Kultura Frangiskana - pittura

<<|werrej|>>


Caravaggio u San Frangisk

(1573 - 1610)



 kitba ta' Fr Thomas Calleja OFMConv


 

Malli nisimghu b’Caravaggio ahna l-maltin dritt jigina f’mohhna l-opri tieghu mizmuma fil-Konkatidral ta’ San Gwann il-Belt.  Dik ta’ “Qtugh ir-ras tal-Battista”, l-akbar xoghol ta’ Caravaggio li jinsab fl-Oratorju kif tidhol il-konkatridral fuq il-lemin. U dak ta’ “San Glormu”, li jinsab fin-navata tax-xellug ta’ l-istess katidral. Bla dubbju dawn huma tnejn minn ghadd ta’ kapolavuri ta’ dan il-genju taljan li bit-teknika chiaroscuro tieghu gieb rivoluzzjoni fl-arti ta’ zmienu.

 

Artist ta’ fama

Nisthajjel li ftit jafu li fil-fatt Caravaggio mhux ismu, imma huwa l-isem tal-post fejn twieled l-artist fit-28 ta’ Settembru 1573. L-isem moghti lit-tfajjel fil-font tal-mghamudija kien Micheangelo Merisi.  Izda baqa’ dejjem maghruf bl-isem tal-post fejn trabba.  Ta’ 11-il sena orfni mill-genituri tieghu ngabar bhala apprentist tal-pittur Simone Peterzano minn Milan. Bejn 1588 u 1592 Caravaggio mar Ruma u hadem ma’ pittur inqas maghruf.  Madanakollu f’dan iz-zmien iz-zaghzugh Caravaggio beda jipitter u jbiegh il-kwadri tieghu.  Fl-età ta’ 24 sena kien imqabbad biex ipitter xi kwadri fil-knisja ta’ San Luigi dei Francesi.  Kien f’dawn il-kwadri mill-hajja ta’ San Mattew li bdew jidhru l-genji tieghu li jghaqqad flimkien in-natura realistica u dik drammatica b’tahlita ta’ dwal u dellijiet.

 

Minkejja il-kritika, il-fama tieghu bdiet tizdied, bdiet tizdied wkoll l-ghira ghalih, kif bdiet wkoll tizdied il-hajja imqallba tieghu.  F’Ruma Caravaggio fettilha mal-ligi u spicca mhux darba jew tnejn maqful il-habs.  Kemm-il darba gie f’idejn u darba minnhom spicca biex qatel wiehed fuq kwistjoni li qamet waqt il-loghob tat-tennis.   Wara dan Caravaggio harab mill-belt ta’ Ruma u insibuh jigri minn naha ghall-ohra biex jistahba.  Wasal f’Napli lejn il-bidu ta’ 1607, sakemm kien qed jistenna il-mahfra minghand il-Papa inghata jippitter.  L-isfond skuri tan-natura fil-kwadri tieghu kien espresssjoni ta’ l-istat disprat tal-mohh li kien ghaddej minnu.

 

Caravaggio f’Malta

Kien f’dan iz-zmien li Caravaggio rifes ix-xtut ta’ Malta.  F’Malta kien milqugh bhala artist maghruf. U malajr thabbeb mal-Gran Mastru Alofju Wignacourt, li qabbdu jippitter ritratti tieghu fuq il-tila.  Kemm damm Malta Caravaggio pitter il-kwadru ta’ San Glormu (117 x 157 cm) fl-1607 u s-sena ta’ wara fl-1608 dak tal-Qtugh tar-ras tal-Battista. Dan il-kwadru huwa l-akbar fost il-kwadri kollha tal-pittur 361x520 cm.   Nahseb niftakru li l-kwadru ta’ San Glormu ghadda minn avventura meta insteraq matul il-lejl minn San Gwann il-Belt u b’xorti tajba l-pulizija maltija sabuh fil-hin qalb ballat ta’ drapp qabel ma kien ser jinbghat barra minn Malta. Il-Kwadru tal-Battista halla x-xutt maltin f’Gunju ta’ 1996 ghal xoghol ta’ restaw f’Opificio delle Pietre Dure ta’ Firenze l-Italja.  U rega` lura u tqieghed mill-gdid fil-post f’Gunju 1999.  Haga nteressanti f’dan il-kwadru Caravaggio halla l-firma tieghu proprju taht fejn hemm id-demm hiereg minn ghonq il-qaddis. F’Malta Caravaggio pitter ukoll is-Sleeping Cupid  li illum nisab bhala parti mill-kollezzjoni tal- Galleria Palatina F’Palazzo Pitti,  go Firenza

 

Kemm dam Malta Caravaggio ghamluh Kavallier ta’ l-Ordni ta’ San Gwann.  Imma kellu mill-gdid xi kwistjonijiet u spicca l-habs, minfejn harab u bl-ghajnuna ta’ xi hbieb salpa lejn Sqallija.  Wara li kiseb il-mahfra tal-Papa waqt li kien Porto ercole fit-Toscana Caravaggio kien arrestat bi zball.  Sakemm dam arrestati d-dghajsa li fuq kellu hwejjgu u telqet minghajru.  Bl-isfortuna, l-ghejja u l-mard li kien hakmu hassu hazin fuq ix-xatt u Caravaggio miet ftit jiem wara fit-18 ta’ lulju 1610 fl-età ta; 37 sena.

 

Kwadri ta’ San Frangisk

Fost il-kollezzjoni ta’ kwadri li hagu minn taht idejn Caravaggio nsibu dawk iddedikati lil San Frangisk ta’ Assisi.   L-ewwel fost dawn huwa dak ta’ San Frangisk f’estasi mpitter bejn 1594-1595.  F’dan il-kwadru San Frangisk huwa mpitter mitluq ma’ l-art, mitluf fit-talb b’rasu sserrah fuq hogor anglu, li qed izomm b’attenzzjoni lil qaddis. Hija xena mill-episodju li sehh fuq l-ghola La a Verna meta San Frangisk ircieva l-pjagi.  Fil-fatt fuq il-gisem tal-qaddis ma jidhirx li ghandu l-pjagi la f’idejh, la f’riglejh u lanqas fil-kustat.  Hemm minn jghid li Caravaggio ried jaghti mportanza aktar lill-esperjenza spiritwali milli lil dik fizika.  Fl-isfond tipiku skur ta’ l-artist, tidher il-figura ta’ Frate Leone, sieheb il-qaddis rieqed bi xi rghajja madwar in-nar.  Kif semmejt f’dan il-kwadru San Frangisk jidher f’qaghda mitluqa li mhux is-soltu naraw fix-xeni ta’ La Verna.  Fil-kwadri ta’ artisti ohra bhal dawk ta’ Giotto u Lorenzetti, li nisbu fil-Basilka ta’ san Frangisk f’Assisi l-qaddis jidher gharkubtejh.  F’dan il-kwadru tidher l-espressjoni ta’ kif Caravaggio ried juri l-esperjenza mistika ta’ San Frangisk.  Dan il-Kwadru biz-zejt fuq it-tila jinsab f’Wadsworth Atheneum ta’ Hartford f’Connecticut l-Amerka.

 

Qabel il-migja tieghu f’Malta Caravaggio ddedika zewg kwadri ohra lil San Frangisk, it-tnejn li huma bid-data 1606. L-ewwel wiehed fosthom igib l-isem San Frangisk (130 x 190 cm) li llum qieghed fil-Pinacoteca, Cremona. F’dan il-kwadru San Frangisk huwa ppresentat gharkubbtejh mhedi fil-meditazzjoni. Quddiemu ghandu l-Vangelu u s-Salib, zewg elementi li taw timbru lill-esperjenza spiritwali ta’ San Frangisk.  Il-Vangelu, li Frangisku ghex bhal regola u hajja tieghu u ta’ l-Ordni (cfr Regola Bullata 1). Is-salib li kien il-bidu u tmiem tal-Via Crucis ta’ Frangisku sakemm gar fil-gisem tieghu l-marki tal-passjoni.  Xi Kritici f’dan il-kwadru ta’ San Frangisk bit-tikmix f’mohhu jaraw ritratt ta’ Caravaggio nnifsu mlibbes ix-xoqqa frangiskana.

 

Fit-tieni kwadru bl-isem ta’ San Frangisk ukoll (125x93cm) qieghed fil-Galleria Nazionale d’Arte Antica go Ruma. San Frangisk huwa ppresentat gharkubbtejh jitlob.  L-attenzjoni tal-qaddis f’dan il-kwadru mhux qieghda fuq il-Vangelu, infatti il-Ktieb Imqaddes lanqas jidher fil-kwadru, lanqas mhi qieghda fuq is-salib  ghalkemm f’din il-pittura hemm is-salib.  Il-harsa ta’ San Frangisk hija fuq ir-ras tal-mewt li qieghed izomm f’idejh.  Nafu li San Frangisk sejjah lil mewt bhala “Ohtu”, fl-ahhar mumenti ta’ hajtu ddedika vesett lil “Ohtna il-Mewt tal-Gisem, li minnha l-ebda haj ma jista’ jahrab”,  fil-Kantiku tal-Hlejjaq.

 

Wara li harab minn Malta waqt li kien fi sqallija Caravaggio pitter kwadru iehor in-Nativita` fil-Knisja ta’ San Lawrenz f’Palermo. Ix-xena principali f’dan il-kwadru (268x195 cm) hija x-xena tal-Milied bil-Madonna u l-Bambin u b’San Lawrenz u San Frangisk fil-gnub. Dan il-kwadru bhal ghadd ta’ kwadri ohra ghadda mill-gharbiel ta’ hafna kritika. Fost affarijiet ohra minhabba li Caravaggio juri lil Madonna b’ilbies skullat; San Lawrenz bil-kemm tintebah bih fuq ix-xellug, jghidu li trid thares lejn il-kwadru drabtejn biex tinduna bih; u San Guzepp ma tistax tghid liema wiehed hu qalb dawk li gew jaghtu qima is-Salvatur li twieled.  Lanqas San Frangisk f’dan il-kwadru ma tinduna bih mill-ewwel, facli titfixxklu ma’ xi wiehed mir-rghajja.  Dan kien l-ahhar kwasdru tal-Caravaggio. Dan il-kwadru inseraq mill-knisja ta’ San Lawrenz f’Ottubru 1969 u sallum hadd ma jaf fejnu.

<<|werrej|>>


migbur min Fr Thomas Calleja OFMConv

Assisi - 16.1.2003


 

Caravaggio

(1573-1610)

 

Kwadri ta'

San Frangisk

ta' Caravaggio

San Frangisk f'Estasi

1594-1595

zejt fuq it-tila

92,5x127,8 cm

Wadsworth Atheneum, Hartfort Connecticut.

 

San Frangisk

1606
zejt fuq it-tila,

130 x 190 cm
Pinacoteca,

Cremona

 

San Frangisk

1606
zejt fuq it-tila,

125 x 93 cm
Galleria
Nazionale d'Arte Antica,

Ruma

 

Natività

b’San Frangisk

u San Lawrenz

1609
zejt fuq it-tila,

268 x 197 cm
San Lorenzo, Palermo

(illum mitluf)

 

Opri ta'

Caravaggio

waqt li kien

f'Malta

 

San Glormu

1607
zejt fuq it-tila,

117 x 157 cm
San Gwann, Valletta

 

Qtugh tar-Ras

ta' San Gwanni Battista

1608
zejt fuq it-tila

361 x 520 cm
San Gwann, Valletta

 

Portrait ta' 

Alof de Wignacourt

1608
zejt fuq it-tila,

118,5 x 95,5 cm
Galleria Palatina (Palazzo Pitti), Firenze

 

Portrait ta' 

Alof de Wignacourt

1607-08
zejt fuq it-tila,

195 x 134 cm
Musée du Louvre, Parigi

 

Sleeping Cupid

1608
zejt fuq it-tila,

71 x 105 cm
Galleria Palatina (Palazzo Pitti), Firenze