<<|werrej|>>
Giotto
Affreski
dwar il-Hajja ta' San Frangisk
Fil-Bazilka
ta' Fuq gewwa Assisi
1.
Frangisku
zghazugh
moghti qima
Cittadini ta’ Assisi,
ragel tassew semplici kull darba li kien jiltaqa'
ma’ l-qaddis Frangisku fit-triq kien jifrex il-mantell ma’ l-art biex jghaddi
minn fuqu Frangisku u kien ifahhar u jghid ma’ kulhadd li Frangisku jisthoqq
ir-rispett ghax maz-zmien kien ser jaghmel hwejjeg kbar
Legenda Maior I:1
2 Frangisku jaghti il-mantell
Darba minnhom
Frangisku iltaqa` ma’ kavallier ta’ nisel nobbli, izda li kien fqir u liebes
imcercer. Frangisku gietu hniena minnu u bla telf taz-zmien nehha l-mantell
minn fuqu u tah lil dak ir-ragel fqir.
Legenda
Maior I:2
3 Il-holma tal-palazz bl-armaturi
Bil-lejl waqt li
l-qaddis Frangisku kien rieqed l-Mulej wurih f’holma Palazz mghammar b’armi
tal-gwerra kollha mmarkati bis-sinjal tas-salib ta’ Kristu. Meta Frangisku
stqasa ta’ minn kienu dawk l-armaturi, lehen mis-sema wiegbu li dawk kienu
ghalih u ghall-kavallieri tieghu
Legenda Maior I:3
4 Quddiem il-Kurcifiss
F’jum minnhom meta
il-qaddis Frangisku kien qed jitlob quddiem ix-xbieha tal-kurcifiss
fil-Knisja ta’ San Damjan, sema` lehen gej mis-salib li qallu ghal tliet
darbiet: “Frangisku mur sewwi d-dar tieghi, li kif qed tara qieghda
tiggarraf”
Legenda Maior II:2
5.
Jinza'
hwejjgu quddiem l-isqof
Wara li nehha hwejjgu
minn fuqu, radd kollox lura lil missieru u qallu: “S’issa sejjaht lilek
bhala Missieri fuq din l-art, imma issa ‘l quddiem nista’ nghid “Missierna
li inti fis-Smewwiet”.
Legenda Maior II:4
6. Il-holma ta’ Papa Innocenz III
Il-Papa kien ra
fil-holm il-Bazilka tal-Lateran ghoddha qed tiggarraf, waqt li ragel fqajjar
ckejken, li kien il-qaddis Frangisku, qed jirfidha bi spallejh biex izommha
milli tiggarraf.
Legenda Maior III:10
7. It-Twettieq tar-Regola
Meta l-Papa wettaq
ir-regola u taha lil patrijiet li inghaqdu mal-qaddis, il-mandat biex
jixandru l-indiema u tahom it-tonsura bhala sinjal li jistghu jippriedkaw
il-Kelma ta’ Alla.
Legenda Maior III:10
8. Id-Dehra tal-karru tan-nar
Darba minnhom waqt li
l-qaddis Frangisku kien qed jitlob f’gharix u hutu l-patrijiet kienu
f’gharix iehor barra il-belt ‘l boghod minnu, ghal habta ta’ nofs il-lejl
waqt li whud mill-patrijiet kienu jistriehu u ohrajn kienu jitlobu, raw li
Frangisku riekeb fuq karru tan-nar jiddi u jdawwal d-dlam tal-lejl jidhol
u jdur fil-post fejn kienu ghal tliet darbiet. Dawk li kienu qed jitlobu
baqghu mistaghgba waqt li dawk li kienu rieqda qamu b’biza kbir fuqhom.
Legenda Maior IV:4
9. Id-dehra tat-tronijiet fis-Sema
Darba minnhom wiehed
mill-patrijiet kellu dehra li fiha lemah ghadd ta’ tronijiet fis-Sema, tron
minnhom, izda kien aktar gholi u glorjuz mill-ohrajn. Imbaghad sema’ lehen
jghidlu: “Dan it-tron kien ta’ wiehed mill-angli rebelli, imma issa huwa
merfugh ghall-umli frangisku.
Legenda
Maior VI:6
10.
Tkeccija tax-Xjaten f’Arezzo
Darba minnhom meta
l-qaddis Frangisku ra lix-xjaten ferhana jimirhu fuq il-Belt ta’ Arezzo, dar
fuq wiehed mill-patrijiet u qallu: “Mur fl-isem ta’ Alla li jista` kollox u
kecci x-xjaten kif il-Mulej innifsu ordnalek li taghmel”. Dak obda u beda
jghajjat b’lehen gholi fil-bieb tal-belt, ix-xjaten harbu u fil-belt salnet mill-gdid il-paci.
Legenda Maior VI:9
11.
Quddiem is-sultan
Darba minnhom
il-qaddis Frangisku minhabba il-fidi li kellu ried li jghaddi minn qalb in-nar
flimkien mal-qassisin tas-Sultan tal-Babilonja, izda l-ebda wiehed minn dawn
ma ried jidhol mieghu fin-nar, u ikoll harbu minn quddiemu.
Legenda Maior IX:8
12.
Frangisku jinqata’ mill-art
Darba minnhom waqt
li l-qaddis Frangisku kien qed jitlob, il-patrijiet rawh jinqata` mill-art
imdawwar minn shaba kollha dija u b ‘idejh miftuha forma ta’ salib.
Legenda Maior X:4
13. Il-maxtura ta’ Greccio
Darba minnhom
il-qaddis Frangisku b’tifkira tat-twelid ta’ Kristu, hejja maxtura bil-tiben
u gieb il-baqra u l-hmara u xandar lin-nies migbura dwar it-twelid tas-Sultan
il-Fqir. Wiehed nobbli ra t-tarbija Jesus fi hdan il-qaddis.
Legenda Maior X:7
14. Il-miraklu tan-nixxiegha
Darba minnhom l-qaddis
Frangisku minhabba l-mard kien qed jingar fuq l-gholja riekeb fuq hmar ta’
bidwi fqir. Dan il-bidwi beda jhossu mifni, ghajjien u bil-ghatx,
Frangisku qabad jitlob u mill-blat beda jqelqel ilma gieri. F’dawk l-inhawi
qatt ma kien hemm nixxieghat la qabel u lanqas wara.
Legenda Maior VII:12
15. Il-priedka lill-ghasafar
Darba waqt li kien
fi triqtu lejn Bevagna, il-qaddis Frangisku qabad jippriedka lill-corma
ghasafar li bil-ferh bdew itawwlu ghonqhom, jifirxu gwenhajhom, jifthu
munqarhom u jmissuhom ma’ tarf it-tonka ta’ Frangisku. Shabu li kienu fit-triq
mieghu raw kull ma gara.
Legenda Maior XII:3
16. Il-mewt tal-kavallier minn Celano
Darba l-qaddis
Frangisku salva r-ruh ta’ kavallier minn Celano, li b’deveozzjoni umli kien
stiednu ghall-ikel. Dan wara li stqarr dnubiet u mar id-dar u pogga kollox
f’post bl-ordni u waqt li l-ohrajn bdew jieku, il-kavallier radd l-ahhar
nifs u miet habib m’Alla.
Legenda Maior XI:3
17. Priedka
quddiem Onorju III
Darba il-qaddis
Frangisku quddiem is-Sinjur Papa u l-Kardinali, qabad jippriedka b’mod
elokwenti. kien car li dak il-kliem ma kienx kliem gharef ta’ bniedem imma
kien kliem divin imnebbah minn Alla.
Legenda Maior XII:7
18. Frangisku jidher waqt il-Kaptilu
Darba minnhom waqt
li l-qaddis Antonju kien qed jippriedka dwar il-kitba ta’ fuq is-salib waqt
il-Kapitlu ta’ Arles, il-qaddis Frangisku, deher f’dak il-post b’dirghajh
miftuha jibierek lill-hutu. Dan hu dak li certu Monaldo ra u l-ahwa kollha
imtlew f’ferh kbir.
Legenda Maior IV:10
19.
Il-pjagi ta’ Frangisku
Darba waqt li kien
jitlob fuq l-ghola La Verna l-qaddis Frangisku kellu dehra ta’ Kristu
f’ghamla ta’ Serafin Imsallab. Is-Serafin stampa il-marki tas-salib fuq
l-idejn, ir-riglejn u il-kustat ta’ Frangisku. Kienu il-griehi stess li
garrab il-Mulej Taghna Gesù Kristu.
Legenda Maior XIII:3
20.
Il-mewt ta’ Frangisku
Waqt is-siegha
tal-mewt tal-qaddis Frangisku, wiehed mill-patrijiet ra ruh Frangisku
titajjat tiela is-sema taht forma ta’ stilla tiddi.
Legenda
Maior XIV:6
21.
Id-dehra ta’ Frangisku
Fra Agostin wiehed
mill-ministri il-belt ta’ Livorno fl-ahhar ta’ hajtu u bla ma kellu kliem
beda jghajjat u jghid: “Stennini Missier, Jien gej mieghek” U miet hemm
f’daqqa u nghaqad ma’ Missieru Frangisku. Fl-istess waqt l-isqof ta’
Assisi, li kien fuq l-gholja ta’ san Mikiel Arkanglu, kellu dehra li fiha ra
lill qaddis Frangisku li qallu: “Araw, Jien sejjer is-Sema”
Legenda Maior IV:6
22.
Prova tal-pjagi
Waqt li l-qaddis
Frangisku kien mindud mejjet fil-Porziuncola, il-Kavallier Girolamo, li kien
tabib famuz u biedem ta’ skola, beda jcaqlaq b’idejh l-imsiemer tal-pjagi u
jmiss l-idejn, ir-riglejn u l-kustat tal-qaddis.
Legenda Maior XV:4
23. Il-Klarissi jibku lil Frangisku
Il-folla li ngabret
mill-belt ta’ Assisi giebet frieghi tas-sigar u ghadd ta’ xemghat tixghel,
bil-kant u l-innijiet wasslu il-gisem tal-qaddis, sabiex il-qaddisa Chiara u
hutha l-vergni setghu jarawh.
Legenda
Maior XV:5
24.
Il-Kanonizzazzjoni ta’ Frangisku
Il-Papa nnifsu
ngabar fil-belt ta’ Assisi wara li stharreg tajjeb il-mirakli u x-xhieda u
bi qbil ma’ hutu, ddikkjara lil Frangisku bhala qaddis u nizzel ismu fuq
fil-lista tal-qaddisin.
Legenda
Maior XV:7
25. Jidher
lil Grigor IX
Darba waqt li l-Papa
kien fid-dubbju dwar il-pjaga tal-kustat ta’ Frangisku, l-qaddis Frangisku
stess deherlu waqt il-holm u qallu: “Newwilli vazett vojt” Wara li il-Papa
newwilulu, ra li l-vazett kien mimli bid-demm mill-genb tieghu.
Legenda Maior Mirakli I:2
26.
Frangisk ifejjaq devot tieghu
Il-qaddis Frangisku,
waqt li hall il-faxex b’idejh u bil-hlewwa jmiss il-pjagi, fejjaq f’dak
il-hin stess lil Giovanni mill-belt ta’ Lerida, li kien midrub ghall-mewt u
li t-tobba kienu taw ftit hajja, talab lil Frangisku waqt li kellu l-attakk
fuqu u fieq.
Legenda Maior Mirakli I:5
27. Il-qrara ta’ mara mqajma mill-mewt
Il-qaddis Frangisku
qajjem din il-mara mill-mewt. Wara li stqarret quddiem ghajnejn il-kjerci u
ix-xhieda l-ohra d-dnub li qatt ma kienet stqarret qabel, hija mietet
ghat-tieni darba fis-sliem.
U x-xitan harab minn
hemm mifxul.
Legenda Maior Mirakli II:3
28.
Frangisku jehles lil prigunier
Il-qaddis Frangisku
heles prigunier li kien akkuzat b’erezija.
Dan b’ordni
tal-Papa kien moghti lil Isqof ta’ Tivoli. Dan sehh lejliet il-festa
tal-qaddis Frangisku, fil-jum li fih il-prugunier kien sam kif kienet
id-drawwa tal-Knisja.
Legenda Maior Mirakli
V:4,3
<<|werrej|>>
|