Kultura Frangiskana - storja |
||
Il-Beatu Gwanni XXIII u l-Frangiskani Kitba ta' P. Dijonisju Mintoff OFM Nhar il-Hadd 3 ta' Settembru filghodu, fi pjazza San Pietru, Ruma mimlija b'aktar minn mitt elf ruh isem il-Papa Gwanni XXIII tnizzel fil-ktieb tal-Beati. Kont hemm b'ruhi u gismi. Qalbi kienet imfawra bil-hena u ghajnejja kienu jnixxu dmugh ta' ferh.
Dixxiplu ta' San Frangisk Il-Papa kien imdawwar bil-Kardinali u Isqfijiet. Fuq in-naha tal-lemin kien hemm delegazzjoni tal-Gvernijiet tal-Bulgarija, Turkija, Rumanija, Franza, l-Italja u l-Grecja.
Fuq in-naha tax-xellug kien hemm nies tal-familja aktarx neputijiet tal-Papa Gwanni u hdejhom Patri Giacomo Bini o.f.m., Ministru Generali tal-Patrijiet Minuri. Iva maghhom. Ghax il-Frangiskani kienu tal-familja ghal dan il-Beatu. Ma libisx ic-coqqa ta' patri ta' San Frangisk. Ghamel aktar minn hekk. Ghix il-hajja ta' iben San Frangisk. Il-kliem u l-ghemil tieghu kienu juru li jaf sew lil San Frangisk u akkost ta' kull impenn li kellu kien jimxi fuq il-passi tieghu. Jinghad li fis-seklu taghna Mons. Angelo Giuseppe Roncalli kien l-ikbar dixxiplu ta' San Frangisk.
II-Kunvent ta' Baccanello Twieled f'Sotto il Monte. Ftit kilometri boghod minn Baccanello fejn hemm kunvent tal-Frangiskani. Hdejh knisja zghira qadima. Il-qniepen taghha kienu jsejhu ghat-talb lin-nies migbura f'darhom jew jahdmu l-ghielieqi. It-tokki taghhom kienu jfakkru 'l kulhadd fil-hin tax-xoghol u tal-mistriefh. Id-daqq ta' dawn il-qniepen baqghu jidwu f'widnejh. Meta kiber u sar Papa ried jibghat rigal lill-patrijiet. Mieghu hemez ittra fejn kitbilhom: "Id-daqq tal-qniepen tal-kunvent ftit 'l boghod minn fejn twelidt u trabbejt ghadu jidwi f'widnejja u nerga' niftakar f'dawk il-patrijiet li tant kont inhobb." Ftit wara li waslet din l-ittra l-Patri Gwardjan irrekordja fuq tape il-lehen tal-qniepen, ha xi ritratti tal-Kunvent ta' Baccanello. Gabar kollox f'album u bghathom lill-Papa. Waslu ghandu u ried juri l-ferh ghal din is-sorpriza billi dak inhar stess bghat nota miktuba minn idejh: "Grazzi ghat-tape u ghar-ritratti tal-kunvent taghkom. Xi gmiel ta' kunvent! X'semplicità!
Il-Patrijiet u l-Festa tal-Porzjunkola Dak il-kunvent kien ghaziz wisq ghalih u t-tifkira kienet wahda tal-idejal li thaddan f'zoghzitu. Ghall-anqas darba fix-xahar l-ajk Frangiskan kien ihabbat il-bieb tad-dar fejn Mons. Roncalli trabba. Kien imur jigri jiftahlu l-bieb. L-ajk frangiskan jistrieh flit sakemm il-mara tad-dar thejjilu skudella halib shun. Uliedha jingabru madwaru skantati lejn il-horga mdendla ma' spallejh fejn f'naha jkollu xi kisra hobz li jgib mieghu mill-kunvent u naha ohra jqieghed il-flus li jigbor mic-cirka. Kien appuntament mistenni mill-familja kollha. L-aktar minn Angelo li minn meta l-ajk jirfes l-ghatba tad-dar sakemm johrog ma jaqlax ghajnejh minn fuq ic-coqqa, il-habel imdawwar ma' qaddu u saqajh hafjin fil-qorq. Il-kelma meqjusa u semplici ta' dan l-ajk kienet mimlija farag tar-ruh.
Ta' kull sena Angelo kien jinghaqad mal-genituri u hafna familji ohra mill-parrocca li fit-2 ta' Awissu kienu jmorru f'purcissjoni lejn u lura mill-kunvent ta' Baccanello biex jirbhu l-indulgenza tal-Porzjunkola. It-tifla ta' huh kienet dahlet soru u hadet l-isem ta' Suor Angiola Marija. FI-1 ta' Awissu 1947 kitbilha ittra minn Parigi: "Illum 1 ta' Awissu, l-festa tal-Porzjunkula li tigi ccelebrata kemm f'Assisi u kemm fil-knejjes frangiskani bhal f'Baccanello. Dak inhar il-festa tieghek u tieghi ukoll."
"Ma ninsa qatt gidba ta' tfuliti": kien kiteb lin-neputih Mons. Gwanni Roncalli, "Meta kont zghir mort ghal festa tal-Porzjunkula kif bqajt naghmel kull sena. Tlabt maghhom. Imma kif daqq ghall-prietka bewwigt 'l barra. U mort nigri qalb l-eghlieqi. Il-kappillan gie mgharraf mill-ewwel b'din il-harba tieghi. Meta mort lura staqsieni: "Qghadt ghall-priedka?" Gbidtlu "iva". Imbagbad rega' staqsieni: "X'kien liebes il-predikatur, coqqa jew suttana?" "Suttana," wegibt jien u nqbadt fil-gidba ghax il-predikatur kien parti.
Ma kien jixba qatt isemmi lil dan il-kunvent ta' Baccanello ghax f'dik il-wisgha Lombarda fejn trabba kien l-ewwel darba li ra b'ghajnejh kunvent tal-patrijiet u tant impressjonah. "Niftakar dawk il-patrijiet wara l-ghasar johorgu ghal xi passejn bil-kuruna tar-ruzarju frangiskan marbuta mal-habel li jdawwar qaddhom u tlett ghoqod hoxnin fit-tarf tieghu. Niftakarhom isellmu bil-qalb: "Paci u Gid". U l-ajkijiet johorgu ghac-cirka "Sant' Antnin ikattar" kienu jghidu lil kull min inewlilhom xi haga tal-flus. Ixerdu mal-arja dik it-tbissima ta' semplicità qishom l-ewwel dixxipli ta' San Frangisk.
"Halluni nghidilkom" qal darba lil erba' familji tat-Frangiskani waqt laqgha: "Il-hidma tieghi haditni f'hafna pajjizi fid-dinja. Ghaddjet minn hafna toroq. Imma l-ebda triq ma kienet ghal qalbi daqs dik li kienet twassalni ghall-kunvent tal-patrijiet Minuri ta' Baccanello li kont inzur minn meta kont tifel zghir. Gie li ghamilt xi irtir hemm ukoll u kont inhossni fil-Genna tat-art."
Festa ta' San Frangisk F'Ottubru 1952 kien f'Bergamo ghall-vaganzi. Il-patrijiet stednuh biex fl-4 tax-xahar jiccelebra l-quddiesa ta' San Frangisk. Laqa' bil-qalb it-talba taghhom. Dak inhar tal-festa n-nies ingabret fil-pjazza tal-knisja biex tilqa' lin-Nunzju ta' Parigi. Il-Gwardjan kien hemm ukoll biex joffrilu bukkett ward. Il-patrijiet inqasmu f'zewg ringieli jistennewh gej b'xi karozza ta' lussu. F'daqqa wahda xirfu tlett qassisin gejjin minn mghodija mharbta wara l-knisja. F'nofshom kien hemm Mons. Roncalli miexi iwiezen fuq zokk li kien gabar mit-triq. Kollu ferhan resaq minn wara l-Gwardjan Patri Biagio Zanoni o.f.m. u jiccajta qallu: "Hsibt li ghadni zaghzugh ta' darba mimli sahha inhaffef u nimxi f'dawn il-mghodijiet. Kont nasal f'hakka t'ghajn. Imma issa nimxi u nieqaf nonfoh nifsi magtugh. Qed nemmen li ghandi wiehed u sebghin sena. Insomma l-aqwa li wasalt u ma hallejtkomx tistennew hafna. Ahfruli." U x'hin qallu hekk urih iz-zokk f'idejh. "Bis-sahha ta' dan il-baklu: Baculum senectutis."
Talab biex iqatta' ftit jiem fil-kunvent mal-patrijiet. Il-Gwardjan tah cella fit-tarf tal-kuritur ta' fuq nett b'tieqa li tiftah fuq il-kampanja ta' Sotto il Monte bid-djar zghar u kbar taghha u sfond ta' l-gholja ta' San Giovanni. Kien hemm tlett indani b'ghoxrin targa kull wahda. Jinzilhom darbtejn kuljum ghall-quddiesa u ghar-refettorju. "Patri Gwardjan" kien ighidlu sikwit: "Tlajt u nzilt tarag f'hajti - tarag storiku u artistiku - imma imkien ma nitla u ninzel bil-qalb dags dan it-tarag tal-kunvent. X'indafa! Kemm qlub safja ghixu hawn."
Kull nhar ta' Gimgha f'nofs inhar waqt li l-patrijiet ikunu jieklu jaqraw ir-Regola ta' San Frangisk. Silta kull wiehed. Min imissu jressaq il-ktieb lil ta' ma' genbu. Mons. Roncalli kien qed jiekol maghhom fir-refettorju. X'hin spicca jaqra ta' hdejh newwel idejh biex jiehu l-ktieb u jaqra hu wkoll. Kien iqis ruhu wiehed minnhom.
Fit-30 ta' Jannar 1919 sptar gdid infetah f'Bergamo. Kienet inbdiet ukoll l-Assocjazzjoni tat-ommijiet li uliedhom mietu fil-gwerra. Dak inhar ghamel id-diskors tat-ftuh Patri Agostino Gemelli li qabel dahal patri kien tabib maghruf mad-dinja kollha. Mons. Roncalli sar jaf bih meta kien jaqra x'kien jikteb bhala ateu. Imma issa x'hin rah bic-coqqa ta' frangiskan tpaxxa bih u b'dik l-umiltà tieghu. "Hadt gost nisimghu iwassal il-messagg ta' San Frangisk "insomma è motto frate".
L-Ewwel Qaddis La l-frangiskani u lanqas il-kunvent ta' Baccanello ma setghu jghibu qatt minn quddiem ghajnejh. Ried li l-ewwel beatu li jigi kanonizzat fil-pontifikat tieghu nhar is-16 ta' April 1959 ikun San Karlu ta' Sezze ajk frangiskan. Hekk kif temm il-funzjoni qal: "U lil Kunvent ckejken imma kbir fil-ghozza tat-tifkiriet tieghi ta' Baccanello irrid nibghat bhala ghotja tal-Papa ir-relikwarju li l-Ordni Serafku tat-Patrijiet Minuri ghogobhom joffruli b'hajr tat-kanonizazzjoni." U fuq is-sieq ta' dan ir-relikwarju ried li jitnaqqxu l-kliem: "Rigal tal-Papa Giovanni Terzjarju Frangiskan minn Sotto il Monte ghal kunvent ta' Baccanello ghaziz ghalih minn tfulitu. 12-VI-1959."
Barra minn hekk fit-30 ta' Jannar 1960 ghogbu jibghat rigal iehor lil dan il-kunvent. Din id-darba baghat pjaneta bajda prezjuza minsuga bil-hajt tad-deheb fuqha bl-arma tal-pontifikat tieghu. Kellu f'rasu li jirrestawra u jkabbar dan il-kunvent: patrija spiritwali tieghu. Fl-14 ta' Awissu 1964 Mons. Loris Capavilla kiteb lill-patrijiet ta' Baccanello: "Il-Papa qalli kemm-il darba biex nitkixxef x'ghandkom bzonn. U barra mill-pjaneta, kalci, ostensorju, ried jaghmel hafna xorti. Kellu dejjem f'rasu li jkabbar il-kunvent, imma impenji aktar urgenti u l-mewt waqqfu dawn il-hsibijiet tieghu."
Tassew li kien ihobb hafna dan il-kunvent. Imma dan kollu kien gej mill-imhabba kbira li kellu lejn San Frangisk... il-hajja fhira, semplici. Evangelika. U lil uliedu mxerdin mal-erbat' irjiehat tad-dinja.
Terzjarju Frangiskan Kien ghadu zaghzugh meta inkiteb terzjarju frangiskan fl-1 ta' Marzu 1896. Data li halliet marka gdida fil-hajja tieghu u li ma seta' jinsiha qatt. Meta sar Papa u ghamel il-famuz messagg tieghu lil familji frangiskani kollha stqarr hekk: "Mahbubin huti u gheziez uliedi! halluni inzid kelmtejn hergin minn qalbi. L-aktar lil dawk prezenti u li bhali huma membri tat-Terz Ordni:" Jiena Hukom Guzeppi... Ego sum Joseph Frater Vester. Ili minn l-1 ta' Marzu 1896 fl-aqwa ta' zoghziti. Hajjarni biex ninkiteb il-Kanonku Luigi Isacchi, direttur spiritwali tieghi u rettur tas-seminarju ta' Bergamo. Kienet grazzja kbira fil-bidu u fl-ewwel targa ghas-sacerdozju tieghi dak inhar ukoll li hadt it-tonsura. X'ferh hassejt dak inhar! Tlajt l-ewwel targa ma' San Frangisk li baqa' jikkompanjani sakemm wassalt l-ewwel darba fuq l-altar u tul hajti kollha."
Dejjem sejjah hutu lil Frangiskani. U kull fejn mar u kien hemm kunvent tal-frangiskani kien jara kif jaghmel u jmur izurhom. Fosthom kellu wkoll hbieb tal-qalb. Hekk nghidu afhna meta kien Konstantinopoli (Istanbul) Delegat Apostoliku ghat-Turkija ma kienetx tghaddi gimgha li ma jmurx fil-Kustodja tat-Terra Santa jitkellem ftit u jiftah qalbu ma' patri Tarcisio Riccardi o.f.m. ta' Sesto San Giovanni. Hafna drabi kien jitlob li jghaddi gimgha f'xi kunvent tal-Orjent, ta' Franza jew ta' Venezja.
Meta Enrico Marchesi tifel t'ohtu inqabad bil-lieva u ntbaghat suldat fil-Libja kitiblu ittra malajr fejn qallu: Ser nibghat nota ta' rikomandazjoni biex jaghtik daqqa t'gflajn Mons. Vittorio Facchinett isqof frangiskan ta' Tripli li jien nafu sewwa. Qis li kemm iddum hemm tmur tara lil patrijiet frangiskani u ssir habib tagbhom. Ghandhom hafna kunventi fil-Libja. Ulied San Frangisk huma kollha minn taghna. Wirtu minn ghand Misserhom San Frangisk hafna tjubija!
Lil wiehed patri frangiskan mit-Toscana u li kien kappillan ta' Ankara kitiblu hekk: "Ejja arani hawn fid-dar tad-Delegat Apostoliku. Nistennik u naghmillek festa kif naf naghmel jien lil frangiskani. Il-Mulej ibierek lilek u liz-zewg patrijiet ohra li jahbdmu mieghek u jhallaskom kif jaf Hu tal-gid li taghmlu f'sitwazzjoni difficli bhal din.
Meta kien Istanbul fahhar hafna il-hidma tal-patrijiet frangiskani Konventwali dak inhar li ha sehem fil-festi li fakkru l-25 sena mill-konsagrazjoni tal-knisja ta' Sant'Antnin. U ghadda gimgha maghhom.
Mexxa wkoll pelegrinagg fl-4 ta' Ottubru 1953 minn Venezja ghal Assisi biex wassal kus biz-zejt bhala offerta li kull sena kull regjun li jimissu fl-Italja joffri biex jinxteghel fuq il-qabar ta' San Frangisk. Fl-omelija rega' semma l-grazzja kbira li kellu li kien membru tal-familja kbira tat-Terzjarji Frangiskani.
Gewwa Venezja kien ifittex li jsib ftit hin biex kull tant imur fil-Kunvent Frangiskan ta' Santa Maria del Mare u joqghod iqalleb fil-ktieb tal-Fioretti. L-ghada li mexxa l-pellegrinagg tan-nies ta' Venezja ghal Assisi mar jorhod fis-Sacro Convento tal-Patrijiet Minuri Konvetwali. Minn hemm f'dak il-lejl kiteb ittra lis-sacerdoti kollha ta' Venezja biex fil-15 ta' Ottubru jingbaru kollha ghal gurnata tal-Kleru. Jitkellem fuq il-hegga li hass f'dawk il-granet u kemm jixtieq li jimxu fuq il-passi ta' San Frangisk: "Niktbilkom minn Assisi b'qalbi mfawra bil-ferh imdawwar minn ulied San Frangisk. Hawn inhoss ir-rabta kbira bejn l-ghajta tal-Pax et Bonum tal-frangiskani u l-motto ta' Obedientia et Pax tar-Raghaj umli taghkom li bhal San Frangisk jixtieq li huwa u intkom tkunu f'kollox u f'kull hidma "totus apostolicus et catholicus".
Fis-27 ta' Mejju 1954 il-patrijiet frangiskani Kapuccini stednuh biex jitkellem f'laqgba kbira ghat-Terzjarji Frangiskani Kappuccini ta' 30 parrocca li kellhom jingabru f'Lindanara. Mar u tkellem b'qalbu f'idejh ma' hutu u b'mod tassew informali. Qalilhom: "Ta' 14 il-sena inktibt Terzjarju Frangiskan. Araw kemm ili miexi id f'id ma' San Frangisk... u ma' wliedu... U fittixthom u sibthom kullimkien. Ghamilt 10 snin fil-Balkani u fil-Bulgarija, kien hemm il-Kapuccini. Fl-Orjent kien hemm il-patrijiet Minuri u l-Konventwali. Kullimkien kien hemm San Frangisk. Daqqa liebes kannella. daqqa iswed u daqqa griz. Qaddis kbir u wliedu kollha tajbin."
Fis-26 ta' Jannar 1955, kiteb ittra lil frangiskani kollha tal-partijajrkat. Nistghu nghidu b'wiccna minn quddiem li hija l-aqwa dokument ta' l-ispiritwalità tieghu u l-aqwa xhieda ta' l-imhabba tieghu lejn il-patrijiet frangiskani: "Habbejt lil San Frangisk minn meta kont tifel. Sirt sacerdot tal-kleru sekular, imma San Frangisk kien dejjem l-aktar qaddis familjari fost il-qaddisin kollha. Habbejt ukoll hafna lil qaddisin uliedu. X'farag kbir ghalija meta fuq xoghol tieghi dort id-dinja u kullimkien sibt kunvent tieghu u uliedu. Fl-Ewropa, fl-Asja u fl-Afrika. U gewwa Venezja fejn San Frangisk huwa patrun tal-belt flimkien ma' San Mark. Iva flimkien mieghu. Frangiskani Minuri mal-erbat' irjieh... go Venezja, go Frari, go Giuderca f'Deserta, f'Margherita u f'Mestra. Hawn postijiet li jfakkru fejn ghadda San Frangisk. Hawn knejjes u altari iddedikati lilu. Imma fuq kollox nifrah b'uliedu l-patrijiet tieghu, umli, bravi, ferrieha, biezla u jgibu l-paci. Jikkoperaw mieghi f'kull attivita pastorali. Tkunu imberkin f'kull sforz li taghmlu biex tqaddsu lilkom infuskom u lil ohrajn. L-imhabba ta' Kristu u ta' San Frangisk hi hajjitna: Deus caritas est et qui manet in caritate in Deo manet et deus in eo. (Giov,4;16) + Angelo Roncalli patrijarka umli taghkom li jhobbkom dejjem u jberikkom."
II-Patrijiet Frangiskani Konventwali stednuh biex jinawgura l-kullegg gdid tat-teologija f'Padova nhar il-25 ta' April 1958. Hawn fahhar il-hidma tal-frangiskani kollha: "X'misteru dan San Frangisk! X'misteru dan il-frangiskanezmu! Ghajn ta' ilma safi li ma taqta' gatt."
L-istess patrijiet Frangiskani Konventwali regghu stednuh izur il-kunvent taghhom ta' Miramonti. X'hin laqa' t-talba taghhom talabhom biex joqghod maghhom erbat' ijiem mid-9 sat-13 ta' Lulju 1958. Qaghad ghal ftit imwarrab fis-skiet. Kien zmien ghalih ta' paci kbira interjuri. Kiteb fuq hekk: "Nibqa' nafhulkom li zammejtuni maghkom biex fis-skiet tal-kunvent taghkom insib aktar lil ruhi. Fejn aktar milli hemm miktub fuq il-bieb tal-kunvent Pax et Bonum stajt insib introduzjoni tajba ghal dan l-irtir tieghi."
Kull haga li kienet tmiss mal-Frangiskani kienet tferrhu. Jifrah lil kugina tieghu Maria Locatelli dahlet soru mal-Frangiskani Missjunarji ta' Marija u li fir-religjon hadet l-isem ta' Suor Maria di San Giuseppe. Minn Sofija kitbilha ittra fit-2 ta' Mejju 1923: "Irrid nurik kemm jien ferhan li fost il-hafna nies li jigu minni int ghazilt li tidhol soru biex taghti hajtek lil San Frangisk ghad-dell tas-sigra kbira tal-Missjunarji ta' Marija.
F'ittra ohra lill-istess soru fakkarha mill-gdid f'San Frangisk: "Il-kugin tieghek li din il-gimgha ghalaq is-sittin iselli hafna ghalik. Issa gismu ghandu bzonn ta' xebgha kuljum kif kien jaghmel missieri u missierek San Frangisk."
Kien ihobb hafna wkoll lis-sorijiet Klarissi u fil-festa ta' Santa Kjara fundatrici ma kien jonqos qatt li jzurhom. Fid-djarju tieghu jikteb: "Kif sirt patrijarka ta' Venezja fil-festa ta' Santa Kjara mort inzur lil Klarissi li hemm qrib il-bieb tal-belt sewwa sew fi Piazzale Roma kif kont naghmel kull sena f'Parigi kemm domt Nunzju Apostoliku fi Franza. Tkellem maghhom fuq San Frangisk u fuq il-patrijiet Minuri ta' Baccanello u kemm kienu jiehu gost jirecta l-ufficcju divin maghhom. Tkellem fuq Santa Kjara u kienet tghaggbu tissaporti dawk is-snin kollha fis-sodda bil-mard taghha. Kien jaf li fil-monasteru kien hawn l-adorazjoni lejl u nhar. Staqsa minn kienet is-soru li kienet tadura lil Gesù Ostja fis-2.00 a.m. X'hn giet hdejh qalilha: Kont nitlob mieghek. Fis-2.0a.m. inkun nitlob maghkom kuljum. Hija siegha ghaziza wisq ghalija dik tas-sebh u l-kwiet quddiem Gesù Sagramentat.
M'Ulied San Frangisk Ftit xhur wara li gie maghzul Vigarju ta' Kristu l-Provvidenza ressqitlu mill-ewwel zewg grajjiet biex jiltaqa' u jitkellem mal-patrijiet frangiskani. L-ewwel il-kanonizzazjoni ta' San Karlu ta' Sezze. It-tieni l-anniversarju tas-750 sena tal-fundazzjoni tal-Ordni Serafiku. FI-4 ta' April 1959 bghat ittra lill-erba' familji tal-Ordni Frangiskan. Fiha fahhar kemm felah lil San Frangisk - fqajjar, ghani, zghir u kbir, u li hadd daqsu ma kien jixbah lil Kristu. Stqarr li hu kien ihobbu sa minn zoghzitu ab aduloscentia.
Ftit jiem wara fit-12 ta' April gholla ghall-gieh tal-artali lil San Karlu ta' Sezze tal-Patrijiet Minuri. L-ghada kiteb fid-djarju tieghu: "Kemm kont imqanqal u qalbi ferhana x'hin tkellimt fuq dan il-qaddis gdid li mill-berah tal-gheliegi fejn kien jirgha n-naghag mar isib il-qdusija fis-skiet ta' kunvent ta' San Frangisk."
Dak inhar stess fil-ghaxija tas-16 ta' April fil-Bazilka tal-Lateran il-Ministri Generali tal-familji fragiskani wettqu u geddu f'idejh il-voti. U b'qalbu qrib qalbhom wissihom: "Din hija r-regula frangiskan - it-triq li twassal lilkom u lili ghal-hajja ta' dejjem. Alleluja. Alleluja."
Fl-udjenza tas-17 ta' Settembru 1960 festa tat-tifkira tal-Istimmati ta' San Frangisk qasam man-nies prezenti ftit riflessjonijiet fosthom: "Illum qed niccelebraw il-festa tal-Istimmati. Kemm johrog dawl mill-griehi ta' San Frangisk! Aqraw il-hajja tieghu. Taghmlilkom hafna gid. Imbaghad beda jirrakontalhom b'mod l-aktar helu u semplici l-istorja ta' dak li gara fuq il-gholja ta' La Verna.
Grupp ta' patrijiet frangiskani fit-2 ta' Frar 1961 ghal festa tal-Purifikazjoni tal-Madonna marru joffrulu x-xemgha tal-Kandlora. X'hin waslu hdejh qalilhom: "Il-Patrijiet Minuri huma l-patrijiet li naf minn dejjem. Mit-tieqa tad-dar kont nara l-kunvent tagnkom."
Meta fit-2 ta' Lulju 1961 fil-Bazilika Vatikana ngabru 3000 Terzjarju madwaru biex ifakkruh is-60 sena mill-jum li kien inkiteb Terzjarju huwa wkoll, urihom kemm kien ferhan li qed jiltaqa' mal-familja tieghu. Fakkar 'l ommu li kif kienet tisma' l-qampiena biex il-patrijiet jinzlu ghat-talb ta' nofs il-jum ghal xi 11.30 ta' filghodu kienet tqbidlu: "Angel, Angelo, il-patrijiet marru ghal-kor. Ibda qabbad il-fhatab ghat-tisjir u ghid talba maghhom."
L-ghada li gie elett Papa l-Osservatore Romano gabet bijografija twila fuqu. Fiha semmiet ghal tnax il-darba l-imhabba tiegbu lejn San Frangisk u l-patrijiet tieghu.
Ried li jiltaqa' ma' kull familja frangiskana. FI-10 ta' Awissu 1959 fl-okkazjoni tal-55 sena sacerdot mar iqatta' hafna hin mal-patrijiet tal-Frangiskani Kapuccini. Beda z-zjara fil-Bazilika ta' San Lorenzo a Verano. Hawn talab mal-patrijiet. Imbaghad mar il-kunvent u tkellem maghhom b'mod informali hafna. Qasam xi cajta maghhom u fahharhom ghal-hidma taghhom qalb il-morda. Tkellem fuq il-grajja qaddisa tal-laqgba ta' San Frangisk mal-lebbruz.
Fis-7 ta' Dicembru 1959 ha sehem fin-novena f'gieh l-Immakulata fil-Bazilika ta' Santi XII Apostoli u hawn iltaqa' mal-Patrijiet Frangiskani Konventwali. Tkellem hafna fuq il-Madonna u l-hidma tal-Frangiskani biex tinxtered u tikber il-qima lejha u spicca l-kelmtejn tieghu: niehu gost nitlob lil Madonna ma' ulied San Frangisk. FI-20 ta' Marzu 1960 mar izur il-parrocca ta' Primavalle immexxija mill-Patrijiet tat-Terz Ordni Regulari. Tkellem fit-tul fuq San Frangisk fi zmienu u li l-frangiskani fi zmienna sewwew il-knisja kull meta ser tkun taqa'.
U fis-7 ta' April 1963 mar izur il-parrocca ta' San Tarcisio immexija mill-patrijiet Frangiskani Minuri ta' Venezja: "Tistghu tahsbu kull darba niltaqa' maghkom kemm nifrah u tfakkruni u tressquni lejn San Frangisk Missierna."
Il-Papa Giovanni kien ifittex li jsib hin bex izur l-isptarijiet, habsijiet, kunventi, knejjes, Patri Agostino Sepinski, General tal-Patrijiet Minuri kien jirrakonta fuq zjara tal-Papa li kien ghamel fil-25 ta' Awissu 1959 fil-kunvent ta' Bellegra tal-Provincja Rumana. U wera tjubija kbira mal-patrijiet u ghannaqhom mieghu wiehed wiehed. U wara li qalleb hafna fil-kotba tal-vizitaturi qaddisin f'dak il-kunvent qalilhom: "Dnub li jkolli immur lura. Nixtieq nibqa' hawn ghal dejjem. L-arlogg kattiv wisq mieghi u jkolli halli din ir-roqgha tal-Genna.
F'Ottubru 1963 laqa' talba ghal udjenza mad-Definitorju General tal-Patrijiet Minuri wiehed mill-Kamrieri tal-Papa fakkru ghal darba tnejn li kienu ghaddew l-20 minuta stabiliti biex jitkellem maghhom. Il-Papa fl-ahhar wiegeb li halla apposta l-udjenza mal-frangiskani fl-ahhar tal-lista biex ikun jista' jdum aktar minn hekk. "Mal-Frangiskani m'hemmx ghaggla."
It-tifel ta' huh Mons. Giovanni Roncalli jikteb li fl-4 ta' Gunju 1962 il-Papa kien bghatlu Krucifiss biex iqeghdu fuq il-mejda fejn jistudja. Fih kellu minqux zewg versi minn poezija ta' Fra Jacapone da Todi frangiskan: "Vale fra Joanne vale, non t'interesca di patir male."
Il-Koncilju kien il-hsieb ewlieni tal-pontifikat tal-Papa Giovanni XXIII. Jum ta' hegga u ta' talb kien dak tal-4 ta' Ottubru 1962. Ried il-patrocinju tal-Madonna u l-ghajnuna ta' San Frangisk. Ghalhekk mar pellegrinagg f'Loreto u Assisi bi thejjija ghal-Koncilju Vatikan II. Pellegrinagg li qanqal devozjoni u qima kbira fil-Knisja kollha nisranija u attenzjoni fil-knejjes l-ohra kollha.
Fid-Djarju tieghu jikteb hekk: "II-jum tal-4 ta' Ottubru 1963 ghandu jinkiteb fl-istorja tal-Knisja b'ittri tad-deheb. U kien jum kbir f'hajti. Kienu jiem li fittixt inkun naf aktar ir-rieda t'Alla. Tlabt l-intercessjoni tal-Madonna u l-ghajnuna ta' San Frangisk u nhalli taht il-harsien taghhom il-Koncilju. hsibt li jkun programm imfassal b'semplicità kbira. Il-Kardinal Segretarju haseb ghat-trasport. Qed nikteb din innota fl-isbah jum tal-aktar jum qaddis tal-pontifikat umli tieghi. Ir-ruh tieghi kienet kwieta u trankwilla. Waqt li f'Ruma, fl-Italja u mad-dinja kollha kien hawn atmosfera mill-isbah u ghajnejn kulhadd fuq il-Knisja.
II-Madonna ta' Loreto u San Frangisk ta' Assisi kienu fuq fomm kulhadd. Jum li ma jintesa qatt.
L-ghada fil-ghodu laqa' f'udjenza privata lil Leopold Senghor President tar-Republika tas-Senegal u poeta nisrani. Ma setghux ma jithadtux b'entuzjazmu fuq il-pellerginagg ta' Assisi u fuq San Frangisk. "Heir So le Cite d'Assise allumait tous ses feux en signe d'amour de Dieu, de veneration au Saint Poverello, et de jubilation pour la presence du Pape..."
FI-10 ta' Ottubru permezz ta' Mons A. dell'Acqua kiteb ittra lil Patri Basilio Heiser, Ministru General tal-Patrijiet Minuri Konventwali fejn wara li qal grazzi mill-qalb lil erba' familji frangiskani tal-merhba kbira li tawh f'Assisi stqarr ukoll "it-tama kbira li ghandu fit-talb u l-hidma t'ulied is-Serafiku qaddis li fl-intercessjoni qawwija tieghu halla l-Koncilju Ekumeniku u jixtiqhom jissoktaw jitolbu biex id-dinja tal-lum tibqa' tgharaf fihom il-ferh frangiskan ferk li gej mill-imhabba lejn Kristu u l-gharusa tieghu l-Knisja."
Fl-Osservatore Romano tat-13 ta' Gunju 1963 fl-ewwel pagna dehret kitba li tghid li l-pellegrinagg t'Assisi ma kienx biss att ta' qima minn folol kbar ta' nies imma kienet mewga kbira t'imhabba.
Imhabba Frangiskana Minn jaf kemm-il-darba minghajr ma jintebah kienu johorgolu espressjonijiet shah, frazijiet u sentenzi li kien tghallem mill-kitbiet ta' San Frangisk l-aktar mill-ktieb tal-Fjuretti.
F'udjenza ma' grupp ta' pellegrini minn Milan qabad jitkellem fuq Piju X u hin bla waqt staqsa lin-nies, "Ghaliex dan il-qaddis Piju X kien imfittex minn kulhadd? In-nies kienet tridu ghax dan kien jigbor fih il-klassijiet socjali kollha.. innocenza tat-tfal, is-sabar tal-bdiewa, is-sahha tal-haddiema, il-bzulija tal-bahhara, l-gberf tal-ghalliema, il-hniena tar-raghaj, u s-serjetà tax-xjuh taghna u t-tjubija ta' qaddis." Kien qed jirrepeti l-fatt tal-Fjuretti meta Fra Masseo staqsa lil San Frangisk: "Ghaliex Missier kulhadd jigri warajk? M'intix sabih, anqas gharef jew nobbli," x'hin sema' dan San Frangisk hares lejn is-sema b'idejh miftuha bhal imsallab. Qisu intilef ghal ftit minn sensih u x'hin gie f'tieghu wiegeb: "Ghaliex il-Mulej hares lejn l-art u ma sabx wiehed aktar dghajjef... wiehed mimli dnubiet aktar minni. U bis-sahha ta' din id-djufija ried ihawwad lil min hu b'sahhtu, lil min hu nobbli, lil min hu sabih ghal ghajnejn id-dinja.
Fid-djarju ta' Papa Giovanni "ll-Gurnal ta' Ruh" fit-30 ta' Mejju 1963 jikteb li dak inhar tkellem mal-Kardinal Gustavo Testa ta' Bergamo u staqsih: "Taf ghaliex in-nies tixtieq tarani u tbobbni? Ghax Alla sab wiehed bla gherf . . . xih, mir-rahal . . . bin il-bdiewa foqra u mimli dnubiet biex ihawwad lin-nies." Ghamel tieghu t-twegiba ta' San Frangisk lil Fra Masseo.
Gbax haddan dan it-twemmin fil-faqar, fis-semplicità u t-tjubija San Frangisk gie mlaqqam Kristu Iehor u ghax mexa fuq il-passi ta' dan il-qaddis, il-Papa Giovanni XXIII sar maghruf: il-Papa tat-Tjubija. Dan l-artiklu deher fi tkejjeb ta' Patri Dijonisju Mintoff OFM bl-Il-Beatu Gwanni XXIII u l-Frangiskani, li isbt fil-kappella tal-kunvent tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Valletta Valletta: 27.12.2003 |
San Frangisk u l-Papa Gwanni XXIII
Il-Papa f'Assisi 1962 waqt iz-zjara fuq il-Qabar ta' San Frangisk |
|
![]() |