Kultura Frangiskana - storja |
||
Fra Elija B'ilwien cari u skuri - inqas skuri w aktar cari Kitba ta' P. Thomas Calleja OFMConv Fra Elija F'Gheluq is-750 sena minn mewtu (1253-2003)
Din is-sena Fra Elija ghalaq 750 sena mejjet. Dan il-Frangiskan kien ghal zmien twil dixxiplu fidil ta’ San Frangisk u dan imbaghad hatru bhala successur tieghu.
Isem Fra Elija baqa’ marbut mal-Bazilka kbira u monumentali ta’ San Frangisk f’Assisi. Kien hu li pprogettaha u mexxa x-xoghlijiet sa ma tlestiet. Ahna bhala Frangiskani Konventwali nhossu d-dmir li “naghtu lil Elija dak li hu ta’ Elija” u nhossu wkoll li hu xieraq li nwegghu lil dan il-Frangiskan, li bla dubju ta’ xejn, kien wiehed mill-aqwa personaggi tas-seklu XIII.
Fra Elija b'ilwien differenti Il-figura ta’ Fra Elija tidher impingija quddiemna b’hafna lwien u dwal differenti. B’xorti hazina x-xbieha tieghu baqghet imdella bl-oskur, u forsi saret enfasi akbar fuq l-oskur milli fuq ic-car ta’ xbihitu. Dan kien jiddependi mid-daqqiet ta’ pinzell li tah kull min azzarda jikteb jew jitkellem fuqu. Kien hemm dawk li ghamlu uzu minn ilwien sbieh, rotob u cari, izda ohrajn billew il-pnizel taghhom fl-ilwien sewdiena tal-mibeghda, tal-pregudizzji u tal-ghira. Fra Elija ghalhekk safa vittma ta’ hafna kritika hajjiena. Imnalla dan il-bniedem fl-ahhar mill-ahhar deher quddiem l-Imhallef Gust, li hu Twajjeb u Hanin, u li zgur jaf jippremja l-ghemejjel u l-intenzjonijiet tajba tal-bnedmin.
Fost dawk li ghamlu hilithom biex jixhtu dell mudlam fuq Fra Elija kien hemm dawk hekk imsejha fraticelli spirituali, li mgharghrin fil-ghira u l-pregudizzji, bdew jimxu t-triq kuntrarja ghal dik li hadu dawk li aktar tard bdew jissejhu Konventwali. Wara l-1239 bdew jidhru l-ewwel kitbiet kontra Fra Elija, u kien sewwa sew wara l-waqgha ta’ dan il-Frangiskan li bdew jitwaddbu kontrieh akkuzi li ma jitwemmnux.
Ilwien mill-aktar skuri Il-kitba msejha “Speculum Perfectionis” (= Mera tal-Perfezzjoni) tigbor fiha, bla ebda kriterju u bla ebda kontroll, l-aktar qlajjiet assurdi dwar Fra Elija. Fost l-aktar kitbiet li huma kontra Fra Elija nsibu sahansitra “Il-Fjuretti ta’ San Frangisk”, li hargu fi tmiem is-sena 1300. U l-kronisti tal-medjuevu bhal Tumas ta’ Eccleston u Salimbene ta’ Parma ma qaghdux lura milli jitfghu l-aktar kliem iebes kontra Fra Elija. Dan ta’ l-ahhar isejjahlu sahansitra “traditur”.
Izda kien Fra Tumas ta’ Celano, l-ewwel wiehed li kiteb il-hajja ufficcjali ta’ San Frangisk, l-ewwel fost il-kittieba li biddlu t-ton. F’“L-Ewwel Hajja” Tumas ta’ Celano jpingi lil Fra Elija bl-isbah ilwien li seta’ jahseb. Bizzejjed insemmu l-barka li San Frangisk moribond ta lil Elija: “Inbierkek, ibni, f’kollox u ghal kollox; u bhalma l-Aktar Gholi, taht it-tmexxija tieghek, kattar lil huti u lil uliedi, hekk jien fik u bik inberikhom ilkoll. Fis-sema u fl-art ibierkek Alla, Sultan ta’ kollox. Inbierkek kemm nista’ u aktar milli nista’, u dak li ma nistax naghmlu jien, jaghmlu fik dak li jista’ kollox. Jiftakar Alla fil-hidma u l-opra tieghek u jerfaghlek hlasek ghal dak il-jum li fih ihallas lill-gusti. Jalla ssib kull barka li tixtieq u jalla tinstema’ kull talba gusta tieghek.”
F’“It-Tieni Hajja” (n. 184), izda, Tumas ta’ Celano jbiddel l-ilwien. Jiskot u ma jsemmi xejn u qisu jrid igieghel lil min jifhem li l-Ministru General m’huwiex Fra Elija. Tant hu hekk, li f’“It-Tieni Hajja” nsibu li meta San Frangisk kien wasal biex imut, wiehed mill-ahwa talbu jurih min seta’ jkun Ministru General. Ghal din it-talba Celano jqieghed fuq fomm il-Qaddis, li kien fil-pont tal-mewt, din it-twegiba falza: “Ma naf b’hadd li jista’ jkun mexxej ta’ ezerctu daqshekk varju u raghaj ta’ merhla daqshekk kotrana.” Fl-istess hin jichad l-ghazla ta’ Fra Elija bhala Ministru General, li fis-sew kien imsemmi bil-kitba bhala General u mbierek minn San Frangisk. Izda l-haga li l-aktar twegga’ hi dik li Celano nnifsu f’“L-Ewwel Hajja” (n. 110) isejjah lil Elija Ministru General. Barra minn dan, meta Celano f’“It-Tieni Hajja” (n. 216) jirrakkonta l-episodju kommoventi tal-barka li San Frangisk ta lil Elija, dan icekkinha kemm jista’: il-Qaddis “qieghed il-leminija fuq ras kull wiehed mill-ahwa, ibda mill-vigarju tieghu (mela mhux Ministru u ma jsemmix ismu); sellem ghall-ahhar darba lil uliedu, minghajr ebda ghazla; ta l-barka tieghu lill-ahwa kollha f’daqqa li kienu prezenti; u sahaq li hadd ma kellu jahtaf din il-barka moghtija lil dawk prezenti u jghaddiha lil dawk assenti.”
San Bonaventura, it-tieni wiehed li kiteb ufficcjalment il-hajja ta’ San Frangisk u li kien jaf iz-zewg hajjiet li kiteb Celano bl-amment, fl-1263, fil-Legenda Maior (= ir-Rakkont il-Kbir), f’kap. XIV n. 5, jiddeskrivi l-fatt tal-barka ta’ San Frangisk u jghid: “Firex idejh fuqhom, filwaqt li sallab dirghajh, u bierek lill-patrijiet kollha, sew dawk prezenti u sew dawk assenti.” Anki San Bonaventura lil Elija ma jsemmihx.
F’“Il-Fjuretti ta’ San Frangisk”, f’kap. VI jinghad li l-barka solenni moghtija minn San Frangisk ma nghatatx lil Fra Elija, kif jghid Celano f’“L-Ewwel Hajja” (n. 108), imma lil Fra Bernard. Sahansitra l-istoriku Wadding pinga lil Fra Elija b’ilwien oskuri ghall-ahhar. Fl-ewwel ktieb tieghu msejjah “Annales” (p. 165, n. IX), miktub fl-1662, dan il-patri Irlandiz jasal biex jikteb dan li gej: “Lejlet il-jum li fih miet, Frangisk sejjah lill-ahwa u huwa u jbierek il-hobz, ta loqma lil kull wiehed biex jikolha b’ghelm ta’ mhabba u ghaqda. Ilkoll kiluha b’devozzjoni ghajr Elija, li ma setax minhabba fil-biki u l-ilfiq. Imbaghad huwa u jsallab dirghajh, qieghed il-leminija fuq ras Bernard, li kien gharkobbtejh fuq ix-xellug tas-sodda li fuqha kien mimdud il-Qaddis (fuq il-lemin kien hemm Fra Egidju) u tah hafna barkiet. Zejnu wkoll bil-privilegg li jkun is-Sid ta’ hutu u li jmur joqghod bla xkiel fejn ikun jixtieq.”
Wadding ma jaghmel xejn hlief li jbill il-pniezel tieghu fl-istess ilwien li fihom billewhom il-kittieba tal-Fjuretti. Dan il-patri storiku haseb biex ifassal ir-rakkont tieghu fuq il-mudell ta’ l-Ahhar Cena ta’ Frangisk ma’ hutu – cena li fiha “Elija biss ma jikolx il-loqma hobz imbierek.” Biex nghidu kollox, dan il-partikular ma jsemmih hadd: la Celano, la l-“Legenda Perugina”, u lanqas il-Kronaki mhux Frangiskani. Hi haga cara li l-ghan ta’ dan il-partikular hu li jqabbel lil Fra Elija ma’ Guda, dak li bieghu.
Sahansitra Ubertino ta’ Casale f’“L’Albero della Vita” (= Is-Sigra tal-Hajja) jirrakkonta li San Frangisk innifsu jnizzel lil Fra Elija fost il-bghula ta’ l-Ordni (kelma iebsa ghall-ahhar imma hekk jikteb Ubertino), ghax kien jilbes kapocc wiesa’ u tonka ta’ drapp fin, twila u wiesgha. Izda din l-akkuza ggibha fix-xejn pittura ta’ l-1236 ta’ Giunta Pisano, li kien jghix fi zmien Fra Elija.
Ilwien aktar cari u rotob Zgur li San Frangisk kien ihares mod iehor lejn il-vigarju tieghu u bla dubju ta’ xejn l-ilwien li juza biex ipingihulna huma wisq aktar cari. Nghidu ahna, San Frangisk fit-testment tieghu halla miktub: “Nistqarr ’l Alla l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu, lill-Imqaddsa Vergni Marija u lill-Qaddisin kollha fis-sema, u fuq l-art lil Fra Elija, Ministru General ta’ l-Ordni taghna, bhala sid tieghi li tisthoqqlu kull qima, dnubieti kollha.” Bla dubju San Frangisk kien iqim lil Fra Elija bhala ministru tieghu.
Fl-1217 meta San Frangisk kien qieghed ifittex lil xi patri biex imexxi l-missjoni Frangiskana fl-Art Imqaddsa, il-Qaddis ghazel lil Fra Elija u baghtu bhala “mibghut u prekursur” tieghu. Fra Elija, minkejja d-diffikultajiet, obda b’impenn u hegga. Meta San Frangisk mar izur dawk l-imkejjen qaddisa Fra Elija kien hemm biex jilqghu. Meta San Frangisk sab ruhu mgieghel jerga’ lejn l-Italja minhabba l-inkwiet u d-dizordni li kienu nqalghu fl-Ordni, dan ha mieghu lil Elija. Meta fl-1221 miet Pietru Cattani, li kien vigarju ta’ l-Ordni, San Frangisk innifsu hatar lil Elija bhala vigarju tieghu. Il-Missier Serafiku ghazel lil Elija bhala “omm tieghu” u “missier tal-patrijiet kollha.” Meta Frangisk kien marid u kellu bzonn tal-kura fi Rieti u fi Siena, kien Fra Elija li dar bih b’imhabba u delikatezza li ma bhalhom. Elija baqa’ mieghu sal-mewt u kien hu li kiteb u baghat l-ittra lill-Provincji kollha ta’ l-Ordni biex biha jhabbar il-mewt tal-Missier Serafiku. Din l-ittra ta’ Fra Elija, minsuga bi kwotazzjonijiet bibblici, m’hijiex biss l-ewwel dokument li jgharrafna dwar il-pjagi ta’ San Frangisk, imma jurina wkoll b’mod generali fiex tkkonsisti n-“novità Frangiskana”. L-ittra turina wkoll lill-Fqajjar ta’ Assisi bhala “Kristu iehor” li deher fostna “imsallab”.
Anki Santa Klara uzat ilwien aktar rotob meta tkellmet dwar Fra Elija. Fl-1236 il-Qaddisa fl-ittra taghha lil Sant’Anjeze ta’ Praga tikteb: “Oqghod ghall-pariri tal-Venerabbli Missierna Fra Elija, Ministu General, u aghtihom il-precedenza fuq il-pariri ta’ l-ohrajn kollha u zommhom ghalik eghzez minn kull don iehor.”
Bernard ta’ Bessa, segretarju ta’ San Bonaventura, wiehed li kien jaf l-Ordni tajjeb hafna, huwa u jitkellem dwar Fra Elija, jghid: “Kien jeccella fil-gherf uman b’mod li kien difficli ssib iehor bhalu fl-Italja.” Anglu Clareno, li ma kienx joqghod lura fil-kummenti negattivi, dwar Elija jghid li kien bniedem ta’ “prudenza mhux komuni.” Minkejja l-qlajjiet li jdallmu l-hajja privata ta’ Fra Elija matul il-mandat tieghu bhala General bejn l-1232 u l-1239, m’hemmx dubju li hu mexxa l-Ordni b’hegga unika.
Fra Elija wera l-hila tieghu b’elf mod imma bla dubju l-akbar monument tieghu jibqa’ l-qabar ta’ San Frangisk u l-Bazilka li Girgor IX hatarha “Caput et Mater” (= Ras u Omm) ta’ l-Ordni kollu tal-Minuri. Wara 750 sena l-monument ghadu wieqaf biex jaghti gieh kemm lill-bniedem li pprogettah, fasslu u bnieh u kemm lill-Qaddis li l-fdal tieghu jistrieh fi hdanu. Illum il-monument ta’ Fra Elija sar ic-Centru tal-Paci ghad-dinja kollha.
Dan l-artiklu originarjament deher bit-Taljan bl-isem Frate Elia, in chiaroscuro, più chiaro meno oscuro, fir-rivista San Francesco Patrono d'Italia, no.4-April 2003. L-artiklu gie maqlub ghall-Maltin minn Patri Edmund Teuma OFMConv. u deher fil-Harga tar-rivista: Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, Nru.12 - Ottubru 2003, p.26-29. Assisi 10.10.2003 |
Fra Elija 1170-1253
Impressjoni tal-Bazilka ta' San Frangisk fi zmien Fra Elija |
|
![]() |