Devozzjoni Frangiskana

 

 

<<|werrej|>>


L-Angelus


 taghrif migbur minn Fr Geoffrey Attard


It-talba ta' l-Angelus, flimkien ma' dik tar-ruzarju, hija t-talba tradizzjonali l-aktar popolari fost l-insara. B'din it-talba, il-fidili, ghal tliet darbiet kuljum - fl-ghodwa, f'nofs in-nhar u fil-ghabex - ifakkru t-thabbira ta' l-Anglu lil Marija u l-Inkarnazzjoni ta' l-Iben ta' Alla.

 

Harsa Storika

L-istorja ta' l-Angelus Domini hija tassew twila: riedu jghaddu bosta sekli biex illum ghandna f'idejna l-istruttura shiha ta' din it-talba Marjana. Il-ghan principali ta' din it-talba huwa li, permezz taghha, l-Insara jkunu jistghu jiccelebraw l-istess Misteru ta' l-Inkarnazzjoni. Fis-seklu V, is-sollennità tal-Milied fil-25 ta' Dicembru kienet celebrazzjoni mhux hiss tat-twelid ta' Gesù imma wkoll ta' l-Inkarnazzjoni tieghu. Fil-fatt il-Papa San Iljun il-Kbir, f'omelija tal-Milied, kiteb lill-insara ta' Ruma: "Kuljum u f'kull mument, gheziez, f'mohh dawk li jimmeditaw il-misteri divini, jitfacca t-twelid ta' Kristu Mulej mill-Vergni Marija, li jwassalna biex infahhru lill-Awtur ta' dan kollu, mhux biss fil-kliem ta' tifhir imma wkoll fl-offerta tas-sagrificcju, bil-harsa nterjuri taghna lejn dan l-Iben ta' Alla, imwieled mill-Missier u haga wahda mieghu, u fl-istess waqt imwieled minn mara. . . Mhux biss fil-mohh, imma anke b'certu mod ghall-vizta wkoll, jirritorna d-djalogu ta' l-anglu Gabrijel ma' Marija mistaghgba, u l-koncepiment bil-hidma ta' l-Ispirtu s-Santu, imwieghed b'mod ta' l-ghageb u milqugh fil-fidi."

 

L-Angelus ta' fil-ghaxija

L-uzu li tkun ripetuta din it-tislima ta' l-Anglu lil Marija, kien digà jezisti fl-Orjent sa mis-seklu IV. Ix-xhieda l-aktar venerabbli, teologika u poetika ta' din ic-celebrazzjoni tat-tislima tal-Vergni Mbierka nghatat mill-innu Akathistos, li fih l-Ave ta' Gabrijeli tikkostitwixxi l-mument ta' tifhir ta' dan l-innu.

 

L-ewwel hjiel ta' l-Angelus imur lura ghall-Medju Evu; fil-kunventi frangiskani kienu jsellmu lil Marija bl-Angelus hekk kif jispiccaw it-talb ta' gheluq il-jum, malli jinstemghu l-ewwel tokki tal-qampiena fil-ghaxija. Kien Fra Benedittu Sinigardi (+1284), sieheb San Frangisk, li beda din l-uzanza fil-kunvent ta' Arezzo fl-1259.

 

Aktar tard fil-kapitlu generali tal-Partijiet Frangiskani li kien sar f'Pisa fl-1263 u li kien immexxi minn San Bonaventura (+1274) gie deciz li l-patrijiet ghandhom jghallmu lin-nies jghidu din it-talba huma wkoll mad-daqq tal-qampiena tal-Kompieta (talba ta' gheluq il-Jum), meta n-nies kienu jieqfu minn xogholhom. Hafna kienu jzommu li t-tislima ta' l-anglu Gabrijel lill-Vergni Marija sehhet ma' nzul ix-xemx.

 

L-Angelus ta' fil-ghodu

Bejn is-snin 1285-88 fil-knejjes li kienu marbuta ma' Montecassino kienet dahlet id-drawwa li kull filghodu ghad-daqq tat-tokki tal-qampiena jigu recitati tliet Ave Marijiet. F'diversi postijiet, id-daqq tradizzjonali tal-qampiena fil-ghodwa kien sinjal li beda jum gdid, sinjal li jfakkar il-Qawmien mill-mewt tal-Mulej. Din it-talba trid tfakkarna wkoll li l-liturgija ma tonqosx milli ssellem lill-Vergni Marija bhala "l-Kewkba ta' fil-ghodu" u tara fiha l-gharusa "tielgha bhaz-zernieq... tiddi bhax-xemx" (Ghan 6:l0), u li kontinwament hija tidhol ghalina quddiem Binha. Il-Papa Bonifacju IX (+1404) fl-1390 ta l-indulgenza lil dawk kollha li jghidu din it-talba Marjana. Sa nofs is-seklu XV din id-drawwa nfirxet ma' l-Ewropa kollha.

 

L-Angelus ta' nofs in-nhar

L-Angelus ta' nofs in-nhar dahal aktar tard. Il-bidu tieghu jmur lura ghas-seklu XV u beda wara li kienu bdew idoqqu l-qampiena f'nofs in-nhar kull nhar ta' Gimgha b'tifkira tal-passjoni ta' Gesù fuq preskrizzjoni tal-Papa Kallistu III; fl-1456, il-Papa, bil-bolla Cum his superioribus annis, ordna li jibdew idoqqu ta' kuljum il-qniepen bejn id-disa' siegha u l-Ghasar u jirrecitaw tliet Missierna u tliet Ave Marijiet sabiex jiksbu l-ghajnuna tal-Madonna fil-harsien tal-Kristjanezmu mit-Torok.

 

L-Istruttura tat-talba

L-Angelus illum huwa talba armonjuza u originali. Jikkonsisti fi tliet Ave Marijiet alternati u tliet antifoni segwiti minn versett u orazzjoni qasira.

 

L-antifoni jikkostitwixxu l-aspett kontemplattiv tal-Angelus. Waqt li nirrecitawhom igibulna quddiemna ix-xena tat-thabbira ta' l-anglu Gabrijel lil Maria. L-ewwel antifona tehodna ghall-grajja ta' Lq 1:26-35 u tghinna nirriflettu fuq il-maternità divina ta' Maria bil-qawwa ta' l-Ispirtu s-Santu. It-tieni antifona, mehuda minn Lq 1:38, twassalna biex nitfghu harsitna fuq Maria bhala l-qaddejja ubbidjenti tal-Mulej, fil-waqt li t-tielet antifona, mehuda minn Gw 1:14, iggaghlna nirriflettu fuq il-qalba tal-Misteru ta' l-Inkarnazzjoni, il-kenosis tal-Verb li ghammar fostna l-bnedmin. F'Gesù ssehh il-familjarità divina bejn il-Kelma u ulied il-bnedmin (Prov 8:31) u l-milja tal-profezija ta' l-Ghemmanuel - Alla maghna (Iz 7:14; Mt 1:22-23).

 

L-Ave Maria ghal tliet darbiet

L-istorja tat-talba ta' l-Angelus hija marbuta mill-qrib ma' l-istorja tat-talba ta' l-Ave Maria. Fil-bidu, t-talba ta' l-Angelus kien fiha biss din it-talba tas-Sliema, it-talba ta' tifhir lil Maria per eccellenza. Din hija t-talba biblika u t-talba ekklezjali li tifforma l-element ta' supplika u ta' misteru; talba lill-intercessjoni ta' Maria bhala omm, kemm ghall-prezent kif ukoll ghal waqt dak il-mument li fih nidhlu fl-eternità. Jirrizulta mill-storja li l-Ave Maria ghal diet darbiet hija l-eqdem bicca tat-talba ta' l-Angelus.

 

It-Talba

L-Angelus jispicca bl-orazzjoni. Fil-fatt hemm zewg orazzjonijiet, wahda li tibda bil-kelmiet Gratiam tuam (il-Grazzja tieghek) u l-ohra Deus, qui Verbum tuum (O Alla li bil-Verb). L-ewwel wahda hija antika u Rumana mehuda mis-Sagramentarju Gregorjan. Tipprezenta il-pjan salvifiku tal-Missier fil-mument tal-milja, il-misteru ta' l-Ghid. It-tieni orazzjoni hija test gdid kompost minn kitba qadima f'ittra ta' San Iljun il-Kbir, ittra li dan baghat llll-Imperatrici Eudossia biex jehodha kontra l-erezija. Fil-fatt din l-orazzjoni tfakkarna fil-kontroversji dwar Kristu fis-seklu V.

 

Wahda mill-isbah dikjarazzjonijiet dwar din it-talba hija dik tal-Papa Pawlu VI fl-Ezortazzjoni Appostolika Marialis Cultus, fin-numru 41:

 

"Din it-talba m'ghandhiex bzonn ta' tigdid: il forma hija hafifa, n-natura taghha hija mehuda mill-Bibbja u l-bidu taghha fl-istorja jghaqqadha mat-talba ghas-sahha u l paci, l-mixja taghha hija kwazi tal-liturgija li tqaddes iz-zminijiet differenti tal jum, il-ftuh taghha jfakkarna fil-Misteru ta' l-Ghid li fih, waqt li niftakru fl-inkarnazzjoni ta' l-Iben t'Alla, nitolbu li naslu "permezz tal-passjoni u s-salib tieghu ghall-glorja tal-Qawmien".

 

Dawn kollha jzommu tul iz-zminijiet il-valur u l-qawwa ta' l-Angelus bla tibdil... Ma jistax jinbidel il-valur tal-hsieb fuq il-Misterju ta' l-Inkarnazzjoni tal-Verb, it-thabbira lill-Vergni, u t-talba ghall-ghajnuna kollha hniena taghha. Minkejja li jinbidlu z-zminijiet, ghal hafna bnedmin ma jinbidlux il-hinijiet specjali tal jum (fil-ghodu, f'nofs in-nhar u fil-ghaxija) li juru l-hinijiet tal-hidma taghhom u jistednuhom ghal waqfa ckejkna biex jitolbu".


<<|werrej|>>


Din l-informazzjoni migbura mir-rivista "Madonna Ta' Pinu" - Sena XXIII, Vol VIII, Jannar-Marzu 2002, 10-11.

Valletta: 9.5.2005


 

L-ewwel hjiel ta'

l-Angelus imur lura ghall-Medju Evu; fil-kunventi frangiskani kienu jsellmu

lil Marija

bl-Angelus hekk kif jispiccaw

it-talb ta' gheluq

il-jum, malli jinstemghu l-ewwel tokki

tal-qampiena fil-ghaxija.