Devozzjoni Frangiskana - Ritwal tal-Mejda

 

<<|werrej|>>


Ritwal tal-Mejda


Ritwal tal-Mejda

Wahda mid-devozzjonijiet tal-Frangiskani hija marbuta mal-"Hobzna ta' Kuljum". Kull darba li jingabru ghall-ikel bhala Komunità l-patrijiet dejjem jibdew b'mument ta' talb. Ghal dan it-talb hemm Ritwal imhejji apposta, talb varjat skond is-Solennita' jew festa jew inkella skond iz-zmien liturgiku ta' matul is-sena.

 

Qabel l-ikel, wara li jintradd is-salib, il-Gwardjan mill-ewwel jistieden lill-ahwa migbura ghall-ikel biex jitolbu. Jghid:

"Nitolbu" u ssir waqfa qasira fis-skiet.  Imbaghad kulhadd flimkien ighid il-"Missierna" minghajr Amen.  Il-Gwardjan wahdu jkompli it-talba billi jghid wahda mit-talbiet skond iz-zmien liturgiku. 

 

Fi tmiem l-ikla mbaghad tinghad it-talba ta’ wara l-ikel u dritt wara tinghad it-talba ghall-mejtin: "Aghtihom, o Mulej, il-mistrieh ta’ dejjem…."  Fi tmiem ic-cena f’hafna kunventi hemm id-drawwa li qabel it-talba tal-mejtin jinqara n-nekrologju tal-gurnata.

 

F’dan in-nekrologju jkun hemm migbur il-lista tal-patrijiet jew frajjiet b’gurnata gurnata u xahar xahar skond meta mietu.  Generalment wara c-cena jinqraw l-ismijiet ta’ l-ahwa li jkunu mietu fil-jum ta’ wara.  Hemm xi komunitajiet li din it-tifkira ta’ hutna mejtin issir f’xi moment iehor ta’ talb komunitarju.

 

Talb ghal qabel u wara l-ikel hemm numru mhux hazin skond iz-zmien. Hemm talb ghal zmien l-Avvent, ghal nhar u zmien il-Milied u l-Epifanija; Ghal zmien ir-Randan, ghall-jiem tat-Tridu Mqaddes u ghal nhar il-Ghid il-Kbir, ghal matul l-Ottava u zmien l-Ghid, hemm talb minn Lapsi sa lejlet Ghid il-Hamis, ghall-Ghid il-Hamsin u z-zmien ta’ matul is-sena; jinghad talb fil-festi tal-Madonna u f’xi okkazjonjiet ohra bhal Ordinazzjonijiet, iritiri, zmien il-Kapitli u zmien ta’ Luttu.  Hawn ser igibu it-talb li jinghad waqt il-mejda fil-festi ta’ San Frangisk.

 


Fil-Festi ta’ Missierna San Frangisk


Talba ta’ qabel l-ikel

 

V. Nitolbu

Waqfa qasira fis-skiet

Missierna…

 

Inberkuk, Alla Missierna,

ghall-qaddej tieghek San Frangisk,

xbieha hajja ta' Gesů msallab;

bierek dan l-ikel li sa niehdu

u aghmel li nkunu dejjem lesti

li naqsmu ma' l-ahwa l-aktar fqar

il-gid ta' din id-dinja.

Bi Kristu Sidna.

R. Amen.

 

Talba ghal wara l-ikel:

 

V. Inbierku l-Mulej.

R. Irroddu hajr lil Alla.

 

V. Nitolbu:

Irroddulek hajr, Mulej,

ghax sejjahtilna biex nimxu wara Ibnek

fuq il-passi ta' San Frangisk;

iroddulek hajr ghall-ikel li tajtna

u nitolbuk tghinna nsibu fil-faqar il-qawwa

li nhobbuk.

Bi Kristu Sidna.

R. Amen.

 

Aghtihom, o Mulej, il-mistrieh ta' dejjem,

id-dawl ta' dejjem jiddi lilhom,

jistriehu fis-sliem. Amen.

 


Fil-Festi tal-qaddisin Frangiskani


Talba ta’ qabel l-ikel

 

V. Nitolbu

Waqfa qasira fis-skiet

Missierna…

 

Inberkuk, Mulej,

ghall-gemgha kbira tal-qaddisin Frangiskani,

li mal-mixja taz-zmien

ghazilt ghalik minn hdan il-Knisja;

bierek dan l-ikel li tathulna t-tjieba tieghek,

u zommna shah fit-triq tal-perfezzjoni.

Bi Kristu Sidna.

R. Amen.

 

Talba ghal wara l-ikel:

 

V. Inbierku l-Mulej.

R. Irroddu hajr lil Alla.

 

V. Nitolbu:

Mitmugha bl-ikel li qsamna bejnietna,

nitolbuk, Mulej, li theggeg 'il ruhna bl-imhabba,

biex nghixu l-jiem kollha ta' hajjitna

bhala ahwa fil-Mulej.

Bi Kristu Sidna.

R. Amen.

 

Aghtihom, o Mulej, il-mistrieh ta' dejjem,

id-dawl ta' dejjem jiddi lilhom,

jistriehu fis-sliem. Amen.

 <<|werrej|>>


Mehud mir-Ritwal Frangiskan, Frangiskani Konventwali, Malta 2002

Assisi 31.7.2003


Devozzjoniji Frangiskani

ohra hija marbuta mal-"Hobzna ta' Kuljum". Kull darba

li jingabru ghall-ikel bhala Komunitŕ

l-patrijiet dejjem jibdew b'mument ta' talbi.