San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


   San Frangisk

   u l-Hamiem

 


storja mill-Fljuretti ta' San Frangisk


Mela darba wahda kien hemm tifel li kien ghadu kemm qabad hafna hamiem u kien sejjer biex ibieghhom. Gara li huwa u sejjer fit-triq iltaqa' mieghu San Frangisk, li dejjem kellu mhabba specjali lejn l-annimali gwejdin.

 

Frangisku hares lejn il-Hamiem b'harsa ta' hniena, u qal lit-tifel: "Tfajjel twajjeb, nitolbok biex dawk il-Hamiem taghtihom lili. Ghax ghandek tkun taf li ghasafar hekk innocenti, li fl-Iskrittura huma imxebbha ma' l-erwieh safja, umli u fidili, ma ghandhomx jigu qatt f'idejn in-nies krudili li jahqruhom".

Imnebbah minn Alla, bla telf ta' zmien, dak it-tifel tahom kollha San Frangisk, u dan laqaghhom fi hdanu, u beda jkellimhom bil-hlewwa u jghidilhom: "Huti, Hamiem semplici, innocenti u safjin, ghaliex thallu li tinqabdu? Araw, issa jien irrid nehliskom mill-mewt u naghmlilkom il-bejtiet, biex intom ikollkom il-friegh u toktru skond ir-rieda tal-Hallieq taghkom".

 

U san Frangisk mar, u kollha ghamlilhom il-bejta. U huma, kif inhi drawwa taghhom, bdew ibidu u jkollhom iz-zghar quddiem l-ahwa, u ma' Frangisk u l-ahwa l-ohra kienu jgibu ruhhom bi dhulija kbira, bhallikieku kienu imrobbijin minnhom. U qatt ma hallew il-post, sakemm San Frangisk ma tahomx il-permess li jmorru bil-barka tieghu.

 

U lit-tifel li tahomlu, san Frangisk qallu: "Hija, int ghad tkun wiehed mill-ahwa fi hdan l-Ordni taghna, u taqdi lil Gesł Kristu bil-qalb it-tajba". U hekk gara tabilhaqq, ghax dak it-tifel dahal patri ma' San Frangisk u ghex fl-Ordni tieghu bi qdusija kbira.

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


Storja addattat mill-Fjuretti ta' San Frangisk Kaputlu XII, minn Fr Thomas Calleja b'disinji ta' Alessandra Annibali.

Assisi 21.7.2003


San Frangisk,  laqa' il-Hamiem

fi hdanu,

u beda jkellimhom bil-hlewwa

u jghidilhom: "Huti, Hamiem semplici, innocenti u safjin ...

Araw,

jien irrid nehliskom mill-mewt u naghmlilkom il-bejtiet,

biex intom ikollkom

il-friegh u toktru skond ir-rieda

tal-Hallieq taghkom".