Devozzjoni Frangiskana - Devozzjonijiet Marjani |
|
|
Devozzjonijiet Marjani Qaddisa Marija Barra milli ghall-kuruna li ggib isimhom, il-Frangiskani bagghu wkoll imsemmija ghat-tieni parti ta' l-avemarija. Kienu l-Frangiskani li holqu l-kelmiet: "Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob ghalina, midinbin, issa u fis-siegha tal-mewt taghna. Amen."
Festa taz-Zjara lil Santa Elizabetta F1-1263, San Bonaventura, Ministru General ta' l-Ordni, qajjem id-devozzjoni liturgika fl-Ordni u filKnisja tal-festa taz-Zjara tal-Madonna lil Santa Elizabetta fil-31 ta' Mejju.
L-Angelus Kien ukoll San Bonaventura li xerred iddevozzjoni tar-recitazzjoni ta' l-'Angelus' tliet darbiet kuljum. Hemm tradizzjoni li tghid li din id-devozzjoni kien bdieha San Frangisk wara z-zjara fl-Art Imqaddsa. Il-Qaddis ta' Assisi kien baqa' milqut mid-drawwa tal-Musulmani li jitolbu hames darbiet kuljum f’hames hinijiet differenti tal-gurnata. Huwa xtaq li din iddrawwa qaddisa jlibbisha libsa Nisranija.
Taghlim dwar l-Assunzjoni ta' Marija Fil-kitbiet ta' Sant'Antnin ta' Padova, Duttur Evangeliku tal-Knisja, insibu hafna taghlim dwar lAssunzjoni ta' Marija.
Tant hu hekk li Sant’Antnin, barra mit-titlu ta' "Duttur Evangeliku'; kiseb ukoll dak ta' "Duttur ta' l-Assunta".
Festi ta' l-Immakulata Kuncizzjoni ... u ta' San Guzepp Fl-ahharnett kien il-Papa Frangiskan Sistu IV (1471-1485) li dahhal il-festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni fit 8 ta' Dicembru u dik ta' San Guzepp bhala gharus safi ta' Marija Vergni fid-19 ta' Marzu.
Kien ukoll dan il-Papa li hareg l-ewwel dokumenti ufficcjali li bihom heggeg id-devozzjoni tar-Ruzarju u ppreżentah bhala ghodda ghaziza ghall-konverzjoni kemm ta' l-individwi u kemm tas-socjetŕ kollha kemm hi.
(* kitba ta’ Patri Edmund Teuma OFMConv mehud mill-Ktejjeb Tota Pulchra. Programm tal-Festa ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni fil-Knisja ta’ San Frangisk – Ghawdex, 2002.) |
Frangisku kellu imhabba specjali lejn Marija.
Ir-raguni ta' din l-imhabba lejha kienet ghax Marija "tatna bhala huna lill-Mulej tal-Glorja".
Din l-imhabba lejn Marija ta' Frangisku wirtuha wkoll uliedu.
z |