<<|werrej|>>
Statwi u Monumenti ta’ San Frangisk
barra minn Malta
- 1 parti
migbura minn Patri Martin Micallef OFMCap.
Statwi San Frangisk
f'kuntatt ma'
l-annimali
Assisi - Santa Marija ta' l-Angli
■
L-ewwel monument li qed
nipprezentaw huwa dak li nsibu fil-kunvent
tal-Bazilka ta' Santa Maria
degli Angeli, li jinsab barra l-hitan
tal-belt ta' Assisi. Il-monument
tal-bronz maghruf bhala San Francesco e la pecorella. Dan
huwa xoghol ta' Vincenzo Rosignoli
li sar fl-1916. L-istatwa jinsab elevat
mill-art fuq pedestal tal-gebel li fih hemm erba' basso rifievi li juru
episodji differenti mill-hajja tal-Qaddis ta'
Assisi. L-istatwa turi lil San Frangisk ma'
naghga biex jitfakkar l-episodju
mill-hajja tieghu meta: "Darba, qrib
Santa Marija tal-Porzjunkola, lill-qaddis
offrewlu naghga, u hu laqaghha
bil-ferh minhabba s-semplicità
u l-innocenza taghha. Huwa wissa lin-naghga
li kellha tfahhar 'l Alla u
biex ma tfixkilx lill-patrijiet waqt
it-talb. In-naghga kienet thares dejjem dak li
ordnalha l-bniedem ta` Alla, donnha kienet taf it-tjubija
tieghu. U meta kienet tisma'
lill-patrijiet ikantaw fil-kor, kienet tigri hi wkoll
fil-knisja u, minghajr hadd ma ghallimna, kienet tinzel gharkubbtejha
quddiem l-artal tal-Vergni, bhal qisha
biex isellmilha." (San Bonaventura, Hajja
ta' San Frangisk, kap 8)
Brescia
- Cenacolo Francescano
■
It-tieni statwa bhal dik ta' qabilha turi mill-gdid
lill-fqajjar
ta' Assisi f'gest ta' hbiberija u tenerezza man-naghga. L-istatwa li
tfakkar l-episodju li ghadna
kemm tkellimna dwaru, tinsab fic-Cenacolo Francescano
"Maria Assunta" fi Brescia,
n-naha ta' fuq ta' l-Italja.
Assisi
- Eremo delle Carceri
■
It-tielet
statwa li qed nipprezentaw tinsab fl-Eremo
delle Carceri gewwa Assisi. L-istatwa hija
skultura ta' Vincenzo Rosignoli u turi
l-episodju
tat-tfajjel mill-belt ta' Siena
li waqt li kien qed jiehu xi
hamiem go nassa lejn is-suq, jiltaqa' ma' San
Frangisk, u dan talab lit-tfajjel biex jaghtihomlu
halli ma jaqghux f'idejn
nies kattivi li mbaghad joqtluhom.
It-tfajjel hekk ghamel u San Frangisk hadhom u
ghamlilhom post ta' kenn fejn baqghu
jitkattru fin-numru. Il-qaddis
qal lit-tfajjel li xi darba hu ghd
isir Patri fl-Ordni tieghu. U hekk gara tassew! (Fjuretti
22)
<<|werrej|>>
Din l-informazzjoni
migbura minn Patri Martin Micallef OFMCap u dehret fir-rivista
Dawl Frangiskan, Lehen il-Kapuccini Maltin, 20
sena, ghadd 206, Jannar 2001, 14.15.
Valletta: 12.2.2004
|