Devozzjoni Frangiskana - Corda Pia |
|
|
Corda Pia Devozzjoni ghall-Gimghat tar-Randan
Il-Corda Pia hija funzjoni paralitugika li ssir fil-knejjes Frangiskani fil-Gimghat tar-Randan. Tiehu isimha mill-ewwel zewg kelmiet ta’ l-innu bil-latin li tiftah bih: Corda pia inflammantur. Il-Funzjoni nistghu nqisuha bhala rapprezentazzjoni drammatica li fiha jitfakkru b’mod haj il-Passjoni ta’ Sidna Gesù Kristu u l-ghoti tal-Pjagi lill-Patrijarka Missierna San Frangisk, li b’dan il-miraklu sar jixbah lil Kristu sahansitra f’gismu. It-tahrig spiritwali, kif nafuha illum, beda fis-seklu sittax u jaghraf bhala l-awtur tieghu lill-qaddej ta’ Alla P. Filippo Gesualdi minn Castrovillari (+ 1618) li kien it-62 Ministru General ta’ l-Ordni. Innu tal-Bidu
Il-qlub fis jinxteghlu Waqt li ngbarna biex niftakru Fil-gerhiet ta’ San Frangisk.
Bis-salib tal-Feddej taghna: Xejn hlief b’dan m’ghandna niftahru, Kif ghalliema San Frangisk.
Fuq il-gholja kollu mheggeg Jghasses, gheri u kollu mkebbes, Dlonk jitniehed ghall-Mulej.
Wahdu kien fit-talb imgharghar, Ghas-salib id-dmugh ixerred Ghax il-hemm hassu jifnih.
Ghandu gie s-Sultan tas-sema: Mas-salib hu rah imsallab, Harstu nisslet fih is-sliem.
Ra l-qaddej li l-Feddej taghna, Tal-grajjiet mexxej wahdieni, Fit-tbatija kien glorjuz.
Bidla sehhet f’qalb Frangisku: F'daqqa wahda l-gisem tieghu Deher imzejjen b'gerhiet sbieh.
Dan ghaliex ta' Kristu msallab, Kemm il-mewt u kemm il-hajja, F'mohhu kienu dawn hajjin.
Dik il-hegga li hass f'ruhu Dehret issa lilhinn minnu Bil-gerhiet il-mitbughin.
O Mulej, ghalina msallab, Aghmel li ruhna u gisimna Dlonk jinghaqdu mas-salib.
Li tad-dawl fis-saltna tieghek, Il-frott niehdu tat-tbatija U ghal dejjem ingawduk.
Ejja nfahhru lill-Imsallab, Lil Frangisk li nghaqad mieghu 'L hinn mid-dinja f'sebh glorjuz.
Celebrant: Vergni Mqaddsa Marija, Sultana tal-Martri, int kont wieqfa mbikkija taht is-salib ta' Sidna Gesù, Ibnek u Feddej taghna.
Kor 1: Omm u ghajn ta' mhabba ghalija, G’ghalni nhoss dik it-tbatija, Biex jien nibki mieghek.
Kor 2: Kebbes f ‘qalbi nar ta' mhabba, La thalliha qatt tittabba' Imhabbti ghal Kristu.
Kor 1: Omm qaddisa, isma' talbi: Dawk il-pjagi q'ghedli f ‘qalbi T'Ibnek Gesù msallab.
Kor 2: Aqsam mieghi dit-tbatija Ghal Gesù, li mhabba fija Xerred demmu kollu.
Kor 1: Hdejn Gesù nibki dnubieti, Fis-salib nara htijieti Sakemm nghix dil-hajja.
Kor 2: Kemm nixtieqni nibqa' mieghek Mas-salib, u fid-dmugh tieghek Nissieheb minn qalbi.
Kor 1: Vergni mbierka, Omm qalbiena, Uri mieghi din il-hniena, Biex inhoss l-indiema.
Lezzjoni qasira (Fil 2: 8-11)
Huti, Sidna Gesù Kristu cekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib. Ghalhekk Alla ghollieh sas-smewwiet u zejnu bl-isem li hu fuq kull isem, biex fl-isem ta’ Gesù – fis -sema, fl-art u f’qiegh l-art – il-hlejjaq kollha jinzlu gharkobbtejhom, u kull ilsien jistqarr: “Gesù Kristu hu l-Mulej, ghall-glorja ta’ Alla l-Missier.”
V. Gesù Kristu, imhabba tieghi, huwa msallab. R. Haj hu Kristu, Gesù Kristu, haj hu Kristu; imhabba tieghi.
V. Gesù Kristu, l-gharus tieghi, huwa msallab. R. Haj hu Kristu, Gesù Kristu, haj hu Kristu, gharus tieghi.
V. Gesù Kristu, in-Nazzarenu, huwa msallab. R. Haj hu Kristu, Gesù Kristu, haj hu Kristu, in-Nazzarenu.
V. Nitolbu kif ghallimna u riedna naghmlu Gesù Kristu. R. Missierna, li inti fis-smewwiet...
V. Taqqbuli idejja u riglejja. R. Nista' nghodd ghadmi kollu.
V. Kien midrub minhabba htijietna. R. Imzeblah minhabba dnubietna.
V. Qum, Gesù Kristu msallab, u ejja biex tghinna. R. U ehlisna minhabba f’ismek.
V. Ha tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tieghek. R. Kif fik hi t-tama taghna.
V. Mulej isma’ t-talb taghna. R. U halli lehinna jasal sa ghandek.
V. Nitolbu O Alla, int geddidt b’mod tal-ghageb is-sinjali tal-passjoni ta’ Ibnek fil-gisem ta’ Missierna San Frangisk biex tkebbes qlubna bl-imhabba tieghek; aghmel, ghat-talb tieghu, li nixxiebhu ma’ l-istess Ibnek f’mewtu, halli nissiehbu mieghu fil-qawmien. Bi Kristu Sidna. R. Amen.
Kulhadd jinzel gharkobbtejh u jiftah idejh bhal Sidna Gesù Kristu msallab.
V. Nadurawk, Kristu u nberkuk, ghax bis-Salib imqaddes tieghek fdejt id-dinja. R. Ikollok hniena minna.
V. Sidna Gesù Kristu msallab, f’gieh il-gerha ta’ riglek tax-xelluq, henn ghalina. R. Sidna Gesù Kristu msallab, henn ghalina.
V. Sidna Gesù Kristu msallab, f’gieh il-gerha ta’ riglek tal-lemin, henn ghalina. R. Sidna Gesù Kristu msallab, henn ghalina.
V. Sidna Gesù Kristu msallab, f’gieh il-gerha ta’ idek tax-xelluq, henn ghalina. R. Sidna Gesù Kristu msallab, henn ghalina.
V. Sidna Gesù Kristu msallab, f’gieh il-gerha ta’ idek tal-lemin, henn ghalina. R. Sidna Gesù Kristu msallab, henn ghalina.
V. Sidna Gesù Kristu msallab, f’gieh il-gerha ta’ sidrek l-aktar helu, henn ghalina. R. Sidna Gesù Kristu msallab, henn ghalina.
V. Sidna Gesù Kristu msallab, f’gieh il-griehi ta’ Missierna San Frangisk, henn ghalina. R. Sidna Gesù Kristu msallab, henn ghalina.
R. Hares, Mulej, lejn din il-familja tieghek, li ghaliha Gesù Kristu Sidna ma stmerrx jaghti ruhu f’idejn il-hziena u jsofri t-tbatija harxa tas-Salib. Hu, li hu Alla u mieghek jghix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, ghal dejjem ta’ dejjem. V. Amen.
F’dan il-mument issir l-adorazzjoni tas-Salib fis-skiet jew b’xi kant ta’ zmien il-Passjoni u fl-ahhar ic-celebrant jaghti l-barka bil-Kurcifiss.
V. Sidna Gesù Kristu msallab iberikkom u jaghtikom l-ghajnuna. R. Amen.
V. Morru fil-paci ta’ Krsitu. R. Irroddu hajr lil Alla. Mehud mir-Ritwal Frangiskan, Frangiskani Konventwali, Malta 2002 |
Il-Funzjoni tal-Corda Pia nistghu nqisuha bhala rapprezent-azzjoni drammatica li fiha jitfakkru b’mod haj il-Passjoni ta’ Sidna Gesù Kristu u l-ghoti tal-Pjagi lill-Patrijarka Missierna San Frangisk, li b’dan il-miraklu sar jixbah lil Kristu sahansitra f’gismu. |