![]() |
Devozzjoni Frangiskana - Il-Kurcifiss ta' S. Damjan | |
Il-Kurcifiss ta' San Damjan (3) Il-parti ta' isfel u l-parti ta' fuq tal-Kurcifiss Il-Parti ta' isfel tal-Kurcifiss Il-Personaggi taht is-Salib Tnejn biss nistghu nghidu min huma, ghax l-ohrajn thassru bil-bews u l-mess ta' l-idejn tad-devoti. Probabilment li huma l-appostli Pietru u Pawlu. Ninnutaw li huma 'l qewwa mill-bordura ta' l-arzelli, jigifieri huma digà fis-Saltna. It-tnejn ghandhom l-awreola madwar rashom, ghad li mill-pozizzjoni taghhom lil Gesù ma jistghux iharsu lejh. Tidher biss il-parti ta' fuq ta' gisimhom. Dan ifisser li m'humiex ghal kollox fis-Saltna.
Dawn il-personaggi qed jirrapprezentaw lilna li ghadna fit-triq li twassalna s-sema, pajjizna. Lil Gesù, sakemm ghadna hawn, nistghu narawh biss b'mod imperfett "bhal f'mera" (Kor 13,12). Ircevejna l-Maghmudija u wkoll is-sigill ta' l-Ispirtu s-Santu fil-Konfermazzjoni, u ahna lkoll imsejhin biex inkunu ma' Kristu fil-glorja tieghu (2 Tess 2,13). Sadanittant, ghadna boghod minn Gerusalemm tas-sema. San Pawl iheggigna: "Ma naqtghux qalbna, ghax imqar jekk il-bniedem ta' barra jithassar, il-bniedem ta' gewwa jiggedded minn jum ghal jum. Id-daqsxejn ta' tbatija taghna ta' issa thejjilna kobor ta' glorja bla qjies ghal dejjem" (2 Kor 41,16).
San Frangisk kellu qima partikolari lejn l-Appostli Pietru u Pawlu. It-tifkira tal-qaddisin kollha, bhal qishom kienu hagar tan-nar, kienet tkebbsu b'nar divin. Lill-appostli kollha, u l-aktar lil Pietru u Pawlu, kien iqimhom b'devozzjoni specjali, ghax kienu jhobbu lil Kristu b'imhabba mhegga ghall-ahhar. Ghal qima u l-imhabba li kellu lejhom kien joffri lill-Mulej is-sawm ta' randan specjali. (S. Bonaventura, Legenda Maior IX, 3)
Il-Gebla ta' taht is-Salib
Gesù qal: "Kull min jisma' kliemi u jaghmlu jixbah 'il dak ir-ragel li bena daru fuq il-blat..." (Lq 6,47). Meta tisma' l-kelma u tghixha fil-prattika ssir blata. Il-bini spiritwali taghna jkun sod kemm-il darba nimpenjaw ruhna nghixu l-valuri tal-Vangelu.
Il-Parti ta' fuq tal-Kurcifiss Il-Kitba fuq Ras Gesù
Fil-qosor, dawn l-erba' kelmiet jiqbru l-hajja ta' Gesù. l-umiljazzjoni tieghu qieghda fir-rabta ma' Nazaret, isem immaqdar f'Izrael. "Tista' tohrog xi haga tajba minn Nazaret?" jistaqsi Natanael (Gw 1,46). Il-glorifikazzjoni fil-proklamazzjoni tieghu bhala Sultan. "Inti s-Sultan ta' Israel" (Gw 1,49), anzi issa tal-gnus kollha. Il-kitba tixhed il-gudizzju tal-bnedmin ta' kull zmien dwar Gesù. Dawk li harsu lejh "bil-ghajnejn tal-gisem" (2 Kor 5,16) maqdruh bhala impostur (Mt 27,63). Dawk li harsu lejh fid-dawl ta' l-Ispirtu laqghuh u stqarrewh dak li hu tabilhaqq: "L-Iben ta' Alla" (Mk 15,39). Naghmlu ahna wkoll il-ghazla taghna, ahna u naqraw din il-kitba. "Min mhux mieghi hu kontra tieghi..." (Mt 12,30). Ma nistghux inkunu newtrali.
Gesù fil-Medaljun, fic-cirku ta' fuq
Ix-xbieha li hemm f'dan il-medaljun turi 'l Gesù f'fazi ohra tal-misteru tieghu. Siequ l-leminija mitfugha 'l quddiem, gest li jurih fi triqtu lejn il-Missier. Liebes ilbies dehbi, ghelm ta' rebha u sinjal tar-regalità tieghu. Minn fuq spallejh tittajjar xalpa, simbolu tal-hakma u tat-tmexxija tieghu mhaddmin b'imhabba kbira.
F'idu x-xellugija naraw is-salib, l-istrument tar-rebha li kiseb. Issa, però, mhux salib ta' l-ghuda ghandu f'idejh, imma tad-deheb. Ix-xettru tieghu bhala Sultan hu "xettru tas-sewwa u l-haqq" (Salm 45). Hu b'dan is-salib li se nigu ggudikati (ara 1Kor 1,28).
Lil Gesu narawh jitbissem. Issa hu midluk "b'zejt il-ferh" (Salm 45,8). Kien imgarrab, imma hareg rebbieh. L-angli li qed jaghtuh merhba huma liebsin ilbies ahmar u dehbi, l-istess kif inhu liebes il-Mulej taghhom u taghna. Dawn l-angli rawh hiereg minn hdan il-Missier u jigi "jghammar fostna", "icekken lilu nnifsu sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib". Issa qed jifirhu bih u mieghu hu u riega lura fil-genna. Issa hu l-Avukat difensur taghna, quddiem il-Missier.
"Sejjer inhejjilkom fejn toqoghdu: u meta mmur u nhejjilkom post, nerga nigi biex nehodkom mieghi biex fejn inkun jien, tkunu intom ukoll" (Gw 14,3). Ghaldaqstant, xejn ma ghandna x'nibzghu jew naqtghu qalbna! Qatt!
Id il-Missier
F'nofs ic-cirku, fuqnett ta' l-ikona, naraw id il-leminija, tbierek. Hi id il-Missier. Ghad li Lilu hadd ma jista' jarah, Hu juri Lilu nnifsu fil-barkiet li jaghti. Il-barka tal-Missier hi d-don ta' l-Ispirtu s-Santu, li Gesù mmeritalna. Ghalhekk qal: "Jagblilkom li jiena mmur, ghaliex jekk ma mmurx, id-Difensur ma jigix ghandkom..." (Gw 16,7). Hu l-Missier li, f'isem Gesù, jibaghtilna l-Paraklitu (Gw 14,26). Nifhmu ahjar il-barka tal-Missier jekk nirriflettu fuq il-kliem ta' Gesù: "Nitlob lill-Missier u Hu jaghtikom Difensur iehor li jibqa' maghkom ghal dejjem" (Gw 14,16).
Gesù, mela, huwa wkoll id-Difensur taghna. L-Ispirtu s-Santu jaqdi l-istess missjoni ta' Gesù, imma b'mod li ma jidhirx. Hu jwassal lill-Knisja fil-milja tal-verità (Gw 16,13). Dan hu l-hlas meraviljuz li l-Missier jaghti lil Ibnu rebbieh. L-Ispirtu nnifsu hu, "n-nixxiegha ta' ilma haj li jissawwab fuq dawk li jemmnu fih" (Gw 7,38). B'dan id-don ta' "ilma haj" Gesù, id-Dielja vera, jaghmel hafna frott u jkun igglorifikat f'kull min jemmen fih. Meta dan isehh, il-Missier ikun igglorifikat f'Ibnu (Gw 17,1).
L-Ispirtu s-Santu huwa wkoll in-nar ta' l-imhabba li jghaqqad flimkien il-Missier u l-Iben. L-Iben irid idahhalna lkoll f'din il-huggiega ta' l-imhabba. "Missier, aghmel li l-imhabba li biha habbejtni tkun fihom u jiena fihom" (Gw 17,20). Hekk, il-Patt il-Gdid isib il-milja tieghu ghal dejjem fi hdan it-Trinità Qaddisa.
Wirt li Jisfidana Il-laqgha mal-Kurcifiss ta' San Damjan gieghlet lil San Frangisk jiehu decizjoni importanti hafna f'hajtu. Fetahlu ghajnejn qalbu dwar il-missjoni li kien jehtieglu jaqdi. Sejjahlu biex jiehu triq gdida: triq impenjattiva, imma fl-istess hin ta' ferh: dik li jimxi fuq il-passi tal-Mulej Gesù.
Fis-snin ta' wara din l-ewwel laqgha, Frangisku kellu jisma' vuci misterjuza ohra hierga mill-Kurcifiss. Kellu jismaghha fil-kliem tal-Vangelu. U ghax ma kienx semmiegh trux tal-Vangelu, semghu u laqghu bil-ferh kollu ta' qalbu. Impejna ruhu b'entuzjazmu biex jghixu fil-prattika u jkun fidil ghal kull kelma li sema'. Il-Mulej kellmu wkoll waqt li kien ikun jitlob fil-hemda tal-postijiet imwarba li kien ifittex qalb il-gmiel u s-sbuhija tan-natura. Semghu fuq kollox fil-hafna gesti ta' karità li kien jaghmel ma' hutu patrijiet, mal-foqra li kien ihobb u ma' kull bniedem li kien jiltaqa' mieghu.
Il-Kurcifiss kellmu mill-gdid fuq l-gholja ta' La Verna, sentejn qabel ma miet. Kellmu billi naqqaxlu f'gismu l-pjagi kollha mhabba tal-Passjoni Tieghu. L-ewwel kittieb ta' hajtu jirrakkonta:
Mifni kif kien mill-gheja u s-sofferenzi, Frangisku kien sar ghal kollox jixbah lill-Kurcifiss li kien iltaqa' mieghu f'zoghzitu. Darba minnhom, wiehed mill-patrijiet li rah mixhut ma' l-art, qallu: "Missier, int dejjem sibt kenn fl-Iskrittura Mgaddsa u rimedju ghall-ugieh tieghek. Hallini naqralek xi pagna biex titfarrag xi ftit". Wiegbu l-gaddis: "Ma ghandi bzonn ta' xejn izjed, ibni: naf lil Kristu fqir u msallab". (2 Celano n.105)
Flghaxija tas-Sibt, 3 ta' Ottubru 1226, qrib il-knisja ckejkna tal-Porziuncola, Frangisku nfexx f'ghanja ta' ferh u mar jiltaqa' ma' Ohtu l-Mewt. U lill-Patrijiet, imbikkija ghall-ahhar ghat-transitu tieghu lejn is-sema, qalilhom:
"Jien ghamilt il-parti tieghi: il-parti taghkom jghallimhielkom Kristu" Mehud minn: Marc Picard OFMCap, The Icon Of the Christ of San Damiano, Casa Editrice Francescana, Assisi, 1989, hawnhekk qed tidher traduzzjoni ghal malti minn Patri Guzepp B. Xuereb ofm, Mur Frangisku sewwi d-dar Tieghi, Spjega tas-salib Bizanti li kellem lil San Frangisk t'Assisi, Edizzjoni TAU, Malta 2001. Assisi - 7.4.2003 |
Il-Kurcifiss ta' San Damjan
|
|
![]() |