|
San Frangisk - L-Ghanja tal-Hlejjaq |
|
|
<<|werrej|8 << mur lura ghal ta' qabel....ikompli ara li jmiss - 10 >> Cantico delle Creature - 9L-Ghanja tal-Hlejjaq maqluba ghall-Malti minn diversi awturi maqlub ghal Malti minn Patri Alexander Bonnici OFMConv. L-Ghanja tal-Hlejjaq
Twajjeb Mulej, int l-oghla, tista' kollox, ghalik il-barka, s-sebh, tifhir u gieh; jixirqu lilek biss, u l-ebda bniedem ma jlissen b'hila l-gmiel t'ismek sabih.
Hallihom ifahhruk il-hlejjaq kollha, u l-aktar id-dawl sfiq ta' Ohtna x-Xemx li twelled il-jum gdid, u bl-isfa dija turi, Mulej, li oghla minnek m'hemmx.
Mulejja, tkun imfahhar, f'Huna l-Qamar, fil-Kwiekeb sbieh go sema kbir; leqqien; u f'Huna r-Rih, fis-shab, f'taqlib, fi bnazzi li bihom tghajjex, b'seher, il-holqien.
Mulej ha tkun imfahhar f'Huna l-Ilma, irzin u safi wisq, mehtieg qatigh, U f'Huna n-Nar li jaghti dawl fl-iljieli, sbejjah u kollu hajja, qawwi, shih.
U f'Ohtna l-Art, Mulej, ha tkun imfahhar; ahna nqisuha wkoll b'Ommna hanina la hi minn hdanha trodd, biex nghixu, hxejjex, ilwien ta' ward, u frotta bnina.
Mulej, ha tkun imfahhar f'dawk li jahfru u f'dawk li jgarrbu l-mard u kull tbatija bla ma jgemgmu xejn, u dejjem ghal imhabbtek; taghtihom int kuruna ta' tgawdija.
Ha tkun imfahhar f'Ohtna l-Mewt tal-gisem li jahrab minnha qatt ma jista' l-bniedem; hazin ghal dak li jmut fid-dnub il-mejjet, imbierek min imut fis-sliem u niedem.
Imbierek min il-Mewt issibu jaghmel ir-rieda mqaddsa Tieghek bl-akbar hrara, ghax jigi go Saltnatek; il-mewt l-ohra titwarrab minnu bla taghmillu hsara.
Ejjew infahhru lill-Mulej u Sidna u nizzu hajr, ghal dejjem inberkuh; bla xejn kburija f'qalbna, b'qima kbira ninxtehtu lkoll f'riglejh sabiex naqduh.
Dan it-test huwa ppresentat minn Fr Alexander Bonnici (1984) u mehud mill-Volum, Il Cantico delle Creature di Francesco di Assisi, b'165 lingwa differenti verzjoni manuskritta saru biss 1200 kopja, (il-kopja li uzajt jien hija dik no. 1121), 2001, p. 235. Ara wkoll in-nota fil-Kantiku no 2 f'dawn il-pagni. Assisi -1.8.2003 |
Cantico delle Creature maqlub ghal Malti minn Patri Alexander Bonnici OFMConv.
|
|