Devozzjoni Frangiskana - Qaddisin Protetturi

 

<<|werrej|>>


L-Ghazla tal-Qaddisin Protetturi

Nhar il-Festa ta’ l-Epifanija


Fl-Ordni Frangiskan hemm drawwa ohra li nhar l-Epifanija fir-refettorju fejn jieklu l-patrijiet jew f’xi post iehor, issir l-ghazla tal-Qaddisin Protetturi ghal matul is-sena ghal kull membru tal-komunità. 

 

Qaddis jew Qaddisa

L-isem tal-Qaddis jew Qaddisa jkun miktub fuq in-naha ta’ wara ta’ xi xbieha qaddisa jew xi santa, dawn jitqieghdu fuq xi qabarrè u kull patri jtella’ wahda bix-xorti.  Il-qaddis li jitla’ jkun il-protettur ghal dak il-patri matul dik is-sena.

 

Sentenza jew Silta Spiritwali

Barra l-isem tal-qaddis kull religjuz itella’ wkoll bix-xorti xi sentenza jew silta spiritwali mehuda minn xi kittieb famuz jew minn xi Mghallem ta’ l-Ispirtu, biex tghin lil patri jimmedita u jghix ahjar il-hajja religjuza u frangiskana tul is-sena li tkun ghadha kif bdiet.

 

Religjuzi Mejtin

Fil-Provincja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali f’Malta ghandna d-drawwa li flimkien mal-qaddisin protetturi u s-sentenzi, li semmejna qabel, jittellghu wkoll l-ismijiet tar-religjuzi mejtin, biex isir talb specjali ghalihom matul is-sena. 

 

Rigali

F’xi komunitajiet hemm id-drawwa li ma’ l-ismijiet ta’ qaddisin kbar: bhal dawk ta’ l-Immakulata, San Guzepp, San Frangisk, Santa Klara u xi ohrajn ikun hemm marbut li premju jew rigal ckejken.

 

Funzjoni qasira

Il-Funzjoni qasira tibda bl-antifona ta’ l-Ispirtu s-Santu u tkompli b'talba qasira:

 

V. Il-Mulej maghkom.

R. U mieghek ukoll.

 

Ilkoll flimkien. Ejja, Spirtu s-santu, imla l-qlub tal-fidili tieghek u kebbes fihom in-nar ta’ mhabbtek, int li, bid-don tal-hafna ilsna, gbart il-gnus u ghaqqadthom f’fidi wahda.

 

V. Nitlobu

O Alla, int li bl-Ispirtu s-Santu tqaddes il-Knisja tieghek,

sawwab id-doni tieghu fuqna,

u aghmel li jsehh fil-qalb ta’ kull wiehed minna

dak li sehh bil-grazzja tieghek

sa mill-bidu tax-xandir tal-Bxara t-Tajba.

Ilqa’ wkoll it-talb li l-Qaddisin joffrulek ghalina,

u xerred fuqna bil-kotra l-hniena mixtieqa tieghek.

Bi Kristu Sidna.

R. Amen.

<<|werrej|


Imhejji minn Fr Thomas Calleja OFMconv t-talba hija Mehuda mir-Ritwal Frangiskan, Frangiskani Konventwali, Malta 2002

Assisi 31.7.2003


Fl-Ordni Frangiskan hemm drawwa ohra

li nhar l-Epifanija f

ir-refettorju fejn jieklu

l-patrijiet jew f’xi

post iehor,

issir

l-ghazla

tal-Qaddisin Protetturii.