Devozzjoni Frangiskana - Kuruna |
|
|
Il-Kuruna Frangiskana jew Ruzarju Frangiskan
Sa ftit snin ilu l-Frangiskani kollha, sew ta' l-ewwel, tat-tieni, u tat-tielet ordni kienu jdendlu kuruna tar-Ruzarju b'seba' posti mal-kurdun. Din hi l-Kuruna Frangiskana li tghodd seba' posti, ghax f'kull posta wiehed jikkontempla wahda mis-seba' ferhat ta' Marija Vergni. Illum id-drawwa tal-kuruna mdendla mal-kurdun ma ghadhiex obbligatorja, iżda mhux wiehed u tnejn huma dawk il-Frangiskani li ghadhom igibuha b'sinjal ta' devozzjoni.
Punti mill-Istorja Sa mill-bidunett tal-Knisja l-Insara komplew it-tradizzjoni Lhudija tat-talb permezz tas-salmi ta' l-Iskrittura. Fiz-zminijiet tan-nofs, izda, billi l-popolazzjoni tad-dinja kienet saret fil-bicca l-kbira taghha analfabeta u illitterata, ftit kienu dawk li setghu japprezzaw l-alluzjonijiet storici li ghalihom is-salmi jaghmlu referenza. Ghalhekk fis-seklu tlettax dahlet ghamla ta' meditazzjoni tal-Kelma ta' Alla ghal dawk li xtaqu jqaddsu l-hajja taghhom ta' kuljum izda li billi ma kienx jafu jaqraw, ma setghux jghidu l-Uffiċċju Divin bhalma kienu jaghmlu l-membri tal-kleru u r-religjuzi. Dan sehh billi nholoq ciklu ta' talb orali-meditattiv biex jimxi spalla ma' spalla mal-Liturgija tas-Sighat.
Biz-zmien dan it-talb beda jissejjah Ruzarju u kien jikkonsisti fir-recitazzjoni ta' mija u hamsin avemarija bil-'Missierna' wara kull ghaxra u bil-meditazzjoni tal-Misteri tas-Salvazzjoni matul kull posta. Biex dak li jkun ma jitfixkilx, kienu vvintaw ukoll hnienaq b'mija u hamsin zibga biex bihom jghodd kull avemarija li jghid. Dawn bdew jissejhu kuruni. B'dan il-mod il-misteri tar-Rabta l-Gdida l-Insara bdew jimmeditawhom permezz tal-mija u hamsin avemarija li jfakkruna fil-mija u hamsin salm tal-Kotba Mqaddsa. Ir-Ruzarju talMadonna, kif beda jissejjah aktar tard, biz-zmien sar talba personali preferuta minn hafna nies u ghaldaqstant ma baqghetx biss ghal min ma jafx jaqra. Generalment, min jghid ir-Ruzarju kuljum jghid biss terz tieghu, jigifieri hames posti, ghalkemm mhux ftit huma dawk li jghidu l-hmistax-il posta (jew ghoxrin issa wara z-zieda tal-Misteri tad-Dawl mill-Papa Gwann Pawl II) , jekk mhux kuljum imma fi granet specjali.
L-isem Ruzarju tnissel minn 'roza', li hi warda sabiha, moghnija bi fwieha helwa u b'simbolizmu qawwi. Wiehed mit-titli li jinghata lill-Madonna fil-Litanija hu dak ta' "Warda Mistika". Dan it-titlu jfakkarna fil-guf safi taghha li minnu twieled il-Feddej tad-dinja, Kristu l-Mulej.
Matul is-sekli l-Ordni Dumnikan ha fidejh l-appostolat tar-Ruzarju mqaddes, tah l-ghamla kif nafuha llum u xerred id-devozzjoni madwar id-dinja Kattolika, tant li din saret devozzjoni universali tal-Knisja kif ghadha sal-lum. Ghalkemm it-tradizzjoni li zzomm lil San Duminku Guzman bhala fundatur tar-Ruzarju ma nistghux nghidu li hi storikament ezatta, izda nafu fiz-zgur li l-Qaddis ta' Caleruega kien devot kbir ta' din it-talba u l-kittieba ta' hajtu jghidu li din swietlu r-rebh fuq l-erezija Albigiza.
L-Istorja tal-Kuruna Frangiskana
Izda barra l-Ordni Dumnikan, ordnijiet religjuzi ohra, fosthom l-Ordni Frangiskan, minn dejjem kellhom it-tip ta' ruzarju jew kuruna taghhom.
Ir-Ruzarju Frangiskan, jew kif inhu maghruf l-aktar il-Kuruna Frangiskana, jaf il-bidu tieghu fl-ewwel snin tas-seklu hmistax. Jinghad li dak iz-zmien kien hemm zaghzugh li l-hena tieghu kien li jinseg kuljum kuruna ta' ward selvagg biex joffriha lil statwa tal-Madonna. Darba dan iz-zaghzugh hass is-sejha li jidhol mal-Frangiskani. Hekk ghamel, izda kif beda s-sena tan-novizzjat qalbu tghidx kemm tnikktet meta ntebah li issa, minhabba d-dmirijiet tieghu ta' novizz religjuz, ma setax jibqa' jigbor il-fjuri kuljum biex joffrihom lill-Madonna. Tant kbir kien in-niket li hass f’qalbu, li dahal fi krizi u kien qed jahsibha jibqax fil-kunvent jew johrogx biex ikun jista' jerga' jibda jinseg il-kuruna ghallMadonna. Izda l-Vergni Mbierka nebbhitu jibqa' fl-Ordni biex fih igawdi l-ferh ta' l-ispirtu frangiskan, u heggitu biex jibda jimmedita kuljum dwar is-seba' ferhat li hi garrbet f’hajjitha, u qaltlu biex jaghmel hekk huwa u jirrecita ghamla gdida ta' ruzarju b'seba' posti - wahda ghal kull ferha. Ghalhekk minflok il-girlanda tal-fjuri, in-novizz beda jinseg kuruna spiritwali ta' talb li gabitlu hena kbir f’qalbu. Din id-devozzjoni ma damitx ma xterdet ma' l-Ordni kollu u dahlet fost it-talb tradizzjonali frangiskan fl-1422.
Is-seba' misteri tal-Kuruna Frangiskana huma:
(1) it-Thabbira: Nifrah mieghek, o Marija, ghall-hena li hassejt f'qalbek meta l-Anglu Gabriel habbarlek li kellek tkun Omm Alla.
(2) iz-Zjara: Nifrah mieghek, o Marija, ghall-hena li hassejt f'qalbek meta mort izzur lil qaribtek Elizabetta u hi gharfietek b'Omm Alla.
(3) it-Twelid ta' Kristu: Nifrah mieghek, o Marija, ghall-hena li hassejt f'qalbek meta twieled Ibnek Gesù fil-ghar ta' Betlem.
(4) l-Adorazzjoni tal-Magi: Nifrah mieghek, o Marija, ghall-hena li hassejt f'qalbek meta gew il-Magi biex jaduraw lil Ibnek Gesù.
(5) is-Sejba ta' Gesu' fit-Tempju: Nifrah mieghek, o Marija, ghall-hena li hassejt f'qalbek meta sibt lil Ibnek Gesù fit-tempju wara li kont domt hafna tfittxu.
(6) il Qawmien ta' Kristu: Nifrah mieghek, o Marija, ghall-hena li hassejt f'qalbek meta rajt lil Ibnek imqajjem rebbieh fuq il-mewt.
(7) l-Assunzjoni u l-Inkurunazzjoni ta' Marija: Nifrah mieghek, o Marija, ghall-hena li hassejt f'qalbek meta kont imtellgha s-sema bi glorja kbira u inkurunata Sultana mit-Trinità Mqaddsa.
Fi tmiem il-kuruna jinghadu s-'Sliem ghalik, Sultana' u zewg avemarijiet ohra. B'hekk l-ghadd ta' avemarijiet huwa ta' tnejn u sebghin, b'tifkira tas-snin li, skond it-tradizzjoni, kellha l-Madonna meta raqdet u ttellghet is-sema. Il-kuruna taghlaq b'talb skond il-fehma tal-Papa.
* kitba ta’ Patri Edmund Teuma OFMConv mehud mill-Ktejjeb Tota Pulchra. Programm tal-Festa ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni fil-Knisja ta’ San Frangisk – Ghawdex, 2002.
|
Il-Kuruna Frangiskana li tghodd seba' posti, ghax f'kull posta wiehed jikkontempla wahda mis-seba' ferhat ta' Marija Vergni.
Ir-Ruzarju Frangiskan, jew kif inhu maghruf l-aktar il-Kuruna Frangiskana, jaf il-bidu tieghu fll-ewwel snin tas-seklu hmistax.
Din id-devozzjoni ma damitx ma xterdet ma' l-Ordni kollu u dahlet fost it-talb tradizzjonali frangiskan. |