Devozzjoni Frangiskana - Via Sagra

 

<<|werrej|>>


Via Sagra


 

Ghalkemm illum l-istazzjonijiet tal-Via Sagra jew Via Crucis (=Triq tas-Salib) insibuhom kullimkien u l-ezercizzju taghha jsir f’kull knisja kif ukoll f’hafna postijiet fil-berah, mhux ta’ min jinsa li din id-devozzjoni qaddisa, li fiha jsir il-meditazzjoni fuq il-Passjoni ta’ Sidna Gesù Kristu bdewha l-Frangiskani.

 

L-Ispiritwalità Frangiskana ghanda fil-qalba taghha l-umanità ta’ Kristu, li hu ‘Immanù El (=Alla maghna).  Ghalhekk din l-ispiritwalità ddur madwar il-misteru tal-fidwa tal-bniedem li jibda bl-Inkarnazzjoni tal-Verb ta’ Alla, jigifieri bit-Twelid ta’ Gesù u jsib il-qofol tieghu fil-Passjoni, il-Mewt, id-Difna u l-Qawmien tal-Mulej.   L-istess Frangisku kellu ghozza kbira lejn dawn il-misteri tal-Fidwa.  Bizzejjed niftakru kif San Frangisk iccelebra u ghex il-grajja tal-Milied fi Greccio fl-1223 u x’hegga kellu lejn il-misteru tal-Passjoni tant li kiteb l-Ufficcju tal-Passjoni biex jitlob, jirrifletti u jghix mument b’mument din l-akbar grajja tas-Salvazzjoni.

 

L-Esperjenza Frangiskana fl-Artijiet Imqaddsa kompliet rabtet isem l-Ordni ma’ devozzjoni qawwija lejn il-Passjoni ta’ Kristu.  Izda dak li nistghu nqisu bhala l-fondatur tal-Via Sacra huwa San Leonardu ta’ Porto Maurizio (1676-1751).  Dan il-qaddis fil-missjonijiet tieghu madwar l-Italja waqqaf mas-600 Via Sagra fosthom dik tal-Colosseo f’Ruma.

 

Illum din id-devozzjoni Frangiskana hija mifruxa ma’ l-irkejjen kollha tad-dinja

<<|werrej|>>


Mehud mir-Ritwal Frangiskan, Frangiskani Konventwali, Malta 2002

Assisi 25.6.2003


Il-Via Sagra

li fiha jsir il-meditazzjoni fuq

il-Passjoni ta’ Sidna Gesù Kristu bdewha l-Frangiskanii.