wiehed u ghoxrin sena P. Marjanu Vella O.F.M. ghallem u qaddes f'din Id-dar. Bejn 1993 u 1994, P. Bernard Bartolo O.F.M. waqqa d-dar il-qadima u flokha telghet Kappella gdida b'centru pastorali dedikati lil Gesù Habib. Illum din il-parti ta' tas-Sliema saret parti mill-parrocca tal-Balluta, imma il-kappella u c-centru pastorali baqghu jiehdu hsiebhom Il-patrijiet Minuri. Illum Strada Rosa saret Triq Patri Marjanu Vella.

 


Il-Belt Valletta


Knisja ta' San Frangisk

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Konventwali

Il-Patrijiet Frangiskani Konventwali fethu l-bibien tal-Knisja ddedikata li San Frangisk fl-1607, izda kellha tinbena mill-gdid fl-1681.  Filbidu tas-seklu li ghadda sewwa sew fl-1920 il-knisja giet mkabbra.  Barra il-Kunvent tal-Patrijiet Frangiskani mal-knisja hemm ukoll l-Arcikonfraternità tal-Kuncizzjoni li twaqqfet fl-1638.

 

Knisja ta' Santa Marija ta' Gesù

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Minuri

Il-knisja bdiet tintuza fl-1584 u tul iz-zminijiet saru hafna tibdiliet fiha u giet imzejna b'hafna opri sbieh u ta' pregju. Fil-knisja hu miqjum il-kurcifiss mirakuluz li nhadem ghall-knisja fl-1630 mill-beatu Umile Pintorno. Fl-1646 twaqqfet il-fratellanza tal-kurcifiss.

 

Knisja tal-Monasteru ta' Sant'Ursla

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Minuri

Il-monasteru twaqqaf mill-kavallieri fil-birgu izda mbaghad meta nbena l-belt il-monasteru gie trasferit fejn hu llum: imbena fl-1595 u tkabbar fl-1759. Meta telqu l-kavallieri il-monasteru waqa' f'idejn l-isqof.

 

Knisja tal-Madonna ta' Liesse

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Minuri

Inbniet l-ewwel darba fl-1620 u giet mibnija mill-gdid mill-kavallieri francizi fl-1740; fl-ahhar gwerra giet milquta mill-bombi u nfethet mill-gdid fl-1952; illum hi centru nazzjonali tal-apostolat tal-bahar.

 

Knisja tas-Sagramentini

immexxija mis-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesù

Kienet il-knisja tas-sorijiet adoratrici, imma meta dawn telqu minn Malta hadu hsieb il-knisja is-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesù li komplew l-esposizzjoni Ewkaristika kuljum mis-7.00a.m. sa nofsinhar u mis-2.00 sal-4.00pm. Fil-kunvent ghandhom is-sede taghhom l-Opera dei Tabernacoli u d-Dame di San Vincenzo.

 


iz-Zurrieq


Knisja tal-Laboratorju tal-Paci f’Hal Far

immexxija mill-Patrijiet Minuri
P. Djonisju Mintoff fl-1971 ha wiehed mill-hangars ta’ l-Air Force inglizi.a biex jaghmlu centru ta’ hidma pastorali favur il-paci u semmieh ghall-Papa Gwanni XXIII. Aktar tard fil-post imbena kumpless gdid li beda jissejjah Laboratorju tal-Paci. F'din il-knisja issir quddiesa kuljum fis-6.00 p.m u fil-Hdud u Festi ssir quddiesa fl-4.00 p.m.  fix-xitwa u fis-7.00 a.m. fis-sajf.

 


Knejjes immexxija mill-Frangiskani f'Ghawdex


Ghajnsielem


Knisja ta' Sant-Antnin ta' Padova

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Minuri


Nadur


Kappella tal-Madonna tal-Karmnu

immexxija mis-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesù


Il-Belt Victoria


Knisja ta' San Frangisk

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Konventwali

L-ewwel Frangiskani li dahlu Ghawdex kienu  dawk Konventwali fl-1492 u nghataw il-kura tal-Kappella l-antika ta' San Mark l-Evangelista fir-Rabat fejn ukoll bnew il-kunvent taghhom. Fl-1535 it-titular tal-knisja gie mibdul ghal dak ta' San Frangisk ta' Assisi.

 

Knisja tal-Madonna tal-Grazzja

immexxija mill-Patrijiet Frangiskani Kapuccini

Gewwa Fomm il-Gir kien hemm kappella antika hafna u wara t-terrimot kbir tas-sena 1683 id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Grazzja kibret sewwa.  Il-Kappella jiehdu hsiebha l-kapuccini u ghandhom il-kunvent taghhom mal-kappella.  Ix-xbieha tal-Madonna giet inkurunata fis-27 ta' Jannar 1952.


<<|werrej|>>


Din l-informazzjoni migbura mid-Direttorju Ekklezjastiku, Malta u Ghawdex - 2003 u minn imkejjen ohrajn.

Valletta: 22.2.2004


 

F'din

il-pagna

ser naghtu harsa lejn

il-Knejjes  f'Malta

u Ghawdex

li huma mmexxija mill-Frangiskani.