Kultura Frangiskana - pittura |
||
Cimabueminn tal-bidu li pitter lil San Frangisk (1240-1302) kitba ta' Fr Thomas Calleja OFMConv. Minn fost kemm thallew xbiehat impittra ta’ San Frangisk dik li l-aktar giet stampata u pubblikata u hija bla dubbju dik ggib il-firma ta’ Cimabue.
Dan l-affresk, li qieghed fit-transett tal-lemin tal-Bazilka nferjuri ta’ San Frangisk f’Assisi, huwa mizmum bhala fost l-ewwel ritratt impitter tal-Qaddis ta’ Assisi lejn is-sena 1280. Ahna x’aktarx imdorrijin naraw parti minn dan ir-ritratt, generalment il-patri tal-wicc jew inkella d-diehra tal-figura kollha ta’ San Frangisk wieqaf u jhaddan mieghu l-ktieb tal-Vangelu, imma huwa dan huwa dejjem parti. Dan ir-ritratt ta’ San Frangisk huwa fil-fatt parti minn affresk maghruf bhala La Vergine in Maestà col Bambino, quattro angeli e san Francesco.
L-isem ta’ Cimabue baqa’ marbut ma’ dan il-kawdru ta’ San Frangisk u ma’ ghadd ta’ affreski ohra li halla fil-Bazilka tal-Qaddis ta’ Assisi. Hafna cert li semghu b’Cimabue imma ftit jafu minn kien fil-fatt dan il-pittur.
"Cimabue" huwa laqam tal-Pittur
Cimabue fil-verita’ mhux ismu proprju imma biss huwa l-laqam tieghu. L-isem veru tal-pittur huwa Cenni di Pepo jew biex inkunu aktar ezatt Bencivieni di Giuseppe. Hemm minn ighid li l-laqam Cimabue aktarx gej minhabba l-arja kemm xejn imkabbra li kellu z-zaghzugh Cenni di Pepo. Hu x’inhu Cimabue huwa meqjus bhala l-akbar pittur taljan tat-tmiem is-seklu XIII. Hasra li d-dokumenti ta’ dak iz-zmien ftit li xejn jaghtu taghrif dwaru. Bla dubbju baqghet meqjusa prezjuza x-xhieda li halla il-Poeta Dante dwar Cimabue fil-Canto XI-94-97 tal-Purgatorju tad-Divina Commedia. Fid-din is-silta Dante jfahhar lil Cimabue li fetah it-triq ghal Giotto fil-kamp tal-pittura.
Ma nafux bi preciz meta twieled imma x’aktarx li Cimabue ra d-dawl fil-Belt ta’ Firenze lejn is-sena 1240. Kien ghadu daqsxejn ta’ tfajjel meta qabad l-ewwel lapsijiet u beda jhasses l-ewwel disinji. Aktar tard li tharreg fl-arti tal-kuluri u tal-pniezel taht Coppo di Marcovaldo wiehed mill-pitturi Fjorentini ta’ dak iz-zmien. Insibuh jitharreg ukoll taht l-imghallem Giunta Pisano. Bhala zaghzugh kien midhla tal-patrijiet Frangiskani u kemm Dumnikani. Fuq invit tal-Papa Gregorju IX mar Ruma u b’rihet il-hbieberija li kellu mal-Kardinal Gaetano Orsini holoq rabta tajba ma’ l-iskola rumana ta’ Jacopo Torriti, Pietro Cavallini u Filippo Rusuti, li maghhom issejjah f’Assisi fil-harifa ta’ 1278.
Xogholijiet ta’ Cimabue
Fost l-ewwelin xogholjiet tieghu Cimabue halla dak tal- Crocifisso, li hemm fil-knisja tad-Dumnikani f’Arezzo bid-data ta’ l-1265. Fl-1272 il-pniezel u l-kuluri ta’ Cimabue hallew ix-xbieha ta’ Kurcifiss iehor, dak li hemm Santa Croce gewwa Firenze bil-figura ta’ Kristu imxaqilba lejn il-lemin forma ta’ qaws. Dan il-Kurcifiss kien garrab hsarat kbar fl-gharghar ta’ l-1966. Illum ghal grazzja ta’ Alla din l-opra hija restawrata u mqieghda fil-post fejn kienet qabel u hija mharsa tajjeb mill-Patrijiet Frangiskani Konventwali gewwa Firenze. Fl-Uffizi tal-belt ta’ Firenze hemm kapovalur iehor li jgib il-firma ta’ Cimabue. Huwa xoghol li x’aktarx sar lejn 1285, maghruf bhala La Maesta di Santa Trinita, li fih il-figura tal-Madonna bil-Bambin bil-qieghda fuq it-tron imdawwar bl-angli u bil-profeti. L-ahhar fost l-opri ta’ Cimabue huwa xoghol ta’ San Gwann fil-muzajk li hemm fl-apside tad-Duomo ta’ Pisa. Hemm dokumenti li juri li l-artist thallas ta’ dan ix-xoghol bejn 1301 u 1302. Wisq probabbli Cimabue miet ftit wara.
Fil-Bazilka ta’ San Frangisk
Bla dubbju l-akbar xogholijiet tieghu Cimabue hallihom fil-Bazilka ta’ San Frangisk f’Assisi. Fl-1277 Il-Papa Nicolo’ III, li qabel sar Papa kien il-Kardinal Protettur ta’ l-Ordni Frangiskan sejjah lil Cimabue minn Ruma biex jaghti is-sehem tieghu fid-dekorazzjonijiet li kienu qed isiru fil-Bazilka ta’ San Frangisk. F’dan t-tempju ddedikat lil Qaddis ta’ Assisi Cimabue dam jahdem ghal madwar 13-il sena. Barra x-xoghol tieghu tal-Maestà tal-Vergni, bl-angli u b’San Frangisk fil-genb li semmejna fil-bidu, Cimabue halla metri kwadrati shah ta’ affreski kemm mal-hitan u kemm mas-saqaf tal-Bazilka Nferjuri u kemm dik Superjuri.
Fil-Bazilka Superjuri f’apside u fit-transetti tal-lemin u tax-xelluq Cimabue bl-ghajnuna ta’ l-assistenti tieghu halla ciklu shih ta’ affreski b’temi Apokalitici, Apostolici u Marjani marbutin ma’ l-altari li kien hemm fil-bidu dak dedikat lil San Mikiel Arkanglu, dak ta’ San Pietru u dak tal-Vergni Marija.
Fost dawn ix-xogholijiet ta’ Cimabue l-aktar li tispikka hija dik tax-xena tal-Krucifissjoni fit-transett tax-xellug. Hija xena dominata mill-figura ta’ Kristu fuq is-salib bl-angli - tipici ta’ Cimabue – jittajru u jibku. Taht is-salib fuq naha hemm grupp ta’ nisa, Marija Madalena, Marija omm Gesù u l-appostlu Gwanni. Fuq in-naha l-ohra hemm is-suldat Longinu u c-Centurjun u gemgha nies ohra. Fin-naha t-isfel tas-Salib Cimabue pitter lil San Frangisk jghannaq is-Salib tal-Feddej. Hasra izda li din il-gabra ta’ affreski waslet ghandna fi stat hazin hafna, minhabba l-process kimiku ta’ ossidazzjoni tal-kuluri. Il-Pittur jinghad li weza’ teknika gdida ta’ kuluri inhallta ma’ zebgha bajda bic-comb minflok bil-gir. Il-kuluri li wara temm l-opri Cimabue certament kienu tant hajjin u mdawwlin, maz-zmien garrbu tibdil kimiku u illum meta thares lejhom igibulek hniena, tarahom qiesek qed tara negattiva ta’ ritratt.
Mas-saqaf barra s-sema kahla b’ghadd ta’ kwiekeb, fil-qlugh (vele) li hemm fuq l-altar Cimabue halla ix-xbiehat ta’ l-erba’ evangelisti bis-simboli taghhom u bl-artijiet fejn habbru il-Vangelu: Mattew bix-xbieha ta’ l-anglu u bil-belt ta’ Gerusalemm ma genbu; Marku bl-iljun u bil-belt ta’ Ruma; Luqa bil-barri u bil-belt ta’ Kortinu u Gwanni bl-ajkla u bil-belt ta’ Efesu. Wahda minn dawn il-vele, dik ta’ San Mattew iggarrfet ghal-kollox meta weqghet bit-terrimot ta’ Settembru 1997.
Ma dawn l-opri ta’ Cimabue fil-Bazilka inferjuri u superjuri rridu nzidu ritratt iehor li huwa attributi lil dan il-pittur. Dan il-kwadru bil-figura ta’ San Frangisk jinsab fil-Muzew tal-Bazilka ta’ Santa Maria degli Angeli. Il-figura tal-Qaddis tixbah hafna lil dik li Cimabue halla fil-Bazilka nferjuri. San Frangisk qieghed fl-istess poza bil-wieqfa, is-saqajn u l-idejn huma fl-istess posizzjoni u b’idejh il-qaddis qed ihaddan mieghu il-Vangelu – li f’dan il-kwadru ghandu qoxra hamra.
Cimabue jaghti timbru gdid
Cimabue kien Pittur li ntroduca xi haga tassew gdida u fundamentali fl-arti ta’ zmienu. Il-figuri fil-kwadri tieghu huma aktar realistici minn dawk ta’ qablu. L-ucuh tal-figuri ma baqghux qieshom ikoni cassi imma saru aktar hajjin. Bizzejjed thares lejn l-ucuh tal-Madonna u l-angli ta’ l-affresk li semmejna fil-bidu u l-istess figura ta’ San Frangisk. Il-figuri f’dan l-affresk juru diversi fatturi ta’ l-istil ta’ Cimabue, bhalma huma l-ucuh ta’ l-angli b’forma ovali perfetta, l-imnieher hemm xejn twil ghall-ponta, l-ghajnejn tondi sbieh u in-nokkli madwar l-irjushom nizlin mill-wicc ghal fuq l-ispallejn. L-istess panneggi ta’ l-ilbies huma aktar naturali.
Barra minn hekk, Cimabue huwa l-ewwel fost l-artisti taljani li rnexxilu johloq l-effett tridimensjonali fil-kwadri tieghu. Ara it-tron fl-istess affresk li semmejna. Jekk wiehed jinnota sewwa l-kwadri tieghu jinduna bil-bidla fl-istil minn dak bizantin u orjentali, li kienu popolari fl-italja dak fiz-zmienu ghal espessjoni aktar hajja tas-suggetti u l-figuri tal-kwadri tieghu. Cimabue kien il-prekursur ta’ l-iskola realistika Fjorentina ta’ rinnaxximent li proprjament hadet aktar forma permezz ta’ Giotto. Cimabue baqa’ maghruf ukoll bhala dak li ghen fil-formazzjoni u fetah it-triq ghal Giotto. Giotto laqa’ l-espressjoni gdida ta’ Cimabue u zied maghha t-timbru tieghu. taghrif migbur minn Fr Thomas Calleja OFMConv Assisi - 2.2.2003 |
|
Cimabue (1240-1302)
La Vergine in Maestà col Bambino, quattro angeli e San Francesco.
La Vergine in Maestà col Bambino, quattro angeli e San Francesco. dettal
Dan il-kwadru bil-figura ta’ San Frangisk jinsab fil-Muzew tal-Bazilka ta’ Santa Maria degli Angeli |