Devozzjoni Frangiskana - Statwi

 

 

<<|werrej|>>


Statwi u Monumenti ta’ San Frangisk

barra minn Malta - 2 parti


migbura minn Patri Martin Micallef OFMCap. 


Statwi San Frangisk f'kuntatt ma' l-annimali

ikompli minn ta' qabel


La Verna

Ir-raba' statwa bhal dik ta' qabilha, hija xoghol ta' l-istess skultur Vincenzo Rosignoli u tirrapprezenta l-istess episodju mill-hajja ta' San Frangisk. Din l-istatwa tinsab fis-santwarju Frangiskan ta' La Verna, il-post fejn San Frangisk ircieva l-pjagi.

 

 

 

 


 

Assisi - Sacro Convento

Statwa tal-qebel li nsibu fil-kjostru tas-Sacro Convento fejn hemm il-Bazilika ta' San Frangisk gewwa Assisi hija dik ta' Luigi Sapia, xoghol fil-gebel li sar fl-1925. L-istatwa, li turi lil San Frangisk, bil-pjagi f'idejh, f'riglejh u fil-kustat, huwa post ta' kenn ghal bosta hamiem li jittajjar f'dan il-post.

 

 

 

 


 

Treviso

Monument modern fil-bronz huwa dak li nsibu mal-knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fi Treviso, in-naha ta' fuq ta' l-Italja  L-iskultura hija xoghol ta' R. Cremesini u saret fl-1984. II-monument juri lil San Frangisk b'espressjoni ta' ferh fuq wiccu li qed itajjar hamiema minn fuq idejh ix-xellugija.

 


Salerno

Statwa sabiha li nsibu fil-kjostru tal-kunvent tal-Kapuccini ta' Salerno fl-Italja, tirraprezenta wiehed mill-episodji l-aktar populari mill-hajja tal-Qaddis ta' Assisi. L-episodju jirrakonta l-istorja ta' meta San Frangisk irnexxielu jikkalma l-lupu li skond l-istorja kien qed jhedded il-paci tal-belt ckejkna ta' Gubbio, fl-Itaja. L-istorja tghidilna kif kulhadd kien imwerwer minn dan l-annimal feroci sakemm wasal f'din il-belt San Frangisk u kellem lil dan il-lupu u wieghdu li n-nies ta' Gubbio kienu ser jipprovdulu ikel x'jiekol kuljum. Min-naha tieghu, il-lupu kellu jwieghed lil San Frangisk li ma kienx ser jaghmel aktar hsara lil hadd. (Fjuretti 21)

 


 

Alessandria

Monument modern iehor li twaqqaf fl-okkazjoni tat-VIII Centinarju mit-twelid ta' San Frangisk, jigifieri, fl-1982, huwa dak li nsibu f'Alessandria, fl-Italja. Dan hu skultura tal-bronz mahdum minn S. Manfrini. Bhal dak ta' qabel, jirraprezenta lill-fqajjar ta' Assisi jaghmel hbieb mal-lupu ta' Gubbio

 

 

<<|werrej|>>


Din l-informazzjoni migbura minn Patri Martin Micallef OFMCap u dehret fir-rivista Dawl Frangiskan, Lehen il-Kapuccini Maltin, 20 sena, ghadd 206, Jannar 2001, 14.15.

Valletta: 12.2.2004


 

F'din

il-pagna ser naghtu harsa lejn

l-istatwi ta' San Frangisk f'kuntatt ma'

l-annimali